Is-Siġġiewi – Triq Salvu Curso u Trejqet l-Anġli – ħajt ta’ lqugħ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5674, jista’ l-Ministru jitlob studju sabiex titwessa’ l-parti tat-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi minħabba numru ta’ inċidenti li seħħew, b’karozza taqa’ f’għalqa?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istess tweġiba diġà mogħtijha fuq mistoqsija parlamentari 5674 f’Seduta 111 li din il-mistoqsija parlamentari tiġi referrutha lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
B’referenza għall-Press Release li ħareġ il-Ministeru għas-Saħħa fuq allegat każ ta’ avvelenament tal-ikel li ġie kkonsmat mit-tobba tal-Isptar Monte Carmeli fil-weekend tas-27 ta’ April 2018, jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-investigazzjoni kif ukoll kopja tar-riżultati tal-kampjuni li ttieħdu? Jista’ jgħid x’azzjonijiet ser jittieħdu f’każ li tinstab xi ħaġa ħażina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar is-27 sat-28 t’April ġie organizzat avveniment għat-tobba tal-isptar Monte Karmeli, fejn attendew 47 persuna. 17 milli attendew, żviluppalhom gastroenterite wara li kkunsmaw ikel li kien ġie ordnat minn kumpanija tal-outside catering u li kien servut waqt dan l-istess avveniment. Wieħed mill-każijiet kellu jittieħed għal kura fl-Isptar Mater Dei. Is-sintomi ma damux aktar minn jumejn. Immedjatament uffiċjali għas-saħħa ambjentali ssejħu sabiex jibdew l-investigazzjonijiet neċessarji waqt li numru ta’ pazjenti pprovdew kampjun tal-ippurgar tagħhom iżda ma ġie isolat l-ebda mikrobu.
Saru diversi spezzjonijiet kemm fil-post fejn ġie offrut tali ikel kif ukoll ġewwa l-istabbilimenti fejn ġie ppreparat l-ikel. Waqt l-imsemmija spezzjonijiet ġew elevati numru ta’ kampjuni tal-ikel li seta’ kien involut fil-każ indikat, kif ukoll ittieħdu
swabs
.
Madanakollu, it-testijiet
mikrobijoloġiċi
kollha rriżultaw fin-negattiv.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – promotional material — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej ;
Nefqa 2013 fuq Promotional Material - €21,809.48
Nefqa 2014 fuq Promotional Material - €5,358.61
Nefqa 2015 fuq Promotional Material - €7,802.2
Nefqa 2016 fuq Promotional Material - €19,421.82
Nefqa 2017 fuq Promotional Material - €41,560.71
Nefqa 2018 sa April 2018 fuq Promotional Material - €6,544
L-ammont totali fil-perijodu imsemmi sa April 2018 huwa ta’ €102,496.82
Uffiċċju tal-Prim Ministru — event organisation for promotional and communications realted events - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal per eżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jkun jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li peress li l-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma twaqqaf f’Ġunju 2017 u kien hemm xi tibdil f’ dipartimenti u entitajiet, it-tagħrif mitlub huwa wieħed speċifiku u għaldaqstant huwa diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninfurmah li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati talbiet għall-adozzjonijiet mill-Bord tal-Adozzjonijiet mis-sena 2010 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsumin sena b'sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Adozzjoni, mis-sena 2010 sal-21 ta’ Mejju 2018, approva s-segwenti talbiet ;
2010 - 47
2011 - 50
2012 - 53
2013 - 54
2014 - 57
2015 - 31
2016 - 43
2017 - 49
2018 - 22 (sal-21 ta’ Mejju 2018).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maħruġa care orders matul is-snin 2016 u 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2016, kien hemm 9 Ordnijiet għal Ħarsien (Care Order) u fis-sena 2017, kien hemm 14-il Ordni għal Ħarsien (Care Order).
Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien – toroq imsewwija jew irranġati
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda hawn taħt:
Lista mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien tat-toroq li ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod minnu matul is-sena 2017 u 2018. (Resurfacing)
Isem tat-Triq
Triq Annetto
Triq Santa Marija (parti)
Triq Santa Marija (parti)
Triq Dejma (parti)
Kunsill Lokali tal-Fgura – toroq imsewwija jew irranġati
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija – toroq imsewwija jew irranġati
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija wettaq xogħol ta’ resurfacing fuq parti minn Triq Pensieri fl-istess lokalità.
