Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5845 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa f’Londra ma’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta’ meta u l-bini fejn saret il-laqgħa f'Londra, l-Ingilterra, bejnu u bejn l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, liema laqgħa ġiet organizzata mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-attivita li qed jagħmel riferenza għaliha fil-mistoqsija tiegħu kienet attivita pubblika li saret f'Londra fil-31 ta' Ottubru 2013 u li matulha saret it-tnedija tal-Malta Individual Investor Program.
Leg 13 PQ #5846 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan – proġett tal-ITS — masterplan

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-masterplan ta' Paceville u li huwa stess irrefera għalih f'kummenti li huwa ta lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju 2018 b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

San Ġiljan – proġett tal-ITS — masterplan

Question

Jista ' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-masterplan ta' Paceville u li l-Prim Ministru rrefera għalih f'kummenti li ta lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju 2018 b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal dak li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjannar ippublikat fl-2016 għal konsultazzjoni pubblika.

Tqassim ta’ kuruni mbierka mill-Papa Franġisku lill-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu kuruni mbierka mill-Papa Franġisku mis-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva lill-anzjani Maltin u Għawdxin matul is-sena 2018? Jista' jgħid f'liema djar tal-anzjani tqassmu dawn il-kuruni u x'kienet l-ispiża biex inxtraw dawn il-kuruni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Welfare Committee, flimkien mas-Segretarjat għal Anzjani u Persuni b’Diżabilita`, qassam 2067 kuruna mbierka mill-Papa Frangisku lill-anzjani u għad baqa’ 1033 kuruna x’jitqassmu. Il-kuruni tqassmu fid-djar tal-anzjani kif ġej ; - Residenza San Vinċenz - Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa - Dar tal-Anzjani tal-Furjana - Dar tal-Anzjani tal-Mosta - Dar tal-Anzjani tal-Imsida - Dar tal-Anzjani ta’ Bormla - Dar tal-Anzjani taż-Żejtun - Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa - Zammit Clapp Nursing Home L-ispiża totali biex inxtraw dawn il-kuruni hija ta’ €31,980.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – promotional material — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – promotional material — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – promotional material — nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba minnu fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – promotional material — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Year Cost March - Dec 2013 €1,236.01 2014 €2,424.55 2015 €4,172.34 2016 €18,040.45 2017 €3,896.27 Jan - Apr 2018 €0.00

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – promotional material — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt; Dipartiment / Entità / Aġenzija Marzu - Diċembru 2013 Jannar - Diċembru 2014 Jannar - Diċembru 2015 Jannar - Diċembru 2016 Jannar - Diċembru 2017 Jannar - April 2018 Transport Malta €2,688 €5,469.35 €34,340.76 €16,495.80 €14,685.08 €5,820.72 Planning Authority €10,22.17 €15,016.85 €15,032.07 €63,058.42 €15,612.11 €8,437.00 Lands Authority NIL NIL NIL NIL €5,660.46 NIL Land Registry NIL NIL NIL NIL NIL NIL BICC NIL €1,592.40 €1,607.46 €3,223.76 €4,318.50 €1,334.58 BRO NIL €75 €15,090.13 €50,357.85 €15,592.10 NIL Property Malta NIL NIL NIL NIL €5,945.00 €175
Leg 13 PQ #2373 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – promotional material — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5729 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex – digrieti ta’ adozzjoni fir-Reġistru tal-Persuni adottati reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il digriet ta' adozzjoni ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Persuni Adottati fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista annessa: Sena Total 2008 NIL 2009 1 2010 2 2011 NIL 2012 NIL 2013 2 2014 1 2015 2 2016 NIL 2017 1
Leg 13 PQ #5730 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku ta’ Malta – atti taż-żwieġ reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti taż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista annessa: Sena Total 2008 2343 2009 2239 2010 2401 2011 2745 2012 3328 2013 3255 2014 3543 2015 3740 2016 4014 2017 3756
Leg 13 PQ #5731 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex – atti taż-żwieġ reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti taż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista annessa: Sena Total 2008 194 2009 197 2010 240 2011 185 2012 211 2013 174 2014 220 2015 205 2016 210 2017 221
Leg 13 PQ #5732 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku ta’ Malta – atti ta’ Unjoni Ċivili reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' Unjoni Ċivili fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta mis-sena 2014 sas-sena 2017, sena b'sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista annessa: Sena Total 2014 28 2015 50 2016 60 2017 67
Leg 13 PQ #5733 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex – atti ta’ Unjoni Ċivili reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' Unjoni Ċivili fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2014 sas-sena 2017, sena b'sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista annessa: Sena Total 2014 2 2015 3 2016 1 2017 2

