Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku li seħħew fi Triq Lewis Wettinger (bypass) fil-Mellieħa bejn il-Ġimgħa 20 ta' April 2018 u l-Ħadd 6 ta' Mejju 2018 u jekk dawn l-istess inċidenti seħħewx fiż-żona minn fejn jew viċin fejn ittieħdet parti mill-istess triq fl-aħħar ġimgħat, preċiżament fil-parti li ż-żona biswit tagħha hija magħrufa bħala Ta' Masrija u li tinsab viċin ħafna t-triq li tagħti għall-Miżieb. (inċidenti qed nifhem kemm dawk li ssejħu l-pulizija kif ukoll l-uffiċjali tal-komunità - gwardjani lokali)
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, u ċioè bejn il-Ġimgħa 20 ta' April 2018 u l-Ħadd 6 ta' Mejju 2018, kien hemm inċident tat-traffiku wieħed irregistrat fis-sistema tal-Pulizija, li seħħ fi Triq Lewis Wettinger, il-Mellieħa. L-inċident seħħ viċin l-entratura tat-Triq għall-Miżieb.
L-informazzjoni ma tinkludix dettalji ta’ inċidenti tat-traffiku li attendew għalihom il-Gwardjani Lokali. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq it-tali informazzjoni, nitolbu jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat flus kull skola primarja u sekondarja tal-Istat fl-aħħar tliet snin biex jitmexxew is-servizzi edukattivi tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 5660 - Skejjel primarji u sekondarji tal-Istat - fondi.pdf
Strateġija Nazzjonali dwar il-Vjolenza Domestika — twettiq
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi twettaq mill-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Vjolenza Domestika li kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-24 ta’ Jannar 2018? Kemm persuni tressqu l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza domestika matul din il-Leġiżlatura u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (DALLI, HELENA)
L-istrateġija nazzjonali dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika kienet imnedija f’Novembru 2017 u tkopri l-perjodu li jintemm fl-aħħar tal-2020.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa ġew implimentati punti 1.1, 1.2, 1.3 u 1.4 bis-saħħa għal-liġi dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħa ħsieb biex jitneħħew ir-riservi li kellha Malta dwar xi artikli mill-Konvenzjoni ta’ Istanbul.
Punt 1.6 ġie mwettaq permezz ta’ kumitat interministerjali, intiż sabiex jiżgura li l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-istrateġija iwettqu xogħolhom fiż-żmien stipulat.
Punt 1.7 ġie mplimentat peress li ġie mfassal u stampat il-manwal tal-proċeduri għall-entitajiet kollha.
Punt 2.5 twettaq permezz ta’ taħrig għall-professjonisti differenti li jaħdmu f’dan il-qasam fosthom il-pulizija, is-social workers, l-infirmiera, it-tobba, il-guidance teachers u l-qwiebel. Ingħata wkoll taħriġ lill-ġudikatura dwar l-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida u l-Konvenzjoni ta’ Istanbul.
Punti 3.1, 3.2 u 3.3 li jirrigwardaw il-prevenzjoni ġew implimentati permezz ta’ kampanji ta’għarfien fuq medja soċjali, radju, kif ukoll is-16-il jum ta’ attiviżmu matul ix-xahar ta’ Novembru.
Finalment, punt 4.1 ġie implimentat permezz ta’ publikazzjoni ta’ ktejjeb ta’ informazzjoni mfassal mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika. Din ta’ l-aħħar fasslet ukoll materjal għall-vittmi sabiex ikunu jafu x’servizzi hawn għalihom.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat rigward it-tieni mistoqsija fuq kemm persuni tressqu l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza domestika.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795 u 2788 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3175 u 4353 u tgħid kemm-il quote nħarġet mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid kemm kien il-valur ta' kull quote li nħarġet? Tista' tgħid liema dipartiment jew entità tat kull waħda mill-quotes preċedentament imsemmija? Tista' tgħid x'kien ix-xogħol jew servizz rikjest minn kull quote u li ngħatat? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm quotes li tħallsu bis-siegħa u f'tali każ tgħid liema kienu u tinkludi wkoll kemm-il siegħa ta' xogħol kien hemm involuti? Tista’ tgħid ukoll min kienet il-persuna u x'kariga tokkupa, li ċċertifikat ix-xogħol, u kemm hemm kontijiet pendenti fuq quotes?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ppublikata fuq is-sit eletronniku tal-Ministeru għal Għawdex kif wkoll fuq il-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern għal kwotazzjonijiet jew għal sejħiet dipartimentali għal offerti.
