Legislature:
Category:
Reset
Active:

Work permit — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn jidher li l-file tagħha qiegħed għand il-Jobsplus u tixtieq li jitħaffef il-proċess għall-work permit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Jobsplus hija fid-dmir li tuża kull kawtela u żmien neċessarju sabiex tassigura li l-proċess tal-permessi għax-xogħol isir b’reqqa bla ebda interferenza jew indħil.

Sptar Monte Carmeli – spiża għal kull resident

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5935, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm residenti fl-Isptar Monte Carmeli li l-ispiża tagħhom għal kull ġurnata, tlaħħaq bejn wieħed u ieħor: (a) minn €76 sa €99 (b) minn €100 sa €299 (c) minn €300 sa €499 (d) minn €500 sa €654?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 kien hemm 83% (tlieta u tmenin fil-mija) tal-pazjenti li għal kull ġurnata fl-isptar Monte Carmeli l-ispiża kienet minn €76 sa €99, 11% (ħdax fil-mija) li l-ispiża kienet minn €100 sa €299, 1.5% (wieħed punt ħamsa fil-mija) li kienet minn €300 sa €499 u 4.5% (erbgħa punt ħamsa fil-mija) minn €500 sa €654.

In-Naxxar – Triq Francis Attard — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq Francis Attard fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq? (Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej) (Ara ritratti li qed jintbagħtu separatament).

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

In-Naxxar – Triq il-Konti Manduca — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Konti Manduca fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq? (Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

In-Naxxar – Triq il-Markiż Ċensu Depiro — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Markiż Ċensu Depiro fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq? (Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

In-Naxxar – Triq l-Abbate Savoia, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk – xogħlijiet ta’ preparazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, b'antiċipazzjoni għall-proġett ta' żvilupp massiv fin-Naxxar fiż-żona ta' Triq l-Abbate Savoia, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk, x'tip ta' xogħol ta' preparazzjoni qed isir, biex it-toroq taż-żona jkunu jifilħu għat-traffiku industrijali li se jkun hemm fix-xhur u s-snin li ġejjin, liema xogħol u traffiku, jekk ma jkunux antiċipati, jista' jkollhom effett ħażin ħafna fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti f'din iż-żona u fuq id-djar tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Cables – tneħħija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett pilota mħabbar mill-Prim Ministru f'Birkirkara, f'Mejju 2017 li kellu jara li l-cables tal-Enemalta u oħrajn jibdew jinqalgħu mill-faċċati tad-djar u l-arbli fl-irħula tagħna u jitpoġġew taħt l-art qabel jirranka l-proġett ta' €700m f'manutenzjoni estensiva tat-toroq Maltin tul din il-leġiżlatura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ– konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu 2013 s'issa intefqu €1,500 fl-2016, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni. Filwaqt li bejn is-sena 2008 u s-sena 2011 intefqu €13,173.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella sussegwenti:- Dipartiment / Entita' / Agenzija: Marzu - Diċembru 2013 Jannar - Diċembru 2014 Jannar - Diċembru 2015 Jannar - Diċembru 2016 Jannar - Diċembru 2017 Jannar - April 2018 Transport Malta NIL NIL NIL €30,975 €32 450 €2950 Planning Authority NIL NIL €42,574.4 €99,592 €42 480 €7080 Lands Authority NIL NIL NIL NIL NIL NIL Land Registry NIL NIL NIL NIL NIL NIL BICC NIL NIL NIL NIL NIL NIL BRO NIL NIL NIL NIL NIL NIL Property Malta NIL NIL NIL NIL NIL €2000 MTIP NIL NIL NIL NIL €3404.8 NIL
Leg 13 PQ #2403 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex– konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu
Leg 13 PQ #5818 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Marthese Portelli, membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tagħha; u c. X’inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Marthese Portelli m’għanda ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5819 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Clyde Puli, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u l-grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Clyde Puli m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5820 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Chris Said, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Chris Said m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5821 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Hermann Schiavone, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Hermann Schiavone m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5822 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Stephen Spiteri, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Stephen Spiteri m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5823 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. David Stellini, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor David Stellini m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.