Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #22526 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin jaħdmu f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u preżentament hemm jaħdmu ħaddiema Għawdxin f'Għawdex f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentament dawn il-ħaddiema ma' liema dipartiment, awtorità, aġenzija u entità qed jaħdmu u xi grad huma?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #22527 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għasri — Triq tal-Lanterna - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet (xahar u sena) fi Triq tal-Lanterna, limiti tal-Għasri, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22528 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq Mġarr - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq Mġarr, fin-Nadur, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu s'issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal li iridu jitwettqu f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22529 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Blue Lagoon – rinovar tat-Till

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21027 u jaġġorna lill-Kamra dwar ir-rinovar (upgrading) tat-'Till' ġewwa l-Blue Lagoon li matul is-sena 2019 kien anke saħansitra ngħatat direct order għal konsulenza professjonali għalih?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispjega għal xhiex qed jirreferi.

Transport Malta – sejħa għall-promotions

Question

ista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-promotions interni jew simili, ħarġu minn Transport Malta fix-xahar ta’ Ottubru? Jistax jagħti d-dati meta ħarġu u meta għalqu/jagħlqu u għal liema kariga ħarġu? Kemm applikaw għal kull sejħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Liġi tal-Impjiegi — emenda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21531 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 22077 li otiġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li l-Liġi tal-Impjiegi tiġi emendata mill-iktar fis, biex ikun illegali li jkun hemm zero hour contracts of employment, sabiex ikunu mħarsa l-ħaddiema minn abbużi?

Response (ABELA, CARMELO)

Kif hemm stipulat fil-Manifest Elettorali, il-Gvern huwa favur li zero hour contracts of employment għandhom jiġu abboliti. Diġà saru diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali biex jinstab l-aktar mekkaniżmu adattat biex issir dan fiċ-ċirkostanzi lokali. Kif ukoll biex ikunu trasposti provedimenti rikjesti mid-Direttiva Ewropea dwar Kundizzjonijiet ta’ Xogħol Trasparenti u Prevedibbli fl-Unjoni Ewropea.
Leg 13 PQ #22590 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Bord tal-Malta Further and Higher Education Authority — membri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Malta Further and Higher Education Authority u meta ġew appuntati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Użu ta’ private jet għal-Libja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22097 u jgħid kemm kienet in-nefqa għall-użu tal-private jet kull meta huwa mar il-Libja fl-2021, inkluż f’Mejju u f’Lulju ta’ din is-sena? Jistax jgħid minn liema ditta inkera u kif saret l-għażla?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'nuqqas ta' titjiriet kummerċjali mill-Ewropa għal Libja, l-Ministeru jutilizza, sa fejn hu possibli, is-servizzi tal-Air Malta u l-Malta Medair. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal PQ 22278 għaz-zjarat ta' April (mhux Mejju) u Lulju, fejn ġiet spjegata n-nefqa tad-delegazzjonijiet tal-Gvern, li jinkludu vjaġġi lejn il-Libja, u li fiha il-Ministeru kien parteċipi. Għaz-zjara ta' April 2021 il-Ministeru, permezz tal-Malta Medair, intefqu €15,500. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li vjaġġar lejn il-Libja, fejn l-istedina tkun rikjesta mill-Gvern Libjan, tiġi provduta titjira bi spejjez għal Gvern Libjan.
Leg 13 PQ #22614 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fuq kuntratt definit – użu mit-telework jew bir-reduced hours

Question

Jista’ l-Prim Ministru jiċċara kemm hemm impjegati fuq kuntratt definit li jaħdmu fl-ambitu tal-Fondi Ewropej li jagħmlu użu mit-telework jew li qegħdin fuq reduced hours?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li hemm 28 impjegat fl-ambitu tal-Fondi Ewropej li jagħmlu u¿u mit-telework jew/u qegħdin fuq reduced hours.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – ħaddiema fuq kuntratt definit – użu mit-telework jew reduced hours

