Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – minuti

Question

B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji tal-minuti relatati mad-deċiżjoni li tinħareġ din l-espressjoni ta' interess? Jista' jgħid min kien involut f'dawn il-laqgħat u deċiżjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – Tender

Question

B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm ħsieb li din l-expression of interest tinħareġ ukoll għas-settur pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – direct orders

Question

B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħarġu direct orders relatati mal-avveniment Taste of History and Events u jikkonferma jekk hux diġà ġie avviċinat xi kuntrattur sabiex jiġu esplorati possibiltajiet li jinħareġ direct order abbinat ma’ dawn l-attivitajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – inizjativi għall-pożizzjoni ta’ Head Corporate Services and ICT

Question

B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-inizjattiva hux abbinata mal-pożizzjoni ta' Head (Corporate Services & ICT) li Heritage Malta biħsiebha toħroġ fil-futur qarib?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – ħaddiema ta’ Heritage Malta li jagħmlu xogħol f’Għawdex

Question

B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' Heritage Malta li jaħdmu Malta hux se jkollhom jagħmlu xogħol f’Għawdex? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid hux se jiġi pprovdut trasport u akkomodazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – Staff compliment – kriterji tal-għażla

Question

B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-'event manager, curator or delegate', ħa jagħżel lis-staff complement?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjez oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintuzaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal perezempju kif inhu l-kaz f’kampanji li jtulu.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintu¿aw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Leg 13 PQ #2388 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli ħafna li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Leg 13 PQ #2390 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #5806 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Claudette Buttigieg, membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tagħha; u c. X’inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Onor Claudette Buttigieg m’għanda ebda tip ta’ kuntratt ta’impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5807 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Ryan Callus, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Ryan Callus m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5808 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Therese Comodini Cachia, membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tagħha; u c. X’inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Therese Comodini Cachia m’għanda ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5809 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè:: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Robert Cutajar, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Robert Cutajar m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5810 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè:: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Maria Deguara, membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tagħha; u X’inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Maria Deguara m’għanda ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5811 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè:: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Mario de Marco, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Mario de Marco m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5836 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola Primarja Nadur — maintenance

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-maintenance tant meħtieġ fl-Iskola Primarja tan-Nadur peress li hemm partijiet sostanzjali minn din l-iskola li jinsabu fi stat ħażin? Jista' jgħid għaliex dan il-maintenance li kien previst li jsir fl-aħħar tliet snin, , qatt ma sar? Jista' jgħix x'maintenance hemm ippjanat għal din l-Iskola Primarja u meta hu mistenni li jinbeda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għaddejja bil-proċess biex jintgħażel perit li se jkun qiegħed jaħdem fuq il-proġett ta' tisbiħ estensiv tal-Iskola Primarja fin-Nadur.

Regolament tal-UE dwar il-Geo-blocking

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri qed jittieħdu fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar il-geo-blocking, b’mod partikolari jekk ġewx identifikati l-entitajiet pubbliċi li ser ikunu responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-regolament u l-għodda li dawn ser ikollhom biex jagħmlu din il-ħidma?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.