Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' loans mogħtija mill-branches ta’ kull bank li jopera f'Għawdex fl-aħħar tas-sena 2017? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-ammonti ta' depożiti mal-branches tal-banek li joperaw f'Għawdex fl-aħħar tas-sena 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir jew hemmx il-ħsieb li jsir, studju speċifiku dwar low-income households f'Għawdex, biex jiġi stabbilit jekk hemmx problema, x’inhi din il-problema u kif tista' tiġi indirizzata din il-problema fil-gżira ta' Għawdex? Jekk mhux qed isir tali studju, il-Ministru tikkunsidra li jsir studju ta' dan it-tip, speċifikament għall-persuni li jgħixu f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jikkollabora ma’ Prof. Saviour Formosa mill-Universita’ ta’ Malta, dwar studju dwar il-bixriet soċjali t’Għawdex.
Awtorità tad-Djar – xiri ta’ residenzi tal-awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm inxtraw residenzi tal-Awtorità tad-Djar fis-snin 2016 u 2017 u minnhom kemm inxtraw minn persuni bi bżonnijiet speċjali u minn single mothers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn l-2016 u l-2017, inxtraw 176 –il residenza tal-Awtorita` tad-Djar jew tal-Gvern mill-inkwilini, b’4 minn dawn il-176 jinxtraw minn single mothers.
L-Awtorita` tad-Djar m’għandhiex records fir-rigward ta’ persuni bi bżonnijet speċjali li bbenefikaw minn din l-iskema, hekk kif din l-informazzjoni hija rrelevanti għax-xiri tal-proprjeta’ taħt din l-istess skema.
Persuni li qed jabbużaw minn akkomodazzjoni soċjali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3795, jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu persuni li ġew identifikati li qed jabbużaw minn akkomodazzjoni soċjali mis-sena 2014 sad-data tal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mis-sena 2015 sal-21 ta’ Mejju 2018, l-Awtorita` tad-Djar sabet 26 persuna li ġew identifikati li qed jabbużaw minn akkomodazzjoni soċjali.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi statistika qabel is-sena 2015 ma kinitx tinżamm.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5419, jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra l-pożizzjoni tal-Gvern u minflok jiddeċiedi li jwieġeb għall-kontenut li kien hemm fil-ħarġa tal-20 ta’ April 2018 fil-gazzetta Franċiża ‘Le Monde’?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5419.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bidu ta’ Triq Żabbar, f’Raħal Ġdid li marret lura sew, hiex se ssir mill-ġdid tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li rigward il-bidu ta’ Triq Żabbar, f’Raħal Ġdid qed isiru negozjati biex isir ix-xogħol din is-sena.
Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid – toroq imsewwija jew irranġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li matul il-perjodu msemmi ġiet irranġata Triq il-Melita.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5422 u ċjoè: B’referenza għar-rapport li deher fis-sitt paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday tal-22 ta’April 2018, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min ħallas għall-vjaġġ, akkomodazzjoni u l-spejjeż relattivi ġewwa l-Awstralja kif ukoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u min ħallas għall-istess vjaġġ, akkomodazzjoni u l-ispejjeż relattivi għall-istess delegazzjoni? Jista’ jinforma kemm kienet l-ispiża komplessiva?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant ghall-mistoqsija numru 5422.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – promotional material — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2362 - MEDE - Nefqa fuq promotional material.pdf
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – promotional material — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – promotional material — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Attachments:PQ 2364 - Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza - pro.._.xlsx
Ministeru għall-Finanzi – promotional material — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħdha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu – promotional material — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandi, n-nefqa fuq printed promotional material minn Marzu 2013 s’issa hija ta’ ftit aktar minn tminn mitt elf ewro, bi 93% tal-ispiża hija sostuna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u minn Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Fil-każ ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi il-
promotional material
jintuża biex tippromwovi l-faċilitajiet tagħha kif ukoll l-avvenimenti li jseħħu fl-istess faċilitajiet. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tuża dan il-materjal biex timmarkitja lil pajjiżna bħala destinazzjoni f’fora u fieri barranin. L-użu tal-
promotional material
huwa parti mill-istrateġija tal-
marketing
tal-Awtorità.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – promotional material — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2013 u llum intefaq total ta’ € 26,926.28 fuq promotional material, mill-Entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (BORG, IAN)
In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali huwa ta’ 7.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Tista' l-Ministru tagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għal Għawdex huwa ta’ 7.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali– Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ uffiċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, inkluż dawk l-uffiċjali f’kull entità, dipartiment u awtorità, li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer huwa ta’ 22.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju 2018 u għaldaqstant il-ministeru, d-dipartimenti u l-entitajiet kollha qed jaġġornaw il-listi skont il-provedimenti tar-Regolament.