Question

Jista’ l-Ministru jiċċara kemm hemm impjegati fuq kuntratt definit li jaħdmu fl-ambitu tal-Fondi Ewropej li jagħmlu użu mit-telework jew li qegħdin fuq reduced hours?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru li jien responsabbli minnu, hemm impjegat wieħed fuq kuntratt definit li qed jaħdem bl-użu ta’ telework jew reduced hours b’rabta ma’ proġetti b’fondi Ewropej.
Leg 13 PQ #22667 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Victoria Għawdex – Pjazza San Franġisk — funtana

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-funtana li kien hemm Pjazza San Franġisk, Victoria ser titpoġġa fil-Mużew il-ġdid li ser jinfetaħ fejn kien hemm il-Liċeo f'Victoria? Jekk le, xi pjanijiet hemm fir-rigward ta' din il-funtana?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 20054.
Leg 13 PQ #22668 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd -Vapur Nicholaos

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ ħadem il-Vapur Nicholaos, xahar xahar, minn mindu ilu mikri mill-Gozo Channel Operations Ltd u kemm-il-siegħa kuljum hu kuntrattat sabiex jopera dan il-vapur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Min-naħa l-oħra, il-vapur Nicholaos jopera 12-il siegħa kuljum u għaldqastant jagħmel madwar 13-il vjaġġ.
Leg 13 PQ #22669 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel (Operations) Ltd – ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jassikura lill-Kamra li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd tħallas regolarment il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-impjegati tagħha peress illi skont l-"audited accounts" ta' din il-kumpanija tas-sena 2019, l-ammont ta' €579,554 kien dovut mill-istess kumpanija bħala "indirect taxes and social security " (note 11)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd qiegħda tassigura li qed tħallas regolarment il-kontribuzzjoni tas-sigurta’ soċjali tal-impjegati tagħha.

Infermiera li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Istat

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid f’liema skejjel qed jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li jbatu bil-Fibromyalgia

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li jbatu bil-Fibromyalgia f’pajjiżna? Jista’ jgħid liema huma l-mediċini li l-Gvern se jintroduċi fil-formolarju għal dawn il-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta hawn 925 pazjenti li jbatu mill- Fibromyalgia u li għandhom Schedule V. Bħalissa hemm żewġ mediċini li jingħataw bla ħlas lill-pazjenti li jsofru minn din l-kundizzjoni u fiż-żmien li ġej se tkun qed tiżdied mediċina oħra għal dawk li jbatu mill-istess kundizzjoni, li ukoll din se tkun qed tingħata bla ħlas.

Mediċina li tixbah il-mediċina Xeralto

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema hi l-mediċina li se tiġi ntrodotta fil-formolarju li, kif qal fid-diskors tiegħu fil-Parlament “hija bħax-Xeralto”?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej l-proċess fuq it-tender sabiex fiż-żmien li ġej tkun tista’ tiġi ntrodotta mediċina tal-klassi tad-Direct Oral Anticoagulants fil-formularju tal-gvern.

Skejjel – amministrazzjoni ta’ EpiPens

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min se jkun qed jamministra l-EpiPens li se jiġu introdotti fl-iskejjel tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li ġew proposti fondi għax-xiri tal-EpiPens, se jitkomplew id-diskussjonijiet mal-Ministeru kkonċernat dwar l-introduzzjoni tal-EpiPen fl-iskejjel. Ta’ minn jgħid li l-EpiPen hija mediċina li ħafna drabi tista tkun auto-injected.

Knee replacement – waiting list

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list għan-knee replacement? Jista’ jgħid ukoll, f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għan-knee replacement sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 610. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.

Hip replacement – waiting list

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list għall-hip replacement? Jista’ jgħid ukoll, f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għall-hip replacement sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 127. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.

Enemalta – rapporti ta’ ħsarat f’apparat tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu rapporti għand l-Enemalta ta' ħsarat f'apparat tal-elettriku mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm minn dawn it-talbiet ġew minn djar residenzjali u kemm minn mhux residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.