Ministeru għat-Turiżmu – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 ’l hawn intefqu medja ta’ €17,445 (sbatax-il elf, erba’ mija, ħamsa u erbgħin Ewro) fis-sena f’konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali– konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma saru ebda pagamenti rigward konsulenzi fuq Public Relations jew Komunikazzjoni fil-perjodu mitlub.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè:: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Beppe Fenech Adami, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Onor Beppe Fenech Adami m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè:: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Mario Galea, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Onor Mario Galea m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè:: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Karl Gouder, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Karl Gouder m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè:: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Claudio Grech, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u l-grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Claudio Grech m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè:: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Kristy Debono, membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tagħha; u
c. X’inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa dan :
MP
Kariga
Data
Dħul
L-Onor Kristy Debono
Head Information Analysis
Malta Gaming Authority
5 ta’Mejju 2006
Basic Salary - €28,975
Qualification Allowance - €700
Mobile Allowance - €780
Car Allowance - €3,840
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè:: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Carmelo Mifsud Bonnici m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma hemm żewġ persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg hemm żewġ uffiċċjali fil-kariga ta’ Assistenti Diretturi li fil-kompetenza tax-xogħol tagħhom għandhom is-setgħa li jagħtu l-Ġuramenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ investigazzjonijiet dwar ksur ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol.
Ministeru għall-Finanzi — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ persuni ġewwa l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li huma Kummissarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid meta twaqqaf il-Kumitat tal-Kuntratti Dipartimentali? Minn mindu twaqqaf dan il-kumitat, kemm-il sejħa għall-kuntratti ġiet evalwata u/jew ikkunsidrata minn dan il-kumitat? Min huma l-membri ta' dan il-kumitat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti twaqqaf fl-14 ta’ Lulju 2010. Minn mindu twaqqaf dan il-kumitat kienu evalwati u/jew ikkunsidrati 683 sejħa għal offerti. Il-kumitat huma maħtur skont l-Artiklu 74 tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku (Avviż Legali 352 tal-2016 kif emendat bl-Avviżi Legali 155 u 233 tal-2017, u 26 tal-2018). Il-membri huma:
Chairperson, id-Direttur tas-Servizzi Korporattivi jew ir-rappreżentant tagħha;
Membru li jirrapreżenta lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex;
Membru li jirrapreżenta lid-Direttur tal-Kuntratti;
Segretarja maħtura minn fost l-Unità Ministerjali għall-Akkwist fil-Ministeru għal Għawdex.
Xagħra Għawdex – Park tal-Familja fil-Qortin – xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Park tal-Familja fil-Qortin fix-Xagħra Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla u li din ġiet magħluqa u rijabilitata? Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi mill-PA u jekk inħarġux it-tenders, biex isir ix-xogħol fuq dan il-Park tal-Familja? Jista' jgħid jekk dan il-park hux ser ikun aċċessibbli u lest għall-familji Għawdxin matul is-sena 2018?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-permessi meħtieġa mill-PA riesaq lejn it-tmiem tiegħu, dan wara diversi konsultazzjonijiet mal-ERA. It-tenders qegħdin għall-vetting id-DoC u maħsuba li jkunu fuq is-suq f’Lulju 2018. Il-pjan għadu li l-park jinfetaħ għall-pubbliku sal-aħħar ta' 2018.
Tista’ l-Ministru tgħid għal kull wieħed u waħda mil-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li sar f'Għawdex fil-weekend tat-18, 19, u 20 ta' Mejju 2018, kemm-il siegħa jew parti minnha taw bħala performance u kemm tħallas kull artist għal kull performance li ngħatat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif seta’ jikkonstata personalment, il-festival li qed jirreferi għalih kien suċċess kbir u serva biex inkomplu nagħtu promozzjoni lil Għawdex kemm lokalment u anke internazzjonalment. Gozo Alive kellu wkoll impatt ekonomiku sostanzjali. Ta’ min isemmi biss li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd. ġarret ’il fuq minn 54,000 passiġġier matul l-imsemmijin dati.
