Residenza San Vinċenz de Paule – carers provduti minn kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jintervjeni mal-kuntrattur li jipprovdi l-carers fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li l-carers, fosthom nisa li jaħdmu fuq bażi part-time mal-kuntrattur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jixtiequ jaħdmu numru ta’ ġranet fil-ġimgħa u minflok qed jingħataw ġurnata waħda biss filwaqt li minflokhom qed jiddaħħlu carers barranin? Filwaqt li nifhem l-importanza tal-ħaddiema barranin f’ċerti oqsma tal-ekonomija tagħna, ma jaħsibx li l-preċedenza għandha tingħata lill-carers Maltin, li ħafna minnhom huma nisa li jkunu miżewwġa bil-familja u jkunu jistgħu jaħdmu fuq bażi part-time? Ma jaħsibx il-Ministru li hija ironija li ngħidu li rridu aktar nisa fid-dinja tax-xogħol, imbagħad f’istituzzjoni tal-Gvern stess, il-kuntrattur qed jagħti preferenza lill-ħaddiema barranin fuq dawk Maltin li jkunu infurmaw il-kuntrattur konċernat kemm jixtiequ jaħdmu imma qed jaħdmu ferm u ferm anqas għax minflokhom qed jiġu mgħajta carers barranin għax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru testijiet tad-demm tal-vitamina D fl-2017? Jista’ jgħid kemm minnhom irriżultaw baxxi jiġifieri inqas mil-lowest reference range?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta' testijiet għal Vitamina D matul is-sena 2017 huma 19,452. Minn dawn kien hemm 11,186 li kienu taħt il-livell ta' 30ng/ml. Dawn jammontaw għal 57% tat-total.
Dawn il-57% jistgħu jerġgħu jinqassmu segwentement:
37% livell mhux suffiċċjenti ta' Vitamina D (20-30 ng/ml)
20% livell ta' defiċjenza ta' Vitamina D (<20ng/ml)
Dawn il-figuri jaqblu tajjeb ma' studji li saru f'pajjiżi oħra Ewropej speċjalment f'pajjiżi fin-nofsinhar tal-Ewropa fejn instabu livelli baxxi ta' vitamina D.
Ministeru għall-Finanzi – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 ’l hawn saru medja ta’ €15,007 (ħmistax-il elf u seba’ Ewro) fis-sena fuq radio advertising.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu 2013 sal-lum intefqu €15,621.68 (Vat inkluż) fuq radio advertising, liema nefqa u xandiriet saru fl-2017.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika n-nefqa fuq radio advertising tal-entitajiet u d-dipartimenti kollha fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa li saru bejn Marzu 2013 sal-aħħar t’April tal-2018.
2013(Marzu sa Diċembru)
2014
2015
2016
2017
2018 (Jannar sa April)
Nefqa fuq
radio advertising
€40,605.51
€31,210.00
€37,165.53
€15,549.44
€42,719.55
€5,140.08
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4896 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi hemm 4 persuni inkluż jien li għandhom il-mobile telephone imħallas mill-Ministeru.
5 persuni oħra jieħdu
allowance
relatata ma’ telefonati.
In-nefqa globali minn Ġunju 2017 sa April 2018 hija ta’ € 11,843.82.
Ministeru għat-Turiżmu — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4895 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni fis-Segretarjat li għandhom il-mobile phone imħallas jew jieħdu telephone allowance mill-Gvern huma dawk kif stipulat fil-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Mill-informazzjoni miġbura, l-ispiża medja fix-xahar minn Ġunju 2017 sa Marzu 2018 hi ta’ €942.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4894 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm tlettax-il (13) persuna li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern. In-nefqa globali bejn April 2013 sa April 2018 kienet ta’ €81,338.42.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4904 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11014 tat-12-il Leġiżlatura, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Mobile Phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4901 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April 2013 sa Frar 2018, in-nefqa globali fuq mobile telephones ta’ l-uffiċjali kollha li servew fis-segretarjati fi ħdan dan il-Ministeru kienet tammonta għal €103,248.83. In-numru ta’ uffiċjali tas-segretarjati, tat-tlett Ministri u tal-erba’ Segretarji Parlamentari li servew minn April 2013 sad-data li fiha qed tkun imwieġba din l-mistoqsija parlamentari, li kienu f’xi żmien jew ieħor intitolati għal mobile telephone imħallas mill-Gvern, jammonta għal 41 persuna.
Ministeru għas-Saħħa — Mobile Phone imħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4900 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm 17 il-persuna (inkluż il-Ministru) li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern. In-nefqa globali bejn 1 ta’ Mejju tal- 2016 sal-aħħar t’April 2018 kienet €37,209.61.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta’ 22.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Data Protection Officers
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għas-Saħħa huwa ta’ 31.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar huwa ta’ tmienja .
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa ta’ 49.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma huwa ta’ 5.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – Data Protection Officers
Question
Tista' l-Ministru tagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza huwa ta’ 2.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.