Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ persuni fi ħdan il-Ministeru tiegħi li għandhom ir-rwol ta' Commissioner for Oaths.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-uffiċjali li jinħatru Kummissjunarji bis-setgħa li jagħtu l-Ġuramenti, huma fdati biex jirrappreżentaw lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ f'Missjonijiet barra minn Malta. F'din il-funzjoni hemm servizzi wiesgħa li l-uffiċjali jeħtieġu biex jamministraw il-ġurament.
Il-lista ta’ hawn taħt hija lista mhux eżawrjenti ta' servizzi provduti li jeħtieġu Dikjarazzjoni b’Ġurament:
Akkwist ta 'Ċittadinanza Maltija, Ċittadinanza Doppja, Dritt għal passaport Malti / UE, Ċertifikazzjoni ta' Dokumenti; Applikazzjoni tar-Reġistru Pubbliku biex ji¿¿ewġu f'Malta; Reġistrazzjoni ta' Twelid /¯wiġijiet/Mwiet/Dokumenti ta' divorzju mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta; Dikjarazzjoni dwar Ġurament; Dokument ta' Vjaġġar ta' Emerġenza; Applikazzjoni IIP; Awtentikazzjoni ta 'dokument ta' natura edukattiva; jew ta 'natura kummerċjali eċċ.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet u dipartiment li jaqgħu taħt dan il-Ministeru hemm 19-il Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).
Dawn il-Kummissjunarji jinsabu fi Transport Malta, l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-kompetenza tal-individwi f’dan ir-rigward hi ta’ Nutara Pubbliċi, Prokuraturi Legali, Uffiċjal Eżekuttiv, Manager, Senior Clerk, Chief Audit Officer, Case Officer, Administration Officers, Senior Manager u Debt-recovery Para-Legal.
Ministeru għal Għawdex — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 5878 Persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji.pdf
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan id-dekasteru hemm 3 Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta). Dawn għandhom is-setgħa li jagħtu ġuramenti għal fini ta’ bordijiet ta’ dixxiplina, fuq rapporti annwali sottomessi mill-kustodji appuntati mill-bord u lil persuni li jkunu tilfu l-Blue Badge.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni jekk il-persuna hijiex uffiċjal pubbliku, persuna li għandha x’taqsam mas-servizz barrani tal-Gvern f’xi pajjiż barra minn Malta, avukat, prokuratur legali jew persuna privata? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni, id-data tal-ħatra tagħha bħala Kummissjunarju b’setgħa li jagħti Ġurament u jekk il-ħatra saritx bħala waħda personali jew bl-isem tal-kariga jew tal-funzjonijiet moqdija minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Il-Bajja tar-Ramla – Triq Ta’ Għajn Ħosna — tiswijiet
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5684 kollha u tgħid jekk Triq Ta’ Għajn Ħosna, it-triq li mix-Xagħra twassal għall-Bajja tar-Ramla l-Ħamra hux se ssir kollha f’dawn il-ġranet jew inkella hux se ssir parti minnha biss? Tista’ tgħid ukoll jekk din it-triq hux se tiġi asfaltata kollha u tkun lesta sal-bidu ta’ dan is-sajf?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li triq Għajn Ħosna hi responsabilita’ tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra. Iżda l-Ministeru għal Għawdex alloka l-fondi ghall-ammont ta’ Euro 150,015 biex din it-triq tingħata t-tarmac skont kif indikat mill-perit konċernat tal-istess kunsill. Il-Ministeru għal Għawdex hu kommess li jkompli jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ta’ afforestazzjoni sar ġewwa Għawdex u f’liema lokalità mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm-il siġra ġiet imħawwla f'dawn il-proġetti ta' afforestazzjoni? Jista’ jgħid fejn hu ppjanat li jsiru iktar proġetti ta’ afforestazzjoni matul is-sena 2018 f'Għawdex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3761. Ninfurmah ukoll li f’Kemmuna tlesta l-proġett ta’ afforestazzjoni fejn tħawlu 3,100 siġra indiġena.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont tad-dħul u l-ħruġ tal-attività Gozo Alive li saret f’Għawdex bejn it-18 u l-20 ta' Mejju 2018? Tista’ tgħid kemm ingħataw Direct Orders għal din l-attività u lil min ingħataw, kif ukoll kemm kien il-valur u għal xiex kienu dawn id-Direct Orders? Tista' tgħid kemm xogħol jew servizzi f’din l-attività saru wara talba għall-quotations u tgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u x'tip ta' xogħol jew servizz ingħata wara talba għall-quotations?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għalhekk jingħata f’seduta oħra.