Nikkonferma wkoll li skond Regolament 111 (2) tal-avviz legali 352 tal-2016, kif emendat bl-Avviż Legali 155 tal-2017, 233 tal-2017 u 26 tal-2018, l-awtoritajiet kontraenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kull sitt xhur jippubblikaw fil-Gazzetta lista sħiħa tal-kuntratti dipartimentali kollha li jkunu ngħataw minnu u lista tal-każijiet kollha li jinvolvu varjazzjonijiet li jeċċedu l-valuri tal-kuntratt oriġinali b’iżjed minn ħamsa fil-mija. Dawn iż-żewġ listi jinkludu l-isem tal-operatur ekonomiku, in-natura tal-kuntratti, il-valuri oriġinali tal-kuntratti u l-valuri finali tal-kuntratti jekk ikun il-każ.
Il-Bajja tar-Ramla – Triq Ta’ Għajn Ħosna — tiswijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk Triq Ta’ Għajn Ħosna, it-triq li mix-Xagħra twassal għall-Bajja tar-Ramla l-Ħamra hux se ssir kollha f’dawn il-ġranet jew inkella hux se ssir parti minnha biss? Tista’ tgħid ukoll jekk din it-triq hux se tiġi asfaltata kollha u tkun lesta sal-bidu ta’ dan is-sajf?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ta’ Għawdex ta is-somma ta’ €150,015.05, bħala parti minn Proġett ta’ Għawdex lil Kunsill Lokali tax-Xagħra sabiex issir din it-triq u x-xogħol skedat huwa mistenni li jitlesta f’dawn il-ġranet.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender qiegħed fil-proċess tal-evalwazzjoni biex tkun tista’ ssir rakkomandazzjoni lid-Dipartiment tal-Kuntratti ħalli ssir l-award. Ix-xogħol infrastrutturali huwa mistenni li jitlesta fi tieni kwart tas-sena 2019.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — newspaper advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej ;
Nefqa 2013 fuq Print Advertising - €19, 230.40
Nefqa 2013 fuq Digital Advertising - €2,095.91
Nefqa 2014 fuq Print Advertising - €32,626
Nefqa 2014 fuq Digital Advertising - €4,333.90
Nefqa 2015 fuq Print Advertising - €43,953.82
Nefqa 2015 fuq Digital Advertising - €4,260.27
Nefqa 2016 fuq Print Advertising - €35,559.79
Nefqa 2016 fuq Digital Advertising - €3,769.26
Nefqa 2017 fuq Print Advertising - €51,065.32
Nefqa 2017 fuq Digital Advertising - €4,940.94
Nefqa 2018 fuq Print Advertising - €24,695.43
Nefqa 2018 fuq Digital Advertising - €1,255.29
Uffiċċju tal-Prim Ministru – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2347 - MEDE - Nefqa - radio advertising.pdf
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – radio advertising — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq radio advertising fil-perjodu kkonċernat.
Attachments:PQ 2349 - Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza - radio advertising - nefqa.xlsx
Qorti tal-Appell – azzjoni fuq sentenza mogħtija – kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mill-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat għal konsultazzjoni pubblika amenda għall-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp biex tindirizza s-sitwazzjoni li nħolqot fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018. Dan il-proċess issa ġie konkluż u l-amenda ġiet approvata taħt l-Avviż Legali numru 152 tal-2018.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Parlament approva wkoll l-Att numru IX tal-2018 biex jindirizza aspett ieħor tal-istess deċizjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Appell.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — PR u Media Events
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4885 u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Il-medja ta’ spejjeż għal kull attività tvarja bejn €400 u €600.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4893 u tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li 13-il Uffiċjal fis-Segretarjat tiegħi kellhom il-mobile telephone imħallas mill-Gvern bejn April 2013 u llum.
In-nefqa globali fil-perjodu kkonċernat kien ta’ €36,380,07.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – mobile phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4892 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huma 17-il persuni fis-Segretarjat li għandhom il-kont tal-mobile phone imħallas mill-gvern minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom. Dan huwa numru simili għal dak li kien hemm f’leġiżlaturi oħra preċedenti.
L-ispiża minn April 2013 sal-lum fuq ħlasijiet ta’ kontijiet ta’ mobiles kienet ta’ €250,601.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4899 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Inteprellant li hemm 6 persuni intitolati għall-mobile phone imħallas mill-Gvern (inkluż il-Ministru) u n-nefqa globali s’April 2018 hija dik ta’ €8,155.11 (VAT eksluż). Din l-informazzjoni hija min meta twaqqaf il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma minn Ġunju 2017.
Ministeru għal Għawdex — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4898 u tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-leġiżlatura XII kien hemm 13-il persuna fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li kellhom mobile telephone mħallas mill-Gvern, filwaqt li fil-leġiżlatura XIII hemm 4 persuni. In-nefqa globali minn April 2013 s’issa hija ta’ €73,058.26. Il-Ministru preżenti għadha ma preżentat l-ebda kont biex jitħallas lura l-ammont imħallas minnha.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4897 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sitt persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern, in-nefqa globali minn April 2013 s’issa kienet ta’ € 240,489.72