Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Monte Carmeli – postijiet vakanti ta’ psikjatri, infermiera u social workers

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministu u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm postijiet vakanti ta’ psikjatri, infermiera u social worker fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4995.

Awtorità tad-Djar – appartamenti allokati għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il flat jew appartament ġew allokati lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali mill-Awtorità tad-Djar f’din il-Leġiżlatura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar ma żżomx statistika rigward kemm għandha applikanti li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali.
Leg 13 PQ #2380 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Leg 13 PQ #2381 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4867.

Cycle Lanes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ cycle lanes hawn bħalissa f’Malta? Jista’ jgħid kemm-il kilometru iktar ser jitwettqu bil-proġett ta’ immodernizzar ta’ toroq? X’inhu l-ħsieb biex ikun hemm konnessjoni ta’ dawn is-cycle lanes u biex ma jkollniex biċċiet ta’ cycles lanes li jispiċċaw f’dead end?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta Transport Malta, u dalwaqt Infrastructure Malta, tkun qed tħejji proġetti ta’ toroq ġodda jew disinn u bini mill-ġdid ta’ toroq eżistenti, qed jiġu miżjuda cycle lanes fejn ikun teknikament possibbli li jsiru b’mod sikur għal kull min juża t-toroq. Bħalissa hawn diversi kilometri ta’ cycle lanes fin-network tat-toroq arterjali, fosthom dawk li saru riċentament fil-proġetti tal-Kappara u ta’ Triq il-Kosta. Bħalissa Transport Malta qed taħdem fuq proġetti ġodda li fis-snin li ġejjin se jintroduċu mas-7.7 kilometri ta’ cycle lanes ġodda. Sadanittant, Transport Malta qed tħejji studji biex jiġu identifikati safe cycling routes oħra ġodda fin-network tat-toroq madwar il-pajjiż. L-użu u l-introduzzjoni tas-cycle lanes ma jistax jitqies waħdu iżda fil-kuntest ta’ pjan komprensiv fit-tul sabiex intejbu l-kwalità tal-infrastrutturata tal-pajjiż u tal-mezzi tat-trasport li nużaw ta’ kuljum, għal aktar sigurtà, aktar effiċjenza u aktar faċilitajiet ta’ mezzi alternattivi aktar sostenibbli, fosthom vjaġġar bir-roti.
Leg 13 PQ #5785 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Community Work Scheme — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema fil-Community Work Scheme ġewwa Għawdex u Malta li jagħmlu xogħol klerikali, xogħol ta’ messaġġier/a, xogħol ta’ telephone operator u xogħol ta’ cleaner? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid ingħatawx xi forma ta’ kors, u jekk fl-affermattiv x'tip ta’ kors ingħataw? X’tip ta’ korsijiet hemm ippjanati li jingħataw lill-ħaddiema ta' din l-iskema matul is-sena 2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li f’Jannar 2018 kien hemm total ta’ 839 parteċipant fil-Community Work Scheme - 503 f’Malta u 336 f’Għawdex. Minn dawn kien hemm: Malta Għawdex Xogħol klerikali 24 26 Xogħol ta’ messaġġier 11 3 Xogħol ta’ receptionist/Tel. Operator 23 9 Xogħol ta’ cleaner 237 112 Huwa min iħaddem li jara li l-ħiliet ta’ l-individwu huma adegwati għax-xogħol li jsir. Il-Jobsplus ma żżomm l-ebda informazzjoni dwar taħriġ li qed jieħdu dawn il-ħaddiema li huma ingaġġati ma’ employer privat.

Applikazzjonijiet għall-Fondi Ewropej mill-Ministeru għal Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3169 tista’ l-Ministru tgħid x’applikazzjonijiet ġodda saru mill-Ministeru għal Għawdex għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Budget 2014-2020? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Tista’ tgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le? F'kull każ, tista' tgħid kemm tħallas s’issa mill-Fondi Ewropej fuq kull proġett jew inizjattiva approvata f'Għawdex mill-istess budget?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġġornatament tat-tabella li kienet mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3169. F’din it-tabella hemm indikat n-nefqa li saret s’issa f’dak li jikkonċerna l-lista tal-applikazzjoniet li saru mill-Ministeru għall-Għawdex u li ġew approvati għall-Programmi tal-Fondi Ewropej (2014-2020).
Leg 13 PQ #5787 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persuni ingaġġati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġodda, fuq bażi permanenti/kuntratt indefinit jew b'kuntratt definit jew impjegati ingaġġati permezz ta' xi skema tax-xogħol, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u l-iskala ta' salarju ta' kull impjegat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5788 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1796, 2497 u 4259 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku (inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #5789 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Project Plus Malta — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Projects Plus Malta s’issa minn kemm ilha li twaqqfet u xi proġetti hemm ippjanati li jsiru jew jibdew sal-aħħar tas-sena 2018? Jista' jgħid kemm minn dawn il-proġetti saru jew huma ppjanati li jsiru ġewwa Għawdex? Jista' jgħid kemm sewa kull proġett li sar jew se jsir ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018 u min ħareġ dawn il-flus?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4555.
Leg 13 PQ #5790 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa fuq materjal stampat

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħtha, kemm kienet in-nefqa f'materjal stampat minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? F'kull każ x'kien l-iskop li għaliha sar l-istampar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5800 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Robert Arrigo, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Robert Arrigo m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5801 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Frederick Azzopardi, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Frederick Azzopardi m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5802 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Jason Azzopardi, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Jason Azzopardi m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5803 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Ivan Bartolo, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Ivan Bartolo m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5804 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Anthony Bezzina, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Anthony Bezzina m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.