Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux possibbli li jinħoloq depot fin-naħa ta' fuq ta' Malta minn fejn persuna tkun tista’ ġġib jew tibdel iċ-ċilindru tal-ossiġnu u dan biex jiġu ffrankati ħafna inkonvenjenzi, skareġġar u tbatija lil min ikollu bżonn dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-tender il-ġdid (li jinsab fi stadju avvanzat li jingħata) ser ikun hemm tliet postijiet minn fejn persuna tkun tista’ ġġib jew tibdel iċ-ċilindru tal-ossiġnu, wieħed fin-nofsinhar, wieħed fit-tramuntana ta' Malta u ieħor f'Għawdex.
Tim Nazzjonali tan-Netball – għajnuna finanzjarja minn SportMalta
Question
Jista' l-Ministru jara li tingħata għajnuna finanzjarja minn SportMalta biex it-tim nazzjonali tan-netball jieħu sehem fl-avveniment sportiv tan-Netball Europe Under 21 Challenge Section f'Ottubru li ġej?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat minn SportMalta li l-Assoċjazzjoni tan-Netball ma għamlet l-ebda talba għal assistenza għall-2018 u għaldaqstant ma hemm l-ebda talba pendenti għal tali assistenza.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli interpellant li l-Gvern kien u għadu kommess li jassisti għaqdiet sportivi fil-parteċipazzjoni tagħhom f’avvenimenti internazzjonali.
Il-Bord ikun jista’ jevalwa t-talba tal-Assoċjazzjoni ladarba ssir tali talba, skont il-proċedura.
B’referenza għall-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex u d-demel tal-baqar, jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jiġi miġbur u msoffi d-demel tal-baqar fil-preżent meta jidher ċar li sistema tat-tisfija tal-impjant tad-drenaġġ għada qed tiġi maħnuqa bid-demel tal-baqar? Meta ħa tiġi konkluża u mwettqa s-soluzzjoni fuq livell nazzjonali? Jista’ jagħti d-data?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux responsabbli mill-ġbir tad-demel tal-baqar.
Madankollu, fuq l-impjant t’Għawdex, il-Korporazzjoni tinnota li dan għadu kemm ingħata
overhaul
u li llum il-ġurnata qed jiffunzjona b’mod ideali. Il-Korporazzjoni ħarġet ukol it-
tender
biex jissewwa l-
outfall
li nkiser b’imblukkar fl-aħħar snin.
Filwaqt li nfakkar li kwalunkwe materjal li mhux drenaġġ domestiku jagħmel ħsara fl-infrastruttura tad-drenaġġ, il-Korporazzjoni tteni r-rieda tagħha li tkompli tissalvagwardja l-impjanti tagħha biex tiżgura soluzzjonijiet dejjiema.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: peress li dan l-aħħar fit-Times of Malta tas-16 ta’ Mejju deher artiklu fejn issemmew l-Onor. Rosianne Cutajar, l-Onor. Glenn Bedingfield, l-Onor. Edward Zammit Lewis, l-Onor. Robert Abela, l-Onor. Alex Muscat, l-Onor. Etienne Grech, l-Onor. Anton Refalo, l-Onor. Emmanuel Mallia u l-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi, fejn intqal li dawn il-membri tal-back bench għandhom impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku, u peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Meta kienu ingaġġati dawn id-deputati fis-servizz pubbliku jew entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandhom dawn id-deputati kif ukoll id-dħul gross annwali tagħhom; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupaw illum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba min-naħa tiegħu hija din:
MP
Kariga
Data
Dħul
L-Onor. Rosianne Cutajar
Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija
27 ta’ Ġunju 2017
€34,504
Expense Allowance : 25% of maximum of salary scale 7
L-Onor. Alex Muscat
Secretariat Officer
Segretarjat Privat tal-Prim Ministru
30 ta’ April 2014
Scale 6
Allowance in lieu of overtime : 20% of scale 7
Car allowance : €1,854
Għar-rigward tal-Onor. Edward Zammit Lewis u l-Onor. Emmanuel Mallia, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5265.
