Awtorità tad-Djar – allokazzjonijiet ta’ appartamenti proprjetà tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sistema u proċedura qiegħda tiġi pprattikata sabiex jiġu allokati appartamenti proprjetà tal-Gvern lill-applikanti li qegħdin fil-lista ta’ stennija mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar qiegħda tuża l-istess policies preċedenti, sabiex jiġu allokati postijiet għall-akkommodazzjoni soċjali. Madankollu, kull każ għandu jingħata l-attenzjoni meħtieġa skont iċ-ċirkustanzi u l-prijorità tiegħu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum ma ntefqux flus f'reklamar fuq ir-radju filwaqt li f’perjodu ta’ disa xhur qabel u wara l-Elezzjoni Generali tal-2008, intefqu €6,112.71.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt;
Dipartiment / Entità / Aġenzija
Marzu - Diċembru 2013
Jannar - Diċembru 2014
Jannar - Diċembru 2015
Jannar - Diċembru 2016
Jannar - Diċembru 2017
Jannar - April 2018
Transport Malta
€21,468.69
€4,534.40
€5,134.00
€54,387.86
€28,461.71
€3,464.00
Planning Authority
€3,115.08
€1,544.00
NIL
NIL
€4,837.20
€6,068.80
Lands Authority
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
Land Registry
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
BICC
NIL
NIL
NIL
€8,170.09
€8,920.80
NIL
BRO
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
Property Malta
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
MTIP (Finance)
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
Ministeru għal Għawdex – radio advertising — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Soldiarjetà Soċjali – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej ;
Nefqa 2013 fuq Radio Advertising - €2,473.74
Nefqa 2014 fuq Radio Advertising - €2,050.68
Nefqa 2015 fuq Radio Advertising - €15,410
Nefqa 2016 fuq Radio Advertising - €12,210
Nefqa 2017 fuq Radio Advertising - €1,714.05
Nefqa 2018 sa April 2018 fuq Radio Advertising - €12,504.60.
L-ammont totali minn Marzu 2013 sa April 2018 huwa €46,363.07.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — promotional material - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – promotional material — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Finanzi – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Finanzi flimkien mal-entitajiet, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu huwa ta’ 12.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru huwa ta’ 11.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali huwa ta’ 11.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju 2018 u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huwa ta’ 18.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament
.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima inkluż id-dipartimenti, l-entitajiet u l-awtoritajiet huma 13. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-Ministeri, Dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ huwa ta’ tnejn (2).
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4969 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra
(a) min kienu l-persuni li siefru;
(b) minn min kienu akkumpanjati; u
(c) x’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Il-Mosta — Crash Barriers fit-triq li tieħu lejn il-Biżbiżija
Question
B'referenza għat-talba għal crash barriers mitluba fil-mistoqsija parlamentari 3660, jista' l-Ministru jieħu passi sabiex jara li jsiru l-crash barriers għaliex diġà kien hemm xi inċidenti fejn twaqqgħu xi ħitan fl-istess triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin it-tħejjijiet sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista’ jibda mill-aktar fis.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5063 u 4858 u jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - safar
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5244 u 4871 u ċjoe: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5243 u 4870 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interepellant li għal perjodu Marzu 2013-Jananr 2017 tirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 2115,17753,26715,26832,26833 u 29670. Għal perjodu minn Frar 2017, qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t’April li għaddew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ninsab informat li f'dan l-istadju għad fadal kontijiet relatati ma' din iż-żjara li ma humiex magħluqa, u għalhekk għadu mhux possibli li tingħata l-ispiza komplessiva. It-tagħrif sħiħ jingħata f'seduta ohra.