Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5552 u jgħid kemm iżżomm flus l-ARMS Ltd biex tiċċekja meter u kemm hu l-ħlas lill-ARMS Ltd biex taqleb l-isem ta’ fuq min hu l-meter?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li fil-każ tad-dawl hemm ħlas dovut lill-Enemalta ta’ €70 li f’każ li l-arloġġ ma jinstabx jaħdem kif suppost, jiġi rifuż. Filwaqt li fil-każ tal-ilma, il-ħlas dovut lill-Water Services Corporation hu ta’ €11.65. Ta’ min jgħid li dawn il-ħlasijiet ilhom fis-seħħ sa minn qabel ma ġiet imwaqqfa ARMS Ltd. min Gvern preċedenti.
Il-ħlas ta’ €4.66 huwa mitlub biex wieħed ikun jista’ jaqleb il-
meter
minn fuq isem għal ieħor. Dan dejjem jekk il-post fejn hemm il-
meter
stallat ikun il-proprjeta’ ta’ min ser jieħu il-
meter
fuqu. Hemm ukoll il-kundizzjoni li biex isir it-trasferiment, kull kont pendenti irid jitħallas qabel ma jsir it-trasferiment. Fil-każ li l-persuna li ser tieħu l-
meter
fuq isimha ma tkunx is-sid tal-proprjeta’ tkun trid titħallas ukoll garanzija (depożitu) ta’ €466, liema garanzija (depożitu) jitħallas lura lill-persuna wara li toħroġ mill-proprjeta’. Dan dejjem wara li jinqagħtu l-kontijiet pendenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5553 u jgħid kemm hawn familji li jħallsu lill-ARMS Ltd bir-rata għola domestika?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li r-rata hekk imsejjħa ‘Domestika’ qedgħa għal dawk l-istallazzjonijiet f’proprjetajiet li ma jkunux ir-residenza prinċipali tal-persuna/i. Hija pero’ r-responsabbilta’ tal-familji kkonċernati li jinformaw lill-ARMS bin-numru ta’ persuni li joqogħdu fil-proprjeta’, tant li din il-proprjeta’ tibda titqies bħala ‘Residenzjali’. Fid-dawl ta’dan, l-ARMS ma tistax tkun taf kemm hemm “familji li jħallsu lill-ARMS Ltd bir-rata għola domestika”. Huma r-residenti fil-proprjeta’ li jridu jinformaw lill-ARMS jekk u meta l-proprjeta’ għandha tibda titqies bħala ‘Residenzajli’. Dan billi jimlew il-formola H.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5550 u jgħid għalfejn meta l-ARMS Ltd, qed tibgħat il-kontijiet, qed taqsam il-kwota intitolata għal kull kont minflok ma tagħtiha kollha abbażi ta’ konsum kumulattiv skont il-liġi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ARMS baqgħet tuża l-istess sistema ta’ pro-rata bħal ma kienet tintuża sa minn ħafna qabel ma kienet teżisti l-istess ARMS u kif definit fir-Regolamenti fuq il-provvista tal-Ilma u fir-Regolamenti fuq il-provvista tal-Elettriku.
Arms Ltd – interessi għal ħlas ta’ kontijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5551 u jgħid kemm iżżomm interessi l-ARMS Ltd meta konsumaturi jdumu ma jħallsu l-kontijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li konsumaturi li ma jħallsux il-kontijiet kurrenti fi żmien ħamsa u erbgħin jum mid- data speċifikata fil-kont, jiġu debitati nteressi bir-rata ta’ 6% fis-sena għal aħħar 30 jum u għal kull jum addizzjonali.
Ta’ min jgħid li din ir-rata ilha fis-seħħ sa min qabel ma ġiet imwaqqfa ARMS Ltd. min Gvern preċedenti u r-rata applikata dejjem baqgħet dik ta’ 6% fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid uffiċjalment x’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Pitkalija fil-preżent? Sabiex bidwi jidħol qabel il-ħin stipulat mill-istess regolamenti ta’ dħul ta’ bdiewa fil-Pitkalija, jista’ jgħid kemm-il permess ħareġ għal dan il-għan f’Jannar 2018, Frar 2018, Marzu 2018 u April 2018? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ pitkala li għandhom il-permess li jkollhom trakkijiet tal-friża fil-Pitkalija? Min huma dawn il-pitkala u x’inhu n-numru ta’ trakkijiet tal-friża li għandhom il-permess biex jidħlu fil-Pitkalija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftuh uffiċjali tal-Pitkalija huwa s-segwenti:
It-Tnejn u l-Ħamis
Bdiewa Għawdxin jidħlu mill-4.30am il-quddiem
Bdiewa Maltin jidħlu mill-5.00am il-quddiem
It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Gimgħa
Bdiewa Għawdxin u Maltin jidħlu mis-7.00am il-quddiem
Mill-Ewwel ta' Jannar 2018 sal-aħħar t'April 2018 ma nħareġ l-ebda permess sabiex bidwi jidħol qabel il-ħin tal-ftuħ stipulat. M'hemm l-ebda regolament li l-Pitkala huma obligati jirreġistraw l-vetturi tax-xogħol tagħhom u għalhekk din l-informazzjoni ma tinżammx.
Bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex — kumpens
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5206 u jgħid xi pjanijiet hemm li jwasslu sabiex bejjiegħa fuq il-monti tal-Belt Valletta jkunu mogħtija kumpens biex jirtiraw il-permess tagħhom bħalha bejjiegħa tal-Monti tal-Belt? Jista' jgħid xi pjanijiet hemm sabiex iwasslu li bejjiegħa tal-Monti li kienu jarmaw fil-Pjazza tat-Tokk fir-Rabat, Għawdex, ikunu mogħti kumpens biex ikunu mħajra jirtiraw il-permess tagħhom ta' bejjiegħa tal-Monti fil-post indikat? Jista' jgħid f'kull każ kemm se jkun il-kumpens maħsub?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mosta — Vjal l-Indipendenza u Triq il-Kungress Ewkaristiku – twessigħ ta’ carriage way mar-roundabout
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 438, jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsir it-twessigħ ta’ carriage way madwar ir-roundabout f’tarf it-Triq il-Kungress Ewkaristiku u Vjal l-Indipendenza fil-Mosta sabiex it-traffiku jkun jista’ jimxi aħjar mar-roundabout?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini mill-ġdid, u t-titjib fid-disinn, is-sigurtá u l-effiċjenza tar-roundabout indikata diġa ġie kkunsidrat u ppjanat peress li jifforma parti minn proġett aktar estensiv għall-bini mill-ġdid ta’ Vjal l-Indipendenza. Fil-fatt, l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, li tinkludi l-bini mill-ġdid tal-biċċa l-kbira ta’ Vjal l-Indipendenza tlesta fil-ġimgħat li għaddew. Il-periti ta’ Transport Malta għaddejjin bit-tħejjijiet tal-fażijiet li jmiss, fosthom it-titjib tar-roundabout imsemmija, sabiex titwettaq fiż-żmien li ġej.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li l-kumpanija Gozo Channel takkwista r-raba' vapur? Fiex wasal il-proċess biex din il-kumpanija jkollha vapur ieħor? X' tip ta' vapur hu maħsub li jkun?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari ingħatat waqt l-aġġornament f’seduta numru 111 tal-bieraħ 14 ta’ Mejju 2018.
Servizz ta’ merkanzija bejn Għawdex u Belt Valletta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li s-servizz tal-merkanzija bejn Għawdex u l-Belt Valletta jerġa' jibda, wara li issa ilu aktar minn sentejn li tneħħa? Tista' tgħid jekk il-wegħda li għamel il-Gvern li dan se jerġa’ jiġi introdott f'qasir żmien hijiex se titwettaq issa li għaddew aktar minn sentejn li dan is-servizz twaqqaf?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija qiegħda tipprovdi servizz alternattiv għal ġarr tal-merkanzija lejn iċ-Ċirkewwa bil-lejl bi prezz ridott.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew mibnija farm roads f'Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Liema kienu dawn il-farm roads? Kemm kien it-tul f'metri ta' kull farm road? X'tip ta' xogħol sar fuq kull farm road u kemm sewa x-xogħol fuq kull farm road?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistqosija Parlamentari ser tingħata f’xi seduta oħra
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3405 u tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra globali separatament għal kull entità/dipartiment?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadu qed jinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ħal Kirkop — Triq il-Ħawħ u Triq il-Lewżiet - sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu jew se jkunu qed jittieħdu in vista ta’ lmenti fi Triq il-Ħawħ u Triq il-Lewżiet f'Ħal Kirkop fir-rigward tal-ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ li qed jaffettwa proprjetajiet privati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet investigat il-każ żmien ilu fejn irriżulta li kien hemm ħsara fid-drainge house connection ta’ proprjeta ta’ terzi li kkaġunat żbroffi minn żmien għal żmien. Il-każ kien ġie riferut lid-Dipartiment tas-Sanita Pubblika peress li jaqaw taħt ir-responsabbilita’ tagħhom. Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser terġgħa tispezzjona l-medded tat-triqat imsemmija permezz tac-CCTV biex jiġi aċċertat jekk żviluppawx xi ħsarat oħra. Jekk jirriżulta xi nuqqas fil-mejnijiet tad-drenaġġ, dawn ser jiġu ndirizzati minnufih b’mod permanenti.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — newspaper advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — newspaper advertising - nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, fejn qed tindika in-nefqa ta’ kull sena fuq newspaper advertising kif mitluba minnu, tal-entitajiet u d-dipartimenti kollha fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa.
2013(Marzu sa Diċembru)
2014
2015
2016
2017
2018 (Jannar sa April)
Print advertising
41,368.62
65,425.57
39,917.40
32,467.61
49,669.97
44,43.57
Digital advertising
2,761.20
7,215.19
7,136.90
9,288.96
19,239.7
-
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor, Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt -
Year
Cost in Print
Cost in Digital
March - Dec 2013
€835.64
€575.00
2014
€6,826.24
€1,533.95
2015
€6,286.16
€214.00
2016
€3,789.12
€275.00
2017
€6,751.58
€237.67
Jan - Apr 2018
€2,814.60
---
Filwaqt li n-nefqa minn Marzu 2013 sa llum tammonta għal €30,138.96 nixtieq niġbed l-attenzjoni ta l-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu 2008 sa Marzu 2013 in-nefqa totali kienet ta’ €139,009.49.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — newspaper advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2342 - finance and all entites workings - MTIP Newspaper - advertising costs up till April 2018.xlsx2342.pdf
Ministeru għal Għawdex — newspaper advertising - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1657 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 112, nhar it-Tlieta, 15 ta' Mejju 2018)
Attachments:Copy of PQ 2343 - NEWSPAPER ADVERTISING - NEFQA.pdf01657.pdf
Ministeru għat-Turiżmu — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2004 u l-2012 il-kumpanija / numru tal-VAT imsemmija ngħatat b’kemm jiswew €343,460.03 f’xogħlijiet ta’ stampar, xiri ta’ kotba u sponsorships fost l-oħrajn.
Ministeru għall-Affarijiet Eworpej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4873 u ċjoè: Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tikkonċerna s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali.
Attachments:PQ5246 - Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza - safar - Parli....xlsx