Ninforma lill-Onor Interpellant li huma dawn l-erba' Membri Parlamentari biss minn dawk msemmija fil-mistoqsija tiegħu, li għandhom xi tip ta kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Godfrey Farrugia, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Demokratiku għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Onor. Godfrey Farrugia m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Marlene Farrugia membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Demokratiku għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tagħha; u
c. X’inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Marlene Farrugia m’għanda ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. David Agius membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. David Agius m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Karol Aquilina, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Karol Aquilina m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu kontra s-Sindku tal-Birgu wara l-qtil barbaru ta’ għadd ta’ ħamiem li f'filmat fuq is-sit online tat-timesofmalta.com deher jaqa’ mal-art wara li ntlaqat b'tiri u jmut bil-mod? Billi dan l-att barbaru ġie kkundannat bil-qawwa mill-Kummissarju tal-Annimali maħtur minn dan l-istess gvern, għalfejn għadhom ma ttieħdux passi kontra s-Sindku tal-Birgu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ttieħdux passi kontra s-Sindku tal-Birgu. Il-proċedura ta’ culling tal-ħamiem, kienet proċedura li ntużat drabi oħra u f’postijiet oħra u dan wara li saru arranġamenti mal-awtorità kompetenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ntalab permess mill-Kunsill jew mis-Sindku tal-Birgu biex isir sparar fuq il-ħamiem? Jista’ jgħid meta ngħata dan il-permess? Minn liema uffiċċjal tal-pulizija ngħata l-permess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet relatati ma’ dan il-każ, mal-pulizija saret biss talba għall assistenza ta’ bon ordni u prekawzjonijiet waqt il-culling.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-Korp tal-Pulizija jew mill-Gvern min iddeċieda li membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu ordnati biex ikunu preżenti mas-Sindku tal-Birgu u ma’ persuni li nġiebu apposta biex jisparaw b'mod barbaru fuq il-ħamiem fl-abitat, fid-dawl tax-xemx u quddiem tfal u turisti? Jista’ jgħid min ħa din id-deċiżjoni biex il-pulizija jkunu preżenti u poġġa l-pulizija f'sitwazzjoni antipatika biex ikunu partners in crime waqt li kien qed isir dan l-att ta’ moħqrija fuq annimali permezz ta’ qtil barbaru, salvaġġ u inuman?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet relatati mal-istess suġġett, il-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla tramite l-uffiċjali awtorizzati, ġiet mitluba tassisti għaż-żamma tal-bon ordni u teħid ta’ prekawzjonijiet waqt l-eżerċizzju relatat ma’ din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn tliet snin ilu qalulu li għandu blockage f'saqajh u qalulu wkoll li kienu ser jibgħatu għalih, iżda sal-lum għadu jistenna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie segwit, ninfurmah ukoll illi f’inqas minn sena l-isptar Mater Dei kien ta d-data lill-pazjent biex issirlu l-proċedura li kellu bżonn iżda l-istess pazjent irrifjuta.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn din l-anzjana ġiet offruta biex tidħol f’San Vinċenz de Paule, iżda hi rrifjutat u llum il-ġurnata l-kundizzjoni tagħha ggravat u ma tistax tgħix aktar waħedha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Kommunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għal mistoqsija li saret f’isimha.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din l-anzjana għaddejja minn uġiegħ insapportabbli, u li ilha tistenna CT Scan mill-2017 u li se jsir f'Lulju li ġej? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-proċess jitħaffef?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5578, jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dawk il-ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar, li qegħdin jieħdu l-allowance u li mhumiex parti mill-ftehim kollettiv, jitħallsux ukoll tal-overtime jew tat-time off in lieu? Jista' jindika kemm jammonta kull allowance lil kull ħaddiem u għal liema raġuni qed jingħata? Jista' jgħid jekk hemmx ħaddiema li għandhom aktar minn allowance waħda u li mhumiex parti mill-ftehim kollettiv tal-istess Awtorità? Jekk iva f'liema gradi u f'liema sezzjoni qed jingħata u għaliex? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema li qed jitħallsu tal-leave li ma jkunux ħadu s-sena ta' qabel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ħaddiema li jieħdu allowance li mhux parti mill-Ftehim Kollettiv, jitħallsu tal-overtime jew minflok jistgħu jutilizzawh f’time off in lieu. L-allowances li mhumiex parti mill-Ftehim Kollettiv huma s-segwenti :
Grad
Sezzjoni
Ammont Annwali €
Tip ta’ Allowance
Ammont Annwali
€
Tip ta’ Allowance
Supervisor
Registry
432
Mobile Allowance
Administration Officer
Assistenta Personali CEO
1,300
Disturbance Allowance
Officer II
Assistenta Personali Chairman
1,300
Disturbance Allowance
432
Mobile Allowance
Senior Officer
Customer Care
1,300
Disturbance Allowance
Senior Officer
Corporate Service
1,950
Disturbance Allowance
540
Mobile Allowance
Messaġier
Corporate Service
3,900
Koordinazzjoni tal-Proġett Binja Buqana
Messaġier
Corporate Service
325
Heavy Lifting Duties
Messaġier
Corporate Service
325
Heavy Lifting Duties
Office Attendants
Corporate Service
839.93
Xogħol addizzjonali
Office Attendants
Corporate Service
839.93
Xogħol addizzjonali
Il-ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar mhux qed jitħallsu tal-leave li ma jkunux utilizzaw matul is-sena ta’ qabel.
