Il-Marsa — Bini ta’ Multi Level Interchange – proċess ta’ aġġudikazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tender għall-bini ta’ Multi-level Interchange fil-Marsa? It-tender għall-bini ta' dan il-multi level interchange ġie awarded? Jekk iva, lil min ġiet mogħtija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ aġġudikazzjoni għall-bini ta’ Multi-level Interchange fil-Marsa tlesta u kien hemm rakkmandazzjoni għall-għoti tal-offerta lill-kumpanija Torka Ayhanlar Yol Asfatlama San. Tic. A.S.
Wara din ir-rakkmandazzjoni, kien hemm il-perjodu tal-appelli skont il-proċeduri regolari. Matul dan l-istess perjodu tressaq appell minn wieħed mill-offerenti u għaldaqstant il-proċess bħalissa huwa wieqaf sakemm jinstema’ tali appell.
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar il-proġett ta' estensjoni (bini ta’ aktar oqbra) fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? It-tender ġie awarded? Minn min hu ffurmat il-konsorzju li rebaħ it-tender u se jagħmel ix-xogħol? Meta hu ppjanat li jibda u jitlesta x-xogħol ta' din l-estensjoni f’dan iċ-Ċimiterju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-riżultat u r-rapport tal-evalwazzjoni fuq il-proġett tal-Addolorata ġie sottomess lid-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-Konsorzju rebbieħ huwa Campo-Santo. Hekk kif jiġi ffirmat il-kuntratt jkun jista’ jibda x-xogħol. Huwa ppjanat li l-estenzjoni tal-oqbra titlesta sa massimu ta’ 36 xahar minn meta jinbeda x-xogħol.
Bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5688, tista’ l-Ministru tagħti aktar dettalji u tgħid xi kwistjonijiet hemm bejn il-proponent u terzi, rigward il-proġett ta’ żvilupp dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal u dan peress li dan il-proġett suppost huwa wieħed mill-akbar u l-aktar importanti għall-gżira ta' Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li hemm vertenzi ta' natura legali li l-Ministeru għal Għawdex mhux parti fihom, ma hemm xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 5688.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti dwar il-mina li qed tiġi proposta li tinbena b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa' l-bini ta' din il-mina u jikkonferma li l-bini ta' din il-mina huwa proġett tal-Gvern u li l-ħlas għaliha ser isir mill-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposta qed jagħmel id-Developer. Din għadha qed tiġi evalwata mill-Awtoritajiet kkonċernati.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti dwar il-mina li qed tiġi proposta li tinbena b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa' l-bini ta' din il-mina u jikkonferma li l-bini ta' din il-mina huwa proġett tal-Gvern u li l-ħlas għaliha ser isir mill-Gvern?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru nkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li hemm 23 persuna fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament.
Tlieta jinsabu fil-Malta Individual Investor Programme Agency, 17 fl-ID Malta u tlieta fl-MCA.
Il-karigi huma CEO, Chief Legal Officer, Senior Legal Adviser, Senior Legal Officer, Professional Officer, Senior Manager, Manager, Officer, Senior Administrative Officer, Chief Officer, Administrative Officer, Senior Clerk, Clerk u Clerical Officer.
Ir-raġunijiet li dawn il-persuni jagħtu l-ġurament huma b’rabta mal-Programm ta’Ċittadinanza b’Investiment, b’relazzjoni mal-Artiklu 4 tal- Kapitlu 79 tal-Ligijiet ta’Malta u b’rabta ma’ apparat ta' radjukomunikazzjoni fl-ambitu tal-awtorizazzjoni għall-użu, f' każijiet meta dan, għal xi raġuni mogħtija mill-klijent, ma jibqax jintuża.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji Żgħar — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol hemm persuna waħda li għandha r-rwol ta' Commissioner for Oaths. Din il-persuna taħdem fl-Arkivji Nazzjonali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa ta' kull dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha f'dak li hu IT equipment minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? X'kien kull tip ta' IT equipment li fuqu saret din in-nefqa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events — electricians
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-electricians ta' Heritage Malta qed ikunu mistenija li jagħmlu xogħol ta' waiters waqt l-attivitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – ħaddiema mingħajr aċċess għall-emails
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema ta' Heritage Malta li ma għandhomx aċċess għall-email, ma ġewx mgħarrfa b'din l-inizjattiva? Jista' jgħid għaliex din ma ħarġitx bil-lingwa Maltija wkoll?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – ħaddiema fi grad maniġerjali – ħlas addizzjonali
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk individwi fi grad maniġerjali (li jinkludu senior executives, managers u principle curators/conservators) fi ħdan Heritage Malta hux se jkunu intitolati għal ħlas addizzjonali abbinat mal-attivitajiet ta' Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – kriterji għall-għażla ta’ ħaddiema
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jiġu magħżula l-ħaddiema ta' Heritage Malta għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – job description relatati
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job descriptions relatati ma’ kull job title imniżżel fl-Expression of Interest?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista’ l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f’din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista’ l-Ministru jindika dawk iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani li kellhom taħditiet regolari f’din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-taħditiet li saru fiċ-Ċentri ta’ Anzjanità Attiva dwar suġġetti relatati ma’ għarfien u/jew stigma dwar is-saħħa mentali, mill-2016 sal-lum, huma kif ġej;
Active Ageing Centre (AAC)
Meta saru dawn it-taħditiet
Min mexxa dawn it-taħditiet
San Pawl il-Bahar AAC
1/7/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Birkirkara AAC
30/06/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Xewkija AAC
10/06/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Sliema AAC
25/5/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Naxxar AAC
20/5/2016
27/10/2017
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Ms Therese Saliba, Mental Health Promotion
Birzebbugia AAC
13/5/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Zejtun AAC
11/5/2016
15/02/2017
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Ms Kathleen Grima, Occupational Therapist - AACCD
Safi AAC
4/5/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Dingli AAC
27/04/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Mgarr AAC
22/04/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Msida AAC
20/4/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Zurrieq AAC
14/4/2016
June 2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Primary Helth
St Lucia AAC
April 2016
13/04/2016
9/8/2017
Primary Health
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Ms Abigail Grech, Mental Health Promotion
Kirkop AAC
11/04/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Luqa AAC
February 2016
8/4/2016
30/08/2018
Primary Health
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Ms Abigail Grech, Mental Health Promotion
Hamrun AAC
6/4/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Bormla AAC
4/4/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Siggiewi AAC
10/03/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Mosta AAC
8/3/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Qormi AAC
4/3/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
St Venera AAC
2/3/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
Mellieha AAC
29/2/2016
21/11/2017
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator – AACCD
Ms Cathleen Grima, Mental Health Promotion
Paola AAC
7/4/2016
Mr Alex Gobey, Dementia Coordinator - AACCD
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23156 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża bejn wieħed u ieħor għal kull ġurnata ta’ resident li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ta’ sodda kuljum fl-Isptar Monte Carmeli tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ il-pazjent kkonċernat u tvarja bejn €76 u €654.