Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t’April li għaddew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li delegazzjoni tal-gvern Malti għamlet żjara fl-Awstralja bejn is-27 ta’ Marzu u s-7 t’April. Din iż-żjara saret wara stedina li saret lill-gvern Malti, bħala chair in office tal-Commonwealth, mill-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk b’rabta mal-ftuħ tal-logħob tal-Commonwealth fi Brisbane.
Jakkumpanjaw lili fid-delegazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal din iż-żjara kien hemm il-mara tiegħi, tlett membri tas-Segretarjat privat tiegħi, uffiċjal tas-sigurta u l-eks Kap tal-Malta CHOGM 2015 Task Force. Jakkumpanjaw lill-mara tiegħi u lili kien hemm iż-żewġ uliedna.
Kif sar dejjem fi żjarat ohra simili matul is-snin taht amministrazzjonijet differenti, l-ispejjeż tal-membri tad-delegazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru tħallsu mill-gvern. L-ispejjeż tat-tfal thallsu privatament.
L-ispiża mħallsa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din iż-żjara hija ta’ €142,645. Din l-ispiża tinkludi l-biljetti tal-ajru (5 għal kull persuna), l-akkomodazzjoni, il-loġistika relatata maż-żewġ laqgħat mal-komunitajiet tal-Maltin f’Melbourne u fi Brisbane, l-ospitalità għall-membri kollha tad-delegazzjoni, mhux dawk biss tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f’xi okkazjonijiet anki għall-membri tal-media lokali u għall-uffiċjali tas-sigurtà Awstraljani, spejjeż relatati mal-media lokali li akkumpanjat lid-delegazzoni, it-trasport għall-impenji kollha li kellha d-delegazzjoni Maltija u rigali għad-dinjitarji li ltaqjt magħhom u għall-kontingenti Malti li ha sehem fil-logħob tal-Commonwealth.
Matul iż-żjara kien hemm sensiela ta’ impenji f’Melbourne u fi Brisbane. Fost oħrajn kelli laqgħa mal-Prim Ministru tal-Awstralja Malcolm Turnbull, laqgħa mal-Prim Ministru tal-istat ta’ Victoria Daniel Andrews, laqgħa mal-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk, laqgħa mal-European Australian Business Council u laqgħat mal-komunitajiet Maltin f’Melbourne u fi Brisbane.
Kont ukoll mistieden biex flimkien mal-Gvernatur Ġenerali tal-Awstralja Sir Peter Cosgrove, il-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk u s-Sindku tal-belt tal-Gold Coast Tom Tate nindirizza attività li permezz tagħha ngħata bidu għat-Trade 2018 Games Time Trade and Investment Program waqt li ntlabt nagħmel id-diskors ewlieni fil-ftuħ tal-Commonwealth Innovation Forum.
Id-delegazzjoni Maltija żaret il-villagg tal-atleti li ħadu sehem fil-Logħob tal-Commonwealth u ltaqghet mal-kontingent Malti. Fuq stedina tal-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk, id-delegazzjoni attendiet ukoll għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth.
Kif żgur li huwa konxju l-Onor. Interpellant din ma kenitx l-ewwel darba li Prim Ministru Malti għamel żjara fl-Awstralja. Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant u lill-Kamra li fl-2007 il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien ukoll mexxa delegazzjoni tal-gvern Malti fl-Awstralja bejn id-29 ta’ Lulju u t-13 t’Awwissu.
Id-delegazzjoni dak in-nhar kienet tinkludi lill-mara tal-Prim Ministru, uffiċjali mis-Segretarjat privat tal-Prim Ministru u uffiċjal tas-sigurtà. Magħhom kien hemm ukoll membri tal-media lokali. Ma dan kollu b’differenza mil-lum, din il-Kamra qatt ma ngħatat rendikont tal-ispejjeż ta’ din iż-żjara. U dan minkejja li kienu saru sitt misoqsijiet parlamentari biex tingħata din l-informazzjoni. Ħdax - il sena ilu, l-ispiża tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq iż-żjara tal-Prim Ministru u d-delegazzjoni tiegħu fl-Awstralja kienet ta’ €159,853.
Ngħarraf ukoll lill-Onor Interpellant u lill-Kamra li kien hemm ukoll okkażjoni oħra, fl-2011, meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien se jżur l-Awstralja biex jieħu sehem fic-CHOGM f’Perth u biex jiltaqa' ma’ xi komunitajiet tal-Maltin. Għalkemm eventwalment il-Prim Ministru ħassar din iż-żjara, jirriżulta mill-bookings li kienu saru li l-ispiża fuq biljetti tal-ajru u lukandi biss kienet se tlahhaq mill-inqas €84,390. Fl-2011 il-Prim Ministru kien se jkun ukoll akkumpanjat mill-mara tiegħu, minn uffiċjal mis-Segretarjat privat tal-Prim Ministru u minn uffiċjal tas-sigurtà.
Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li f’leġiżlaturi qabel l-2013 kien hemm iktar minn okkażjoni waħda li fiha ma ngħatatx informazzjoni lil din il-Kamra dwar spejjeż relatati ma safar tal-gvern. F’iktar minn okkazjoni wahda qabel l-2013 il-Prim Ministri naqsu milli jagħtu rendikont lil din il-Kamra dwar spejjeż ta’ safar għaliex deherilhom illi ma kien hemm ‘ebda ġustifikazzjoni’ jew ‘ebda skop’.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej ;
2013 - (minn Marzu) ma kien hemm l-ebda spiża.