Jista’ l-Ministru jgħid xi prijoritajiet qed jagħti l-Ministeru għal żoni pedonali? Kemm għandna postijiet fejn it-toroq huma żoni pedonali? Liema huma dawn il-lokalitajiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru permezz ta’ Transport Malta qiegħed jinvesti bi sħiħ f’żoni pedonali filwaqt li fl-istess ħin jagħmel dawn iż-żoni aktar siguri. Bħalissa għaddej proġett sħiħ fil-Belt Valletta u dan in vista tal-investiment qawwi fi proġetti fil-Belt Kapitali. Dan ukoll peress li l-attività żdiedet b’mod konsiderevoli, inħasset il-ħtieġa li jsir eżerċizju tas-sitwazzjoni preżenti u li ssir reviżjoni taż-żoni pedonali, kemm dawk eżistenti u oħrajn ġodda.
Dan il-proċess qed isir b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, mal-Pulizija, mal-GRTU u mal-Valletta 2018.
Diskussjonijiet mal-Kunsilli rispettivi qed isiru fuq proġetti oħra simili f’Paceville, San Ġiljan u Sliema.
Transport Malta żżomm laqgħat spissi u regolari mal-Kunsilli biex tara li l-bżonnijiet ta’ sigurtà fit-toroq tagħna jitħarsu bl-aħjar mod possibbli.
Fir-rigward tat-tieni u t-tielet parti ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferihom lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Studji dwar mudelli ta’ konnessjoni bejn Għawdex u Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il studju sar mill-Ministeru jew minn Transport Malta dwar id-diversi mudelli ta’ konnessjoni bejn Għawdex u Malta? Jista’ l-Ministru jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudji li saru dwar il-mudelli ta’ konnessjoni bejn Għawdex u Malta huma:
§ ‘
Preliminary Analysis: Assessment of Road Tunnel Options between Malta and Gozo’ minn Mott MacDonald
(Marzu 2012).
§
‘Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options’ minn E-Cubed Consultants
(Settembru 2015).
Qed inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti ta’ dawn l-istess studji.
Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – riżorsi
Question
B’referenza għar-Riżorsi tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-baġit tal-Awtorità dwar il-Embrijuni? Min hu ċ-Chairperson u min huma l-membri? X’inhu r-riżors uman li għandha bħalissa din l-Awtorità? Kemm ser jiżdiedu r-riżorsi umani biex jagħmel tajjeb għaż-żieda mistennija fid-domanda ta’ dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Budget tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun, ġie impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra nhar it-13 ta’ Marzu tal-2018. Għas-sena 2018 il-budget huwa ta’ €323,000- (€270,000 subvention tal-Gvern u €53,000 minn dħul iġġenerat minn fees imħallsin mill-Kliniċi liċenzjati).
Ic-Chairperson tal-Bord huwa L-Imħallef Emeritus Philip Sciberras, Viċi Chairperson hija s-Sa Josephine Abdilla u l-membri huma s-Sa Sarah Camilleri, l-Professur Victor Grech, s-Sa Mariella Meachen u l-Pedjatra Patrick Sammut.
Bħalissa l-Awtorita’ qed timpjega Direttur Eżekuttiv, Segretarja, ART Inspector u messaġġier/xufier. Fil-futur qarib dawn se jiżdiedu bi tlieta oħra (Assistent Direttur, Administrative Officer u Clerk). Huwa maħsub biex jinħarġu ukoll sejħiet ghall- aktar ART Inspectors u clerks għal mal-Awtorita’ (mhux operat).