Għawdex – triq li mir-Rabat twassal għaż-Żebbuġ – bini ta’ triq
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal saż-Żebbuġ f’Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol hux se jsir matul is-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ma ġietx inkluza fil-pjan ta’ toroq li għandu l-Ministeru għal Ghawdex għas-sena 2018. Il-Ministeru hu kommess li jkompli jinvesti fl-infrastruttura tal-gżira Għawdxija biex itejjeb il-kwalita tal-ħajja kemm tal-Għawdxin u l-eluf ta’ turisti li jżuruna.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5605, tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mid-Direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn Marzu 2013 sad-data li bdew jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern permezz tal-Avviż Legali msemmi fit-tweġiba tagħha? Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hija aċċessibbli online skont il-link li ġejja:
https://gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/Pages/Gazzette-Repository.aspx
Kopja tal-screenshot qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jaqgħu taħt ir-Roads Section ġewwa Għawdex u li bħalissa jagħmlu parti mill-Ministeru għal Għawdex humiex se jkunu parti mill-aġenzija ġdida tat-toroq li se tkun responsabbli mit-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex? Jekk iva, kif inhu maħsub li dawn il-ħaddiema jgħaddu għal mal-aġenzija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif tħabbar fil-Parlament waqt it-Tieni Qari ta’ Abbozz Nru 39 - Abbozz ta’ Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, fil-jiem li għaddew, Għawdex ser ikun qed igawdi minn żieda sostanzjali fil-fondi allokati għat-titjib u l-bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq, permezz tal-ħidma ta’ din l-aġenzija ġdida.
Fl-istess waqt, il-fondi għal xogħlijiet fit-toroq li preżentament jiġu allokati kull sena għall-Ministeru t’Għawdex m’humiex ser jitnaqqsu. L-aġenzija ġdida ser tkun qed tappoġġja u ssaħħaħ ix-xogħol li preżentament isir mill-Ministeru t’Għawdex, b’aktar riżorsi u b’aktar fondi.
Id-diskussjonijiet dwar il-loġistika ta’ din il-kollaborazzjoni bejn Infrastruttura Malta u l-Ministeru t’Għawdex għadhom għaddejjin, u mistennija jitkomplew fiż-żmien li ġej. Fl-istess waqt, il-Gvern qed jagħmilha ċara li r-riżorsi umani, bl-esperjenza u l-ħiliet tagħhom, li hemm bħalissa fi Transport Malta, fil-Ministeru t’Għawdex u f’entitajiet oħra relatati, jeħtieġ jibqgħu jagħtu s-sehem tagħhom fl-iżvilupp tal-infrastruttura tat-toroq, speċjalment fis-snin li ġejjin meta ser naraw investiment bla preċedent għal toroq aħjar, u aktar sikuri f’Malta u Għawdex.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – Ħlas lill-ħaddiema
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema interessati humiex se jitħallsu mill-payroll system jew humiex se jiġu mitluba jirreġistraw bħala self-employed u jużaw il-ktieb tal-VAT? Jista' jgħid kif se jassigura li ma jinħoloqx xi tip ta' xogħol tal-prekarjat ġdid fi ħdan Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – konsultazzjoni mal-union
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Union li tirrapreżenta l-ħaddiema ta' Heritage Malta ġietx ikkonsultata fuq din il-kwistjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – xogħol ta’ HMSL
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol kollu relatat mal-HMSL isir b'mod voluntarju u jingħata biss lil min jixtieq jaħdmu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – ġbir ta’ tips
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu permessi li jinġabru tips mill-events, u jekk iva, dawn kif ser jiġu mqassma? Jista' jgħid xi proċedura qiegħda tiġi addottata bħalissa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2392 - MEDE - konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa.pdf
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma– konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma saret permezz tad-DCS u hija ta’ €12,901.65 (eskl. VAT). Din in-nefqa saret minn meta twaqqaf dan l-istess Ministeru wara Ġunju tal-2017 sal-21 ta’ Mejju 2018.
Ma’ saret l-ebda nefqa mill-Korporazzjoni Enemalta minn Marzu 2013 s’Awwissu 2014. L-informazzjoni mitluba għal perjodu ta’ Settembru 2014 sal-lum għandha valur kummerċjali għal Kumpanija Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Fir-rigward tal-entitajiet l-oħrajn ma kien hemm l-ebda nefqa fuq konsulenza għal
public relations
jew komunikazzjoni.
Fil-każ tal-Enemed, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Finanzi – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.