Tajjeb li niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi, l-approvazzjoni għal dawn l-
allowances
mhux prassi ġdida, hekk kif fl-2008 bdew jiġu approvati, mic-
Chairman
u/jew mil-Kap Eżekuttiv, numru ta’
allowances
, inkluż
car allowance
u
disturbance allowance
f’ċertu gradi u skali skont il-prerogattiva tal-
Management
.
Riabilitazzjoni għall-pazjenti tal-Isptar Monte Carmeli.
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-programmi ta’ riabilitazzjoni li qed jitwettqu fil-preżent għall-pazjanti li qed jiġu rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintegraw fl-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull tim multidixxiplinarju li hemm fid-dipartiment tal-Psikjatrija joffri programmi olistiċi biex il-pazjenti li jkun hemm taħt il-kura tiegħu ikunu jistgħu jiġu rijabilitati fil-komunità. Dawk il-pazjenti li jkollhom diffikultajiet partikolari jiġu riferuti lil wieħed miż-żewġ timijiet immexxija minn konsulenti bi ‘special interest’ fir-rijabilitazzjoni. Dawn il-programmi jistgħu jinkludu perjodu ta’ residenza fil-half way house u għandhom ukoll kollaborazzjoni mal-NGO’s f’dan il-qasam.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettal xi programmi twettqu f’din il-leġiżlatura għat-tkabbir ta’ kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali biex nikkumbattu l-istigma dwar is-saħħa mentali fil-komunitajiet tagħna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jsiru diversi inizzjattivi għat-tkabbir ta’ kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali kif ukoll biex nikkumbattu l-istigma dwar is-saħħa mentali fil-komunitajiet tagħna, fosthom:
-Taħdidiet regolari fil-kunsilli lokali Malta/Għawdex (suġġetti diversi relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali) b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kura Primarja fejn il-konkorrenza tal-pubbliku hija waħda nkoraġġanti.
-Taħdidiet regolari dwar diversi suġġetti relatati mas-saħħa mentali tal-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum għal-anzjani f’Malta kif ukoll fix-Xewkija Għawdex.
-Taħdidiet regolari fil-parroċċi eżempju:
Ladies Circle
/gruppi tar-romol rigward stigma u għarfien dwar suġġetti relatati mas-saħħa mentali ta’ dawn l-individwi.
-Taħdidiet f’għaqdiet filantropiċi
-Taħdidiet ma xi fondazzjonijiet immirati lejn persuni li qegħdin isegwu programmi ta’ rijabilitazzjoni bil-għan li jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjeta’.
-Taħdidiet mal-membri tal-istaff ġewwa d-dipartimenti tal-gvern.
-B’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-
Mental Health
ta’ l-Universita ta’ Malta, nagħmlu promozzjoni għat-tkabbir ta’ kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali biex nikkumbattu l-stigma f’lokalitajiet differenti.
-Nagħtu informazzjoni waqt programmi kemm televiżivi kif ukoll fuq stazzjonijiet tar-radju u nippromwovu fuljetti b’informazzjoni relatati ma’ saħħa mentali u l-istigma li jġibu magħhom dawn il-kundizzjonijiet
-Kitba ta’ artikli f’diversi fuljetti li jitqassmu fil-parroċċi u kitbiet oħra f’rivisti li jiġu mqassma lill-ħaddiema fil-qasam tal-Kura Primarja.
