Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5584 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swiss Leaks — Politically exposed persons Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' politically exposed persons Maltin li kienu mniżżla fis-Swiss Leaks u dan peress li nhar id-9 ta' Marzu 2015 huwa stess kien wiegħed li se jippubblika din il-lista?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 294 u 4772.
Leg 13 PQ #5585 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Swiss Leaks — Politically exposed persons Maltin

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' politically exposed persons Maltin li kienu mniżżla fis-Swiss Leaks, liema lista tinsab fil-pussess tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u dan peress li nhar id-9 ta' Marzu 2015 il-Prim Ministru kien wiegħed li se jippubblika din il-lista?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien informat mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata skont il-Kap 50 tal-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali.
Leg 13 PQ #5586 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistratur tal-Kumpaniji – informazzjoni dwar beneficial owners

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba rċieva r-Reġistratur tal-Kumpaniji għall-informazzjoni dwar beneficial owners skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-Registru tal-Kumpanniji għandu sistema elettronika fejn persuni eliġibbli bis-saħħa tar-regolament 7(1) jistgħu jingħataw aċċess elettroniku għar-reġistru tal-beneficial owners (kumpaniji waħda waħda). Għalhekk m’hemmx għalfejn isiru talbiet individwali lir-Reġistratur tal-Kumpaniji biex tingħata informazzjoni dwar beneficial owners ta xi kumpanija. Rigward talbiet għal informazzjoni minn persuni msemmija fir-regolament 7(2), ir-Reġistratur ma kellu ebda talba.
Leg 13 PQ #5587 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Reġistratur tal-Kumpaniji – talba mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għamel il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (l-FIAU), izomm statistika tan-numru ta’ talbiet għall-informazzjoni li jkun għamel lil kwalunkwe entità, iżda t-tali statistika ma tinkludix informazzjoni f’kull talba. Barra minn hekk, meta l-FIAU jagħmel talba għall-informazzjoni lir-Reġistratur tal-Kumpanniji, dan isir b’mod ġeneriku, u ċjoè billi tintalab kull informazzjoni li l-istess Awtorità jaf ikollha fuq il-persuna naturali jew legali li fuqha tkun saret l-istess talba. Għaldaqstant, il-Korp m’għandux statistika miżmuma b’mod li l-informazjoni mitluba a rigward il- beneficial owners tista’ tingħata.
Leg 13 PQ #5588 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Reġistratur tal-Kumpaniji – talbiet mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għamel il-Kummissarju tat-Taxxi Interni lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Uffiċċjali fid-Direttorat tal-Investigazzjonijiet u Osservanza, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, għandhom aċċess dirett għad-data u informazzjoni dwar beneficial owners tal-kumpaniji reġistrati Malta, u għalhekk mhux il-kas li jsiru talbiet lir-Reġistratur tal-Kumpaniji f'dan is-sens.

Reġistratur tal-Kumpaniji – talbiet mill-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għamel il-Korp tal-Pulizija lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija m’għamel l-ebda talba lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners skont dak provdut fir-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 386.19) bejn l-1 ta' April 2018 u s-7 ta’ Mejju 2018.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – miżuri/inizjattivi għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-miżuri jew inizjattivi (jiġu elenkati waħda waħda b'mod separat) li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħa bejn l-2013 u l-2018 sabiex l-istess kunsill żamm mal-obbligi tiegħu b'rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-lokalità tal-Mellieħa u li kienu elenkati fir-rapport li kien ħareġ l-istess f'dokument (Żvilupp Sostenibbli fil-Mellieħa) fl-2009 - 2010 kif ukoll obbligi oħra li joħorġu mill-ftehim (Convenant of Mayors) li l-Mellieħa hija waħda mill-kunsilli madwar id-dinja firmatarji ta' dan l-istess ftehim?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – dokumenti għal żvilupp sostenibbli

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li kien nieda u kkummisjona l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn l-2009/2010, liema dokument kien iffinanzjat minn skema tal-Gvern Ċentrali ta' dak iż-żmien u li kien jitratta dwar żvilupp sostenibbli fil-lokalità tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, hekk kif provdut mill-istess Kunsill.

Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ – inizjattivi sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ tinsab sospiża u jekk allura għal din is-sena hux se jkunu allokati fondi u youth workers għall-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ li jixtiequ u jridu li jitwaqqfu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ – għotjiet ta’ fondi sospiżi

Question

Jekk l-għotjiet tal-fondi għall-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ ġew sospiżi, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li waslu għal din id-deċiżjoni u kif din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lill-Kunsilli Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ – tibdil fuq inizjattivi

Question

Fir-riforma tal-Kunsilli Lokali li l-proċess tagħha għaddej f'dawn il-ġranet, jista' l-Ministru jgħid hux qed jikkunsidra li jagħmel tibdil fuq l-inizjattiva Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ u jekk iva, jista' jindika minn kien involut fil-proċess ta' konsultazzjoni dwar is-suġġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux ser isiru tibdiliet li jaffetwaw negattivament il-hidma tant tajba tal-Agenzija Zghazagh.

Kunsilli Lokali – ħruġ ta’ white paper dwar riformi

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistennija toħroġ il-White Paper dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali u kemm mistenni jingħata żmien għall-konsultazzjoni ġaladarba toħroġ din il-White Paper?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-White Paper dwar ir-Riforma tal-Gvern Lokali ser tkun qed toħroġ hekk kif jigu fi tmiemhom il-konsultazzjonijiet interni u ser ikun qed jingħata perjodu ta’ madwar 6 ġimgħat għall-konsultazzjoni pubblika.
Leg 13 PQ #5635 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – appointments ġodda lill-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum f'kull Dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex kemm ingħataw appointments ġodda lill-ħaddiema? X'kienu l-gradi li għalihom ingħataw dawn l-appointments? F'liema gradi kienu l-ħaddiema qabel ingħataw dawn l-appointments? Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5643 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u Entitajiet – każijiet ta’ dixxiplina

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull Dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina dwar impjegati minn Marzu 2013 sal-lum? X'kien l-eżitu ta' kull każ? F'kull każ x'kien il-grad tal-impjegat involut?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Is-Siġġiewi – Triq l-Imdina – żvilupp t’akkomodazzjoni soċjali – fetħa fil-blat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-fetħa fil-blat (ritratt qed jingħata separatament) li dehret waqt ix-xogħlijiet fis-sit fejn qed isir l-iżvilupp t’akkomodazzjoni soċjali fi Triq l-Imdina fis-Siġġiewi, x’inhi? Jista’ jagħti x’informazzjoni għandhom il-periti dwar din il-fetħa u x’assessjar għamlu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-fetħa fil-blat illi tidher fir-ritratt mehmuż, hija Waste Water Gallery tal-Water Services Corporation. Qed isiru surveys mill-Water Services Corporation biex ikun stabbilit l-aħjar mod kif għandna nipproċedu.

Il-Mosta – Casa Arkati – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir bus shelter qrib Casa Arkati fil-Mosta peress li diversi anzjani ma jistgħux jinżlu lejn darhom minħabba li l-bus shelter li hemm jinsab ‘il bogħod u f’telgħa li jaqta’ qalb l-anzjani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni.

Aġenzija Sapport – Servizz Star 25

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4978, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li qed jirċievu dan is-servizz Star 25 u x’għandhom jagħmlu dawk il-ġenituri jew carers li għandhom adulti li jbatu minn diżabilità intelletwali severa, biex jirċievu dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, preżentament is-Sevizz Star 25, offrut mill-Aġenzija Sapport, jingħata lil għaxar klijenti, waqt illi ħames klijenti oħra jinsabu fil-fażi tat-tranżizzjoni, sabiex jibdew jibbenefikaw mis-servizz ukoll. Ġenituri jew Carers illi jixtiequ jirreferu għal dan is-servizz offrut, għandhom jagħmlu kuntatt mal-Aġenzija Sapport sabiex isir l-assessjar meħtieġ.