Ministeru għal Għawdex – bini li kien inbena mill-flus ta’ Eko-Għawdex
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4265 u jgħid għal xiex qed jintuża llum il-bini li kien inbena mill-Ministeru għal Għawdex mill-flus ta’ Eko-Għawdex u li kellu jkun iċ-Child Development Centre f’Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid jekk din il-binja kollha hijiex amministrata mill-Ministeru għas-Saħħa jew jekk ġietx mgħoddija lil xi Ministeru ieħor jew xi kumpanija privata? Jekk iva lil min ġiet mgħoddija u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġo din l-istess binja u xi grad għandhom dawn il-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-binja msemmija minnu ġiet mgħoddija lill- amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex bħala parti minn proġett ta' żvilupp tal-istess sptar.
Fil-preżent, minn din il-binja jingħata servizz ta’ social work li huwa amministrat mill-Ministeru ta' Għawdex u s-servizz tal-Pharmacy of Your Choice (POYC). Din il-binja tospita ukoll uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Hemm il-ħsieb illi fil-futur qarib jiżdied l-użu ta’ din il-binja.
Il-grad tal-ħaddiema li jaħdmu minn din il-binja jvarja minn tobba u nurses għal social workers u skrivani.
Master Plan għal Kemmuna – konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati dwar il-Master Plan għal Kemmuna? Meta hu maħsub li se jkun iffinalizzat dan il-Master Plan u min huma l-periti inkarigati mill-Ministeru tagħha fuq dan il-pjan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-pjan ġie mgħoddi lill-ERA għall-kummenti, approvazzjoni u emendi. Il-Periti inkarigati huma d-ditta Doric Studio.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-sala mibnija reċentement u li kellha tintuża bħala Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bdietx tintuża għal dan l-iskop u jekk le għal xiex qed tintuża bħalissa u għalfejn mhijiex tintuża bħala Orthopaedic Unit? Meta hu ppjanat li tibda tintuża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa qegħdin fi proċess sabiex ikunu jistaw jiġu ngaġġati nfermiera Għawdxin sabiex ikunu jistaw jaħdmu f'dan il-unit. Wara dan il-proċess, mistenni jibda programm ta' taħriġ għall-infermiera dwar din il-kura speċjalizzata.
Ta' min wieħed jirrimarka illi din l-istess amministrazzjoni żiedet in-numru ta' konsulenti tal-ortopedija minn dak ta' wieħed għal tlieta. Sar ukoll investiment qawwi f'dik li hija għodda li tiġi użata fl-operazzjonijiet tal-Ortopedija. Sabiex jikkumplimenta dan kollu, ħarġet ukoll sejħa għal Specialist Nurse għal dan id-dipartiment speċifiku.
Dan kollu jawgura tajjeb biex il-kura tal-Ortopedija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex tkun tal-għola livell, xi ħaġa li l-poplu Għawdxi kien ilu jistenna għal snin twal.
Fil-preżent u sakemm jiġi esegwit dan il-proċess kollu, qed jiġu użati tlett uffiċċji kif ukoll xi kmamar li fihom qed jinżamm apparat relatat mal-ortopedija.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għal Għawdex — Dekasteri - Bord tal-Għażla
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5555, tista’ l-Ministru tgħid għal kull Bord tal-Għażla maħtur, min kienu ċ-Chairpersons u l-membri u għal liema post/pożizzjonijiet vakanti kien maħtur kull Bord minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid fuq liema kriterji jinħatru l-membri f'kull Bord?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nikkonferma r-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 5555, li ċ-chairperson ikun uffiċjal pubbliku waqt li ż-żewġ membri l-oħra jkunu uffiċjali pubbliċi rtirati li l-lista tagħhom tiġi approvata mill-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni li t-tagħrif dwarha qed jintbagħat separatament għad-dħul ġewwa Residenza tal-Anzjani tingħata prijorità peress li l-kundizzjoni tal-persuna b'diżabilità reċentement iddeterjorat ħafna u dan apparti li issa tinsab tgħix waħedha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Kommunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għal mistoqsija li saret f’isimha.