-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali fuq il-
Facebook
tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard
-Diskussjonijiet ma’ kumpaniji biex isiru
talks
fuq il-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali fuq il-post tax-xogħol.
-Ġew introdotti sett ta’ mistoqsijiet biex jagħtu indikazzjoni fuq is-Saħħa Mentali fost l-istudenti tal-form 1, 3 u 5 bħala parti mill-
HBSC survey
. (Health Behaviour in School Children)
-Diskussjonijiet mal-edukaturi biex nesploraw kif is-saħħa mentali tiġi mħarrsa u tkun parti integrali tal-
wellbeing
tal-istudenti
-Qsamna r-riżultati ta’ studji fuq is-Saħħa Mentali fost l-adoloxxenti f’Malta biex tkun tista’ tiġi evalwata aħjar is-sitwazzjoni lokali u hekk jittieħdu l-passi biex din tiġi ssalvagwardata.
-Diskussjonijiet mal-
perinatal mental health unit
biex nippromwovu s-Saħħa Mentali tal-omm fit-tqala u wara t-twelid tat-tarbija.
-Talks lill-fondazzjoni
RICE
fejn nitkellmu fuq l- assertività.
-Fl-iskejjel isiru
talks
fuq kif nistgħu negħlbu l-istress speċjalment fiż-żmien tal-eżamijiet (din issir fuq stedina tal-iskola nnifisha)
Ċentru Tommaso Chetcuti (Servizz ta’
Outpatients
):
Qegħdin jiġu organiżżati taħditiet mal-qraba ta’ pazjenti li jużaw is-servizz kemm ġewwa l-isptar Monte Karmeli kif ukoll fil-komunita’ rigward għarfien dwar is-Saħħa Mentali bil-għan li titnaqqas l-istigma.
Kliniċi li joffru servizz għas-Saħħa Mentali:
F’dawn il-kliniċi jingħata sapport u għajnuna meħtieġa lill-pazjenti u l-qraba tagħhom f’għamla ta’ sessjonijiet edukattivi. Taħdidiet oħra dejjem relatati mal-għarfien tas-Saħħa Mentali, jiġu offruti wkoll lill-pubbliku ingenerali fil-
Catchment Area.
Ċentri ta’ Matul il-Jum fi Ħdan is-Servizzi għas-Saħħa Mentali:
F’dawn iċ-Ċentri wkoll jiġu offruti sezzjonijiet edukattivi biex titqajjem kuxjenza għall-għarfien dwar is-Saħħa Mentali sewwa lill-pazjenti u wkoll lill-pubbliku ingenerali permezz ta’ programmi fuq ir-radju tal-parroċċa.
Apparti dan kollu, kull sena d-Dipartiment tas-Servizzi Psikoloġiċi fi ħdan is-Servizzi tas-Saħħa Mentali joffri in-
Service Training
lill-għalliema tal-iskejjel u l-kulleġġi rigward is-Saħħa Mentali fil-klassi. L-attendenza tkun waħda volontarja. Għalliema tal-MCAST ukoll ingħataw taħriġ (Novembru 2017) bħala parti mis-
16 days of Activism
mnedija mill-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika.
Ingħataw lezzjonijiet dwar ir-relazzjoni li hemm bejn l-
Eating Disorders
, il-Vjolenza Domestika u s-Saħħa Mentali :
Lid-dentisti waqt il Konferenza Nazzjonali li saret f’Novembru 2017. Artiklu f’dan ir-rigward kien ġie ppubblikat fid-
Dental Probe
Marzu 2018. Din il-konferenza ġiet irrapportata fir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għal Vjolenza Domestika.
Lill-pubbliku u professjonisti Għawdxin waqt konferenza mnedija mill-Ministeru għal Għawdex (Novembru 2017)
Lin-
nutritionists
fil-Konferenza Annwali tagħhom (April 2018)
Lill-pubbliku u professjonisti waqt il-Konferenza Annwali ta’ Dar Kenn Għal Saħħtek (Mejju 2018)
Lill-pubbliku u professjonisti li attendew konferenza mnedija mill-ACAMH (Mejju 2018)
Lill-probation officers (14 - 16th May 2018). Dan sar f’kollaborazzjoni mal-kummissjoni għas-Saħħa Mentali.