Pain Management Clinics

Question

Billi l-uġigħ kroniku huwa problema serja globali fejn huwa stmat li tolqot wieħed minn kull ħames adulti fl-Ewropa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed isir f’pajjiżna biex ikollna kura adekwata (bħas-servizz tal-Pain Management Clinics) u trattament aħjar għall-immaġġinar tal-uġigħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Anestesija, Kura Intensiva u l-Immaniġġjar tal-Uġigħ joffri formalment servizzi għall-immaniġġjar tal-uġigħ kroniku. Preżentament, hemm 4 konsulenti li joffru servizz għall-immaniġġar tal-uġigħ kroniku. Fil-ġimgħat li ġejjin Konsulent ġdid li għandu taħriġ u esperjenza xierqa fil-qasam huwa mistenni jibda’ jagħti servizz f’dan id-Dipartiment. Dan mistenni jkompli jżid il-proviżjoni tas-servizz. Is-servizzi pprovduti jinkludu: outpatient clinics regolari u dawn jinkludu ukoll pain clinic relatata mal-onkoloġija, kif ukoll sessjonijiet fit-theatre għall-interventi. Fl-Outpatient Clinics, il-pazjenti ssirilhom vista u jitfassal pjan ta’ trattament li jista’ jinkludi trattament permezz ta’ mediċini, interventi psikoloġiċi, fiżiċi jew interventional procedures. Għall-pazjenti li jkollhom bzonn xi interventional procedure hemm sessjonijiet apposta li jsiru fit-theatre. Dawn il-proċeduri jinkludu varjeta ta’ infiltration techniques, neuroablation u neuromodulation. L-Uffiċċju tat-Trattamenti Speċjalizzati fi ħdan l-uffiċċju tat-Tabib Ewlieni jagħmel arranġamenti ħalli jinġieb Konsulent li huwa speċjalizzat biex jitratta l-uġiegħ kroniku minn ġewwa l-Ingilterra. Dan il-Konsulent jigi Malta bejn ħdax u tlettax il-darba fis-sena fejn jiġu organizzati clinics u procedures ġewwa Mater Dei. Fis-sena 2017, dan il-konsulent ġie Malta 11 il-darba, għamel vista lil 170 pazjent fil-klinika u għamel proċedura fuq 102 pazjent.

Klabb 3-16 — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-Klabb 3–16? Kemm minnhom qed jibbenefikaw mis-sussidju fi ħlas għal dan is-servizz? X’għandhom jagħmlu ġenituri foqra biex jibbenefikaw minn dan is-sussidju? X’servizzi qed jingħataw lill-istudenti li qed jattendu l-Klabb 3–16?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta’ tfal li qed jattendu l-Klabb 3-16 huwa ta’ 1,733. Il-ġenituri jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna għal dan is-servizz kemm mill-iskema interna tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES), li minnha jibbenefikaw sitt itfal, kif ukoll minn Scheme 9: Social Funds for Students in Difficulty amministrata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u li minnha jibbenefikaw 32 tfal. L-iskema ta’ sussidju tal-FES hija miżura maħsuba biex toffri għajnuna lil ġenituri li huma responsabbli tat-trobbjia ta' tfal bejn it-tliet snin u s-sittax-il sena. Din l-iskema tipprovdi sussidju għal perjodu ta' sena fuq is-servizz ta' wara l-ħin tal-iskola, Klabb 3-16. Għal fini ta' din l-iskema, "ġenituri" tfisser il-ġenituri naturali kif ukoll ġenituri bil-kustodja ta' orfni, foster carer li jkun il-kuranti b'affidament approvat skont l-Att dwar il-Foster Care, ġenitur bi żwieġ ieħor u ġentitur adottiv skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318). Skont l-istess att, "ġenitur singlu" tfisser ġenitur li jkun romol, separat (sew de facto jew de jure), divorzjat jew mhux miżżewweġ li jkun waħdu u għal kollox responsabbli li jżomm u jrabbi lil uliedu dipendenti li ma jkunux għalqu t-tmintax-il sena. Persuni eliġibbli huma: · Persuna li tattendi edukazzjoni u taħriġ fil-ħinijiet li fih jingħata s-servizz tal-Klabb 3-16 biex tkun tista' tibda taħdem. · Persuna li ser tidħol fid-dinja tax-xogħol u li l-impjieg ikun fil-ħin tas-servizz. · Persuna b'persuna dipendenti li għandha mard serju jew diżabbiltà u li tixtieq tidħol fis-suq tax-xogħol. · Is-sussidju jista' jingħata għal dawk il-ġenituri li jkunu riferuti minn aġenziji jew professjonisti oħra. Dħul tal-Familja (Combined Family Income)Rata tas-sussidju 0 - €10,00075% tal-ispejjeż €10,001 - €12,00060% tal-ispejjeż €12,001 - €14,50045% tal-ispejjeż €14,501 - €16,50030% tal-ispejjeż Il-benefiċjarji tal-miżura taħt Skema 9 huma studenti fl-iskejjel primarji tal-Istat fl-età minn 3 sa 10+ snin li ġejjin minn familji li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet soċjo-kulturali u/jew soċjo-ekonomiċi. Is-servizz li jingħata lill-istudenti li qed jattendu l-Klabb 3-16 huwa wara l-ħin tal-iskola bejn is-2 u s-6 ta’ filgħaxija. Waqt dan is-servizz it-tfal jagħmlu l-‘homework’ mal-‘homework tutors’ u wara jkollhom attivitiajiet sportivi jew inkella attivitajiet b’tema edukattiva però informali bħal logħob edukattiv, attivitajiet ta’ xjenza, tagħlim ta’ lingwi barranin (FLAP) jew programmi kulturali (LAPSI).