Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data u sena ġew devoluti dawn il-beni fil-Mellieħa lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mill-Gvern:
1: Batterija ta’ Westreme;
2: Torri l-Abjad;
3: Kumpless ta’ Rziezet f’Selmun;
4: Pill Box fuq ix-xifer biswit Triq Dun Balen; u
5: Kamra li tifforma parti minn kumpless ta’ kmamar fil-Park tal-Majjistral?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda annessa ma’ din it-tweġiba.
ProprjetàData tal-Lease Agreement
Batterija ta’ Westreme12/04/2001
Torri l-Abjad10/09/2009
Kumpless ta’ Rziezet f’Selmun24/02/2012
Pill Box fuq ix-xifer biswit Triq Dun Belin10/09/2009
Kamra li tifforma parti minn kumpless ta’ kmamar fil-Park tal-Majjistral19/11/2011
Mellieħa – Triq il-Qortin – sejħa għall-offerti għall-wiċċ ġdid tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema jum, xahar u sena bejn l-2008 u l-2016 il-Gvern jew xi awtorità responsabbli ħarġet sejħiet għall-offerti sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-triq imsemmija kellu jsir fl-2012. Kienet ħarġet sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Ġunju tal-istess sena. Madankollu, l-offerta tal-kuntratt lill-kuntrattur magħżul għal dan ix-xogħol ġiet ikkanċellata f’Settembru tal-istess sena. It-triq baqgħet ma saritx sakemm f’Novembru 2017 inbniet mill-ġdid kif kien meħtieġ, permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali Mellieħa.
Mellieħa – Triq il-Qortin – sejħa għall-offerti għall-wiċċ ġdid tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema jum, xahar u sena bejn l-2008 u l-2016 il-Gvern jew xi awtorità responsabbli ħarġet sejħiet għall-offerti sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li kuntrattur jew kuntratturi wara li kienu ngħataw id-dritt, wara sejħa pubblika, sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa f’xi sena bejn l-2008 u l-2013, dawn l-istess kuntrattur jew kuntratturi naqsu milli jwettqu x-xogħol bil-prezz mogħti fl-offerta oriġinali peress li fl-istess żmien kien hemm varjazzjoni fil-prezz internazzjonali taż-żejt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-triq imsemmija kellu jsir fl-2012. Kienet ħarġet sejħa għall-offerti f’Ġunju tal-istess sena. Madankollu, l-offerta tal-kuntratt lill-kuntrattur magħżul għal dan ix-xogħol ġiet ikkanċellata f’Settembru tal-istess sena. It-triq baqgħet ma saritx sakemm f’Novembru 2017 inbniet mill-ġdid kif kien meħtieġ, permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali Mellieħa.
L-għoti tal-kuntratt f’Settembru 2012 ġie kkanċellat wara li l-kuntrattur, li kien l-uniku wieħed li tefa’ l-offerta, ma ffirmax il-kuntratt offrut lilu minn Transport Malta. Dan il-kuntratt kien jirrifletti l-offerta li għamel l-istess kuntrattur u li kienet tikkompara tajjeb mal-istima tal-Awtorità għal dan ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li kuntrattur jew kuntratturi wara li kienu ngħataw id-dritt, wara sejħa pubblika, sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa f’xi sena bejn l-2008 u l-2013, dawn l-istess kuntrattur jew kuntratturi naqsu milli jwettqu x-xogħol bil-prezz mogħti fl-offerta oriġinali peress li fl-istess żmien kien hemm varjazzjoni fil-prezz internazzjonali taż-żejt?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Plastic, Metal u Karti – public tenders għar-riċiklaġġ
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3038, dwar il-volum ta' plastic, metall u karti li ġew riċiklati permezz ta' public tenders, jista' l-Ministru jagħti break down ta' kemm kien l-ammont ta' plastic, kemm kien l-ammont ta' metall u kemm kien l-ammont ta' karti għal kull sena rispettiva elenkata f'dik il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħaraq plastic fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern? Jekk iva, x'tip ta' plastic se jinħaraq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jekk fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern se jinħaraq il-plastic, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-volum jew il-piż ta' plastic li qed jiġi pproġettat li jinħaraq fuq daily basis?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid minn min se jiġi determinat liema toroq se jsiru mill-Aġenzija tat-Toroq? Tista' tgħid jekk hiex se taħtar xi kumitat speċifikament biex jagħmel dan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ix-xogħolijiet ta’ toroq li jridu jsiru f’Għawdex huma estensivi ħafna wara tant snin ta’ telqa.
Diġa’ kien hemm dikjarazzjonijiet pubbliċi li x-xogħol li ser isir f’Għawdex ser isir b’konsultazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex. Ix-xogħolijiet li saru li qed isiru fl-2018 permezz ta’ Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalita’ Tiegħek, saru b’konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema livell se jkun involut il-Ministeru għal Għawdex fl-Aġenzija tat-Toroq sabiex tassigura li l-bżonnijiet u l-prijoritajiet tat-toroq f'Għawdex jingħataw l-attenzjoni li verament għandhom bżonn?
Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilita — Standards Nazzjonali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28025 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saru sorveljanza mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali/Hostels, meta saru dawn iż-żjarat u f’liema Residenza saru dawn iż-żjarat ta’ sorveljanza matul din il-Leġiżlatura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali permezz tal-uffiċjali tiegħu jagħmel żewġ tipi ta’ spezzjonijiet fil-faċilitajiet liċenzjati għas-saħħa mentali f’pajjiżna, jiġifieri (1) spezzjonijiet / żjarat għall-għarrieda jew bħala parti minn investigazzjoni ta’ lmenti li jkun irċieva u (2) spezzjonijiet ippjanati skont Artiklu 6 tal-Att dwar is-Saħħa Mentali li daħal fis-seħħ f’Ottubru 2013. Ma tinżammx statistika dwar spezzjonijiet għall-għarrieda. Dwar spezzjonijiet ippjanati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-iskedi dettaljata tal-ispezzjonijiet li saru matul din il-leġiżlatura.
Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilita — Standards Nazzjonali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28025 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saru sorveljanza mill-Health Care Standards Directorate fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali/Hostels, meta saru dawn iż-żjarat u f’liema Residenza saru dawn iż-żjarat ta’ sorveljanza matul din il-Leġiżlatura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Health Care Standards Directorate jagħmel kemm spezzjonijiet għal għarrieda jew bħala parti minn investigazzjoni ta’ lmenti li jkun irċieva kif ukoll spezzjonijiet ippjanati. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista tal-ispezzjonijiet li saru mill-Health Care Standards Directorate matul din il-leġiżlatura sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm telefonati ġenwini tal-Helpline għall-għajnuna u li saru minn persuni bi problemi ta’ saħħa mentali bħal depressjoni, solitudni u każijiet ta’ suwiċidju matul is-sena l-oħra u matul din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej ;
TIP TA’ TELEFONATA
SENA
2017
Telefonati Ġenwini
8895
Raġunijiet għal Telefonati marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali
2017
Ansjetà (
Anxiety
)
96
Saħħa Mentali (
Mental Health
)
1040
Dipressjoni (
Dipression)
369
Solitudini (
Loneliness
)
684
Affarijiet Suwiċidali (
Suicidal Issues
)
54
Total ta’ telefonati marbuta ma’ kwsitjonijiet ta’ saħħa mentali
2243
Għas-sena 2018 l-informazzjoni għadha mhux magħrufa minħabba li tinġabar kull sitt xhur u għaldaqstant l-informazzjoni tkun tista’ tiġi provduta aktar tard.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi proċedura hemm biex persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali tibda tirċievi s-Servizz ta’ Outreach? Min huwa responsabbli minn dan is-servizz? Hemm xi waiting list biex persuna tinqeda minn dan is-servizz? Kemm huwa ż-żmien li persuna tistenna biex tirċievi dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni li jkollhom bżonn is-servizz tal-Outreach jiġu riferuti mill-Konsulenti Psikjatriċi rispettivi tagħhom. Dan is-servizz jaqa` taħt ir-responsabbilta’ tas-Senior Nurse Manager u Charge Nurse.
M`hemm l-ebda lista ta` stennija u persuna tiġi segwita immedjatament .
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hawn persuni f’Malta u f’Għawdex li jbatu bid-dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li jbatu bid-dijabete u jieħdu xi mediċina b’xejn relatata ma din il-kundizzjoni sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena huwa ta’ 30, 677.
Ninfurmah ukoll illi n-numru attwali ikun xi ftit akbar għaliex ikun hemm ftit pazjenti li jikkontrollaw din il-kundizzjoni bid-dieta biss u oħrajn li jagħżlu li ma jużawx mediċinali b'xejn milli jipprovdi l-istat. Skont l-iStħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa (EHIS) li sar fl-2015, 8.5% mill-popolazzoni ta' eta' 'l fuq minn 15-il sena iddikkjaraw li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete. Dan jammonta għal madwar 33, 600 persuna. Dan in-numru ma jinkludix dawk li jsofru minn din il-kundizzjoni imma għadhom ma jafux. Filfatt riżultati preliminari ta’ studju nazzjonali li għaddej bħalissa jindikaw li n-numru jista’ jkun akbar.
Spiża totali nazzjonali marbuta mal-inċidenza tad-Dijabete
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hi l-ispiża totali nazzjonali marbuta mal-inċidenza tad-dijabete f’pajjiżna (Spiża; preventive measures, kura primarja, hospitalization, mediċini, surgery, telf ta’ ġranet ta’ xogħol eċċ.)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.