2014 - €2,950
2015 - €2,950
2016 - €5,034
2017 - €53,362.68
2018 - €5,737.55
Uffiċċju tal-Prim Ministru – social media advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-entitajiet u d-dipartimenti li llum jaqgħu taht l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ilhom jagħmlu użu mis-social media fil-ħidma tagħhom, sa minn qabel l-2013.
It-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – social media advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – social media advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2407 - MEDE - Nefqa fuq social media advertising.pdf
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – social media advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – social media advertising — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Attachments:PQ 2409 - Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza - social media advertising - nefqa.xlsx
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Adrian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Adrian Delia m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Edwin Vassallo, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Edwin Vassallo m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Clayton Bartolo, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Clayton Bartolo m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Byron Camilleri, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Byron Camilleri m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Silvio Grixti, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;
b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u
c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Silvio Grixti m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att pubbliku datat l-1 ta' Frar 2017, flimkien mad-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża mal-istess att u li permezz tiegħu l-Kummissarju tal-Artijiet ikkonċeda b'titolu ta' enfitewsi l-art tal-ITS f'San Ġiljan lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru responsabbli mit-turiżmu.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1897 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 133, nhar it-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2018)
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-valutazzjoni, l-RFP submission u l-project evaluation dwar l-art tal-ITS f'San Ġiljan li tlestew fis-26 ta' Jannar 2017 mid-ditta li isimha qiegħed jingħata separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument hu kummerċjalment sensittiv u li l-Gvern diġà ta preżentazzjoni mill-aktar dettaljata dwar din il-valutazzjoni.
Ministeru għal Għawdex – rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5607, tista’ l-Ministru tgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet fil-passat, ċjoè minn Marzu 2013 ‘l hawn, dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru u r-rakkmandazzjonjiet li ħarġu minnhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċerti miżuri twettqu filwaqt li oħrajn ser jitwettqu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Mediku għandu l-jedd li jimponi penali amministrativa bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bl-Avviż Legali 38 ta’ 2009, Regolamenti tal-2009 dwar Penali imposti mill-istess Kunsill Mediku. It-tieni Artiklu tal-imsemmi Avviż Legali jistipula li f’dawk il-każijiet li l-Kunsill Mediku ikun sodisfatt li akkuża li tinġieb kontra professjonist tkun ġiet ippruvata, dan il-Kunsill jista’ jimponi penali ta’ mhux iżjed minn għoxrin elf euro. Artiklu 3 ikompli jispecifika li “jekk professjonist jonqos milli jħallas dik il-penali li tiġi imposta fuqu fi żmien tliet xhur mid-data meta tiġi imposta dik il-penali, għaldaqstant il-Kunsill Mediku għandu jordna li isem il-professjonist jiġi kanċellat mir-reġistru adatt mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda avviż ieħor.”
Is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika huwa l-Awtorità dwar il-Liċenzjar għall-għanijiet tal-Att dwar il-Medicini, Kap 458, u għalhekk ukoll għandu l-jedd li jimponi penali amministrativa bis-saħħa ta’ Artiklu 100 tal-Att hekk imsemmi meta persuna tkun ikkommettiet reat kontra dan l-Att jew xi regolamenti jew regoli magħmulin taħtu. Artiklu 100 (3) jesiġi li
“Il-Ministru għandu jippreskrivi l-penalitajiet li jistgħu jintalbu mill-Awtorità dwar il-Liċenzjar dwar xi reat speċifikat: I
żda penali bħal dik ma għandhiex tkun teċċedi ammont ta’ tlieta u għoxrin elf u mitejn u tlieta u disgħin euro u tlieta u sebgħin ċenteżmu (23,293.73).
”
Meta tinkiser id-dispożizzjoni tal-Artiklu hekk imsemmi, jidħol fis-seħħ Artiklu 100 (5) li jispeċifka li
“
Meta l-persuna li jingħatalha l-avviż taħt is-subartikolu ma tħallasx il-penali fi żmien il-perjodu ta’ wieħed u għoxrin ġurnata msemmi fis-subartikolu (3) u ma osservatx, fiż-żmien speċifikat, il-ħtiġiet ta’ dan l-Att, jistgħu jittieħdu proċedimenti ordinarji kontriha skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, ta’ dan l-Att u ta’ kull liġi oħra li t
kun tapplika dwar ir-reat.”
Ninfurmah ukoll illi skont l-Avviż Legali 32 tal-2015,
Regolamenti tal-2015 dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni
,(KAP. 524)Artiklu 18(9) ‘
Multa amministrattiva imposta ma għandhiex, sakemm ma jkunx xort’oħra provdut minn jew taħt l-Att, teċċedi t-tliet mija u disgħa u erbgħin elf u erba’ mitt euro (€349,400) għal kull ksur jew nuqqas ta’ konformità u, jew ħdax-il-elf u sitt mitt euro (€11,600) għal kull jum ta’ ksur jew nuqqas ta’ konformità skont il-ka
ż li jkun.
Iżda jekk l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu ksur huma mwettqa minn impriża u l-Awtorit
à tqis li l-att jew ommissjoni għandhom effetti partikolarment sinifikanti għad-detriment tal-klijenti u, jew pazjenti, l-ammont iddikjarat li jista’ jiġi impost bħala
multa amministrattiva jista’ jiżdied għal ammont li ma jkunx aktar minn ħamsa fil-mija tal-fatturat tal-impriża fis-sena kalendarja minnufih qabel i
s-sena li fiha l-ksur ikun sehh.Kull multa imposta kuljum tista’ tkun retroattiva għad-data tal-att jew ommissjoni jew tal-bidu tal-ksur
.’