Taħdidiet dwar
Eating Disorders
ġew mogħtija ukoll lill-istudenti tal-MCAST Naxxar u Paola u lill dawk li jattendu fis-sekondarja. Dawn saru matul is-snin 2017 u 2018.
Lezzjonijiet oħra dwar il-liġi tas-Saħħa Mentali ġew mogħtija lill-:
Staff ta’ Dar Kenn Għal Saħħtek u dan sar matul April 2018.
Matul dawn l-aħħar tlett snin, id-Dipartiment tas-Servizzi Psikoloġiċi kellu ukoll
stand
fil-Konferenza Annwali tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa.
Hemm ukoll l-
Befriending Scheme
li ukoll toffri esperjenza/opportunita lil dawk l-istudenti tal-Psikoloġija. Din l-iskema kienet ta’ benefiċċju kemm għal
undergraduates’
u gradwati fil-Psikoloġija kif ukoll għall-parteċipanti li kellhom problema ta’ saħħa mentali. Din l-iskema hija bbażata fuq it-teorija ta’
social re-integration by interaction
li tgħid li meta persuna tinteraġixxi ma’ oħra li għandha problema ta saħħa mentali li fil-verita’ wieħed ma jdumx ma jinduna li ta’ l-aħħar m’hijiex differenti u għalhekk tikkumbatti l-istigma b’mod dirett.
Żejtun — Ċentru ta’ Matul il-Jum – persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li regolarment u kull ġimgħa, jattendu fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żejtun? X’attivitajiet twettqu għal dawn il-persuni matul is-sena l-oħra 2017 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiċ–Ċentru ta` Matul il–Jum taż–Żejtun jattendu madwar 33 persuna kull ġimgħa. F’dan iċ-Ċentru jiġu organizzati diversi attivitajiet. L-attivitajiet ta’ kull ġurnata jkunu varjati sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu. Attivitajiet jiġu ppjanati b’mod individwali u anke fi gruppi.
L-attivitajiet individwali jinkludu: Xi individwi jistgħu jsibu diffikulta biex iwettqu attivitajiet bażiċi ta` kull jum bħal tindif u qadi domestiku u dan minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Sabiex jerġgħu jakkwistaw l-indipendenza, dawn l-attivitajiet huma addattati skont il-bżonnijiet u l–ħiliet tal-persuni rispettivi. Jitwettqu wkoll sessjonijiet li jipprovdu l-opportunita ta`riflessjoni fuq il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal–individwi. Ħiliet interpersonali jirreferu għal kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta` madwarhom. Ħiliet intra personali jippermettu li l-persuna jkollha ħiliet fil-komunikazzjoni magħha innfisha biex tgħin il-kwalita’ tar-relazzjonijiet soċjali tal-persuna.
Attivitajiet fi gruppi jinkludu sessjonijiet terapewtiċi orjentati lejn proġetti, sessjonijiet krejattivi, gruppi ta` diskussjoni, gruppi ta eżerċizzju fiżiku, xogħol volontarju kif ukoll ħarġiet soċjali.
Isir ukoll taħriġ pre-vokazzjonali u professjonali per eżempju kif tikteb CV; kif iġġib ruħek waqt intervista tax-xogħol eċċ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser jattendi u/jew jipparteċipa fil-Global Citizenship Seminars li ser isiru f'Cape Town u f'Johannesburg fl-Afrika t'Isfel nhar it-30 u l-31 ta' Mejju 2018? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġiex mitlub jew ġiex mistieden biex jattendi għal dawn is-seminars u jekk iva jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li permezz tiegħu ġie mitlub jew mistieden biex jattendi għal dawn is-seminars?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwa hux wieħed mill-kelliema speċjali waqt il-Global Citizenship Seminars li ser isiru f'Cape Town u f'Johannesburg fl-Afrika t'Isfel nhar it-30 u l-31 ta' Mejju 2018? Jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-kelliema f'isem il-Gvern Malti li ser jattendu u jipparteċipaw fl-imsemmija seminars?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu hija fin-negattiv.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu ninsab informat illi f'isem il-Gvern Malti se jattendu rapprezentanti mill-Malta Residency and Visa Agency u mill-Malta Individual Investor Programme Agency.