L-ispiża relatata mal-artisti, li kienu jinkludu Għawdxin, Maltin u anke ismijiet magħrufa internazzjonalment, fit-tlett ijiem kollha tal-festival madwar Ghawdex kollu tlaħħaq madwar €104,000.
Festivals u attivitajiet oħrajn simili, inkluż bl-appoġġ tal-Gozo Tourism Association u l-Gozo Business Chamber, se jkomplu jsiru matul din is-sena stess, partikolarment is-sajf li ġej.
Rabat Għawdex – Triq Varjinga — Arkivju Nazzjonali u l-Librerija – fire alarm
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2185, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u jekk twaħħalx il-fire alarm li kellu jsir fl-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija fi Triq Vajringa fir-Rabat, Għawdex u dan kif kien indika sena ilu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27782 tat-12-il Leġiżlatura? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni jekk dan ix-xogħol għadu ma sarx, issa li għadda tant żmien? Ma jaħsibx li hemm periklu serju għal tant dokumenti importanti li hemm f'dan il-post?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li rigward fire safety ġew iċċekkjati l-fire extinguishers kollha li jinsabu fil-Librerija Nazzjonali fejn ġie evalwat liema ċilindri jridu jinbidlu, liema għandhom bżonn service u jekk hemmx bżonn li jinxtraw oħrajn ġodda. Infurmat ukoll li Malta Libraries qed jagħmlu użu minn servizz professjonali ta’ Inġiniera biex jaraw x’potenzjal hemm fil-binja msemmija, biex ikunu jistgħu jitwaħħlu cameras tas-sigurtà. Bħalissa dawn l-inġiniera qed jaħdmu fuq lista ta’ rekwiżiti tekniċi biex tkun tista’ tinħareġ it-tender.
Peress li l-Arkivji Nazzjonali f’Għawdex joperaw f’parti mill-binja tal-Librerija Nazzjonali, il-proċess fl-Arkivji Nazzjonali ser ikun ukoll parti minn din il-ħidma.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti jew expression of interest biex jintgħażlu l-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li nżamm f'Mejju 2018 f'Għawdex? Min kien iċ-Chairman u l-membri tal-board li għażlu l-artisti? Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu ċ-Chairman u l-membri tal-board u jekk iċ-Chairman u l-membri tal-bord kenux imħallsa għal dan ix-xogħol? Jekk iva, kemm?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ ta’ artisti mhuwiex dejjem possibbli li tinħareġ sejħa għall-offerti minħabba li l-attivita’ ġieli tkun tirrikjedi artist partikolari skont l-istess attività. F’dan il-każ tintalab direct order approval mill-Ministeru tal-Finanzi.
Il-Bord organizzattiv għall-Gozo Alive kien iffurmat minn 8 membri. Il-maġġoranza tal-membri huma impjegati mas-settur pubbliku u għandhom esperjenza fl-organizzazjoni ta’ festivals simili kif ukoll tagħrif fuq l-arti, kultura u spettaklu rispettivament. Il-membri li tħallsu skont ix-xogħol li għamlu huma s-Sur Lou Bondi u s-Sur Felix Busuttil.
Tista’ l-Ministru tindika meta hu mistenni li tiġi inawgurata u allura tilqa’ l-ewwel residenti fiha, id-Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem, Għawdex? Tista’ tgħid kemm se tkun tista’ tospita anzjani b’kollox din id-dar u fuq liema mudell ser titmexxa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ħareġ il-permess il-ġdid biex id-dar tiġi fully compliant mal-istandards applikabbli, issa qed jiġi ffinanzjat il-bini kif ukoll it-tender għat-tlestija u l-operat mill-privat. Skont l-andament tat-tender tkun tista’ tingħata data atkar preċiża.