Ġnien tal-Foss ta’ Ħaż-Żabbar — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet mill-Ministeru tiegħu għall-ġnien magħruf bħala l-Ġnien tal-Foss ta' Ħaż-Żabbar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-Ministeru tiegħi ssotometta applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar biex ġewwa l-Foss ta Haz-Zabbar isir ġnien pubbliku, armat b’ faċilitajiet sanitarji, logħob għat-tfal u jitwaħħlu numru ta’ għamra għal-ġonna (bankijiet, gazebo, dwal etc). Il-permessi nħarrgu u beda l-proċess għal sejħiet biex tinbena l-binja li ser tkun qed toffri faċilitajiet sanitarji u cafeteria għal dan is-sit. Preżentament għaddejjin bl-evalwazzjoni tal-offerta li dahlet għal dan ix-xogħol. Huwa mistenni li x-xogħol fuq din l-binja jibda fix xhur li ġejjin. Diġa saru xogħolijiet neċessarji biex jinġieb is-servizz tad-dawl għal ġewwa l-ġnien.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – master plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Peress li fil-preżent hemm problema kbira ta’ nuqqas ta’ parkeġġ kemm għall-ħaddiema tal-Isptar kif ukoll għall-pazjenti u qraba li jużaw l-Isptar ta’ Għawdex, jista’ jgħid jekk qiegħedx jiġi kkunsidrat li jsir car park ieħor jew jitkabbar dak eżistenti?

Response (BORG, IAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema applikazzjoni bin-numru PA7491/16 li tipproponi “A master-plan of the Gozo Hospital Site consisting of Major alterations, including part demolition and reconstruction, and refurbishment of existing Gozo General Hospital (Use class order 2A), to increase number of beds from 270 to 450 inclusive of all ancillary facilities. With reference to drawing (GGH-iAS-A'B-XX-A-1001) - Refurbishment of buildings 10 and 11 and demolition of buildings 12, 13, 14, 15 and 16. With reference to drawings (GGH-iAS-A'B-XX-A-1002)- New construction of buildings 17, 18, 19, 20 and 21. Reference is being made to a table, attached, showing all buildings, building types and areas.” L-applikazzjoni sarilha il-proċess tal-iscreening u bħalissa l-Awtorità qiegħda tistenna li jiġu sottomessi l-informazzjoni u d-dokumenti mitluba fl-iscreening letter. Il-pjanti sottomessi fl-applikazzjoni tal-“master plan” juru li se jkun hemm numru ta’ parking areas madwar il-konfini tal-isptar li bejniethom jipprovdu 521 “parking spaces. Tlesta wkoll Traffic Impact Assessment komprensiv għall-iżvilupp propost fil-masterplan, u dak ix-xogħol approvat fl-applikazzjoni għall-iskola medika ta’ Barts (PA 5493/16). Meta dan il-Traffic Impact Assessment ġie studjat minn Tranport Malta, ġie konkluż li l-iskola medika se tiġġenera impatti minimi fuq l-infrastuttura tat-toroq tal-madwar, kif ukoll li l-impatti tat-transport ġenerat mill-master plan għad iridu jiġu studjati minn Transport Malta.
Leg 13 PQ #5757 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur Għawdex – Triq il-Ħanaq – Xogħlijiet ta’ tarmak

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jitlesta x-xogħol ta' tarmak fi Triq il-Ħanaq fin-Nadur, Għawdex qabel is-sajf 2018 peress li din it-triq għadha b'kisja waħda ta' tarmak fejn diġà ġratilha ħsara kbira peress li ma tkompliex ix-xogħol? Jekk mhux se ssir qabel is-sajf 2018 tista' tgħid meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f’xi seduta oħra.

Entitajiet pubbliċi – penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5759 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Entitajiet pubbliċi – penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra