Legislature:
Category:
Reset
Active:

Addozzjoni ta’ tfal minn barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kienu l-individwi u/jew koppji li qed jistennew li jaddottaw tfal minn barra minn Malta mill-2015 sal-2020, sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

implimentazzjoni tal-NDC rivedut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Malta qiegħda timxi mal-NDC rivedut li ġie sottomess fis-17 ta' Diċembru 2020 u xi pjanijiet għandu l-Gvern fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan il-pjan? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-pjan ta’ azzjoni tal-Gvern biex jintlaħqu l-miri ta’ Malta skont l-NDC tal-Unjoni Ewropeja li rrefera ghalih huwa elenkat fil-Low Carbon Development Strategy li ppubblikajna għall-konsultazzjoni pubblika ġimgħat ilu u li issa ġie konkluż. Kif ġabbart fil-Konferenza Nazzzjonali Dwar it-Tibdil fil-Klima nhar is-26 ta’ Ottubru dan il-pjan għandu miżuri costed li se jlaħħquna biex nilħqu il-miri ta’ Malta fir-rigward. Kif imħabbar fid-diskors tal-budget ser jitwaqqaf bord ta’ monitoraġġ li ser ikun jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi sabiex jara li, flimkien ma’ Ministeri oħra konċernati, dan il-pjan jitwettaq f’waqtu.

Helicopter użat f'każijiet ta' emerġenza medika f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-helicopter 9H-GMD li suppost hu intiż biex jintuża f'każ ta' emerġenza medika f'Għawdex skond il-ftehim li hemm ma Stewart Health Care fil-15 t'Ottubru 2021 ntuża għall-iffilmjar ta' dwieli fil-limiti tas-Siġġiewi u fuq il-Belt u dan bejn 2 p.m. u 6 p.m.? Jistax il-Ministru jinforma l-Kamra jekk din l-attivita' kienetx awtorizzata mid-Dipartiment tas-Saħħa jew le?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħelikopter msemmi minnu fid-data u l-ħin indikat, mhuwiex il-ħelikopter primarju li jintuża biex il-pazjenti jiġu trasferiti bl-ajru mill-isptar Ġenerali t’Għawdex għal Mater Dei iżda huwa dak li jintuża bħala back up jekk il-ħelikopter primarju jkun jeħtieġ sostituzzjoni.
Leg 13 PQ #22770 Sitting 512 2021-11-03 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ir-raba' vapur

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-pjanijiet sabiex il-Gozo Channel ikollha r-raba' vapur tagħha ? Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiskadi l-kirja tal-vapur Nicholaos u hemmx il-ħsieb illi din il-kirja tiġġedded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel tagħmel riferenza għar-risposta li kienet ngħatat għall-mistoqsijiet parlamantari numru 19150, 21033, 21781 u 22329 u tikkonferma li għadu għaddej xogħol fuq it-tender kif diġa ġie spjegat. Sadanittant il-Gozo Channel se tkompli toffri servizz b’erba vapuri.

Awtorità tad-Djar — proċeduri legali għal għoli fil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati avukati mill-Awtorità tad-Djar sabiex jassistu inkwilini fi proċeduri legali għall-għoli fil-kera, x'rimunerazzjoni qed jirċievu u x'proċedura ntużat sabiex jintgħażlu dawn l-avukati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-urġenza li s-servizz jibda jopera mill-aktar fis possibli ġew imqabbda b’mod temporanju 13-il avukat permezz ta’ direct order, fl-istess waqt ħarġet sejħa pubblika għall-pożizzjoni ta’ Manager tal-Unit appożitu tal-Pre-1995 fi ħdan l-Awtorità tad-Djar, liema sejħa ġiet iċċirkolata wkoll fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni tal-Kamra tal-Avukati. L-avukati mqabbda b’mod temporanju se jitħallsu skont it-taxxa maħruġa mir-Reġistratur tal-Qorti, filwaqt li l-pożizzjoni ta’ Manager se tkun remunerata skont il-ftehim kollettiv tal-Awtorità tad-Djar, wara li l-Interviewing Board ikun ingaġġa l-kandidat preferit. Sadanittant qed tiġi ppreparata “expression of interest” pubblika oħra sabiex jiġu ngaġġati avukati fuq bażi iżjed permanenti biex jidħlu f’dan il-Unit. L-intervent spedit tal-Awtorità wassal biex 365 persuna tingħata assistenza legali b’xejn mill-1 ta’ Ġunju 2021 ‘l hawn.

KOnferenza fuq il-Futur tal-Ewropa — attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-attivitajiet li ġew organizzati mis-Servizzi Ewropej f'Malta in preparazzjoni għat-tieni laqgħa plenarja tal-Konferenza fuq il-Futur tal-Ewropa li saret fi Strasbourg fit-23 ta' Ottubru 2020, kif ġew ippubbliċizzati dawn l-attivitajiet u xi pjanijiet hemm għall-aktar parteċipazzjoni pubblika in konnessjoni mal-istess konferenza fix-xhur li ġejjin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta mal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, l-Aġenzija SEM organizzat diversi attivitajiet u laqgħat biex tixpruna d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, tiġbor ideat minnhom skont is-suġġett inkwistjoni u ttellagħhom f’rapporti fuq il-pjattaforma diġitali multilingwi tal-Konferenza. Barra minn hekk, sa minn Mejju li għadda, SEM ippromwoviet il-pjattaforma b’diversi mezzi tal-komunikazzjoni, inkluż dawk stampati, mezzi tax-xandir u l-midja soċjali. F’Settembru u Ottubru, SEM organizzat tliet laqgħat pubbliċi onlajn bit-tema, ‘L-Ewropa li nixtieq’. F’dawn il-laqgħat ġew diskussi temi li se jikkontribwixxu għat-tfassil tal-futur tal-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin fosthom is-saħħa, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri Ewropej u, il-futur tax-xogħol u l-ġustizzja soċjali. Dawn il-laqgħat kienu intiżi biex ċittadini minn kull qasam tal-ħajja jagħtu l-opinjoni, jaqsmu l-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom dwar kif jixtiequ li jkun il-futur tal-Unjoni Eworopea f’dawn l-oqsma. Il-laqgħat saru b’mod ibridu u kienu jikkonsistu f’panels imdaqqsa ta’ diskussjoni minn ġewwa ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, kif ukoll saret waħda f’Għawdex. Kienet imħeġġa wkoll il-parteċipazzjoni wiesgħa tal-pubbliku kemm permezz ta’ inviti li ntbagħtu lil firxa wiesgħa ta’ nies u emm b’reklamar fuq il-midja soċjali. Il-laqgħat setgħu jkunu segwiti wkoll live fuq il-paġni tal-midja soċjali tal-Aġenzija. Aktar dettalji dwar il-konklużjonijiet u l-punti li tqajmu waqt id-diskussjonijiet li saru, jinsabu fil-website sem.gov.mt fis-sezzjoni events, jew inkella fuq il-pjattaforma diġitali tal-Konferenza. SEM qed ittella’ rapporti dwar dak li jkun ħareġ mid-diskussjonijiet fuq il-pjattaforma tal-Konferenza sabiex ikun hemm iktar informazzjoni dwar l-attivitajiet li saru. Apparti dawn il-laqgħat, sar ukoll eżerċizzju interessanti mill-uffiċjali ta’ SEM matul Skolasajf fejn ħadu r-reazzjonijiet tat-tfal li ħadu sehem f’26 sessjoni għal madwar 260 tifel u tifla f’Malta u Għawdex. It-tfal urew li huma jridu jgħixu f’soċjetà li tirrispetta lil kulħadd, inkluż l-ambjent. Saru wkoll attivitajiet ma’ studenti, inkluż dawk universitarji. Fuq it-tema tal-edukazzjoni, saru ħames laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ diversi stakeholders sabiex ikun hemm diskussjoni dwar il-futur tal-edukazzjoni fl-Unjoni Ewropea. SEM użat il-media soċjali, is-sit elettroniku tagħha, kif ukoll il-mezzi tax-xandir fosthom permezz ta’ riklami qosra fuq l-istazzjonijiet tar-radju l-aktar segwiti, sabiex ikun hemm iktar għarfien dwar il-Konferenza u biex iħeġġu aktar nies jagħtu l-ideat tagħhom fil-pjattaforma diġitali. Fil-ġimgħat li ġejjin, SEM se tkompli tippromwovi l-Konferenza permezz ta’ aktar laqgħat mal-pubbliku, biex tilħaq nies li mhux soltu jitkellmu u jsemmgħu leħinhom dwar l-Ewropa.

Aġenzija Servizzi Ewropej — użu ta' lingwa Maltija

Question

Jista' l-Ministru jara li s-sit tal-aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta jkollu aktar kontenut bil-lingwa Maltija għax fil-preżent hu kważi għal kollox bl-Ingliż?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li SEM se tkompli tiżgura li tipprovdi informazzjoni b’mod kostanti fejn tidħol informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll opportunitajiet ta’ fondi Ewropej. Wieħed irid jifhem li ħafna minn din l-informazzjoni tkun bl-Ingliż. Madankollu, il-website ta’ SEM tinkludi artikli li jkunu ġew pubblikati bil-Malti u diversi rapporti ta’ attivitajiet li jkunu saru bil-lingwa Maltija. SEM tipprovdi ħafna informazzjoni oħra bil-Malti, inkluż laqgħat ta’ informazzjoni u materji oħra fosthom pubblikazzjonijiet għat-tfal bil-Malti. L-Aġenzija se tkompli taħdem biex twassal informazzjoni fattwali u fil-ħin dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż bil-Malti.

Enemed – xiri ta’ fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il trakk tal-fuel inxtara mill-Enemed mill-2013 sal-lum, kemm sewa kull trakk, kif intgħażel l-offerent u meta nxtara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara 20 sena ta’ nuqqas ta’ investiment f’trakkijiet li jġorru l-fjuwil, il-kumpanija Enemed rat li tagħmel investiment fuq medda ta’ 5 snin fejn inxtraw 29 trakk, inkluż 11-il aircraft refueller. Dawn it-trakkijiet b’teknikalitajiet speċifiċi inxtraw b’diversi modi, inkluż auction, tender u direct order. B’dan l-investiment kapitali, l-Enemed investiet ‘il fuq minn €5.5 miljun għall-immodernizzar tal-flotta u biex tissaħħaħ is-sigurta.

Ħas-Saptan – inċident ta’ overspill ta’ fuel

Question

Tista' l-Ministru tirrapporta lill-Kamra bl-inċident ta' overspill tal-fuel li seħħ fit-22 ta' Ottubru 2021 fl-impjant il-ġdid ta' Ħas-Saptan? X'kienet il-kawża ta' dan l-ispill? Tikkonferma li dan wassal għal ħsara rreparabbli lil wieħed mit-trakkijiet tal-fuel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li kien qiegħed jimtela trakk, deher ħiereġ il-petrol minn fuq. Immedjatament ġie mwaqqaf ir-refuelling u l-Enemed segwiet il-proċeduri ta’ health and safety. Il-post tnaddaf, u wara li ġie ċċertifikat li ma kienx hemm periklu, ix-xogħol tal-mili tkompla b’mod normali. It-trakk involut ittieħed fil-garaxx li għandha l-kumpanija sabiex jiġi eżaminat għal xi ħsara li seta’ ġarrab. Kuntrarjament għal dak li qed jigi allegat fil-mistoqsija parlamentari, t-trakk ma sofra l-ebda ħsara irreparabbli.

Enemed – trakkijiet ġodda ta’ fuel

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra għalfejn uħud mit-trakkijiet il-ġodda tal-fuel tal-Enemed ġarrbu ħsara strutturali ftit wara li nxtraw u kellhom jissiefru biex jittranġaw?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara sena, kien hemm tliet trakkijiet li fl-2019 ħarġilhom difett ikkawżat mid-diżinn tagħhom. Peress li dawn it-trakkijiet kienu għadhom taħt garanzija, intbagħtu lura sabiex tissewwa l-ħsara. Dan ix-xogħol kien sar kollu a spejjeż tal-manifattur.

Tilqim tal-influwenza — bereġ

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li, sabiex jitnaqqas l-iskariġġ għar-residenti tal-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar, it-tilqim tal-influwenza jingħata fil-Berġa tal-lokal u f'każ li m'hemmx berġa attrezzata jingħata fil-bini tal-Kunsilli Lokali? Persważ li hemm eks infermiera li lesti jagħtu s-sehem tagħhom, b'mod volontarju, kif dejjem għamlu sa mill-bidu tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ tilqim għal kontra l-influwenza staġjonali qed jingħata miċ-Ċentri tas-Saħħa filwaqt li l-Booster tal-Vaċċin għal kontra l-Covid-19 qed jingħata mill-Kliniċi tal-Komunità

Is-Swieqi – Triq Mikiel Anton Vassalli – sound barriers

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitpoġġew sound barriers bejn it-Triq Mikiel Anton Vassalli biswit triq il-Marbat is-Swieqi, triq li tidħol għas-Swieqi li għandhom bżonn sound barriers u double glazing u dawn id-djar għandom bżonn għaliex qegħdin fi triq arterja busy ħafna? Jista’ jara li l-balavostri mat-triq jinbidlu ukoll?

Response (BORG, IAN)

Il-Gvern għaddej bit-twettiq ta’ pjan fit-tul sabiex itejjeb l-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, wara li kienu tħallew fi stat ta’ telqa u bla ebda investiment serju mill-amministrazzjonijiet preċedenti. Kull fejn Infrastructure qed twettaq proġetti ta’ titjib ta’ toroq arterjali mhux qed tqis biss l-effiċjenza fl-ivvjaġġar, is-sigurezza fit-triq għal dawk li jużaw it-triq u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju kkawżat mill-konġestjoni. Minħabba ċ-ċokon ta’ pajjiżna, kull triq arterjali f’pajjiżna tifforma wkoll parti mill-ambjent tar-residenti li jgħixu viċin. Għalhekk, Infrastructure Malta qed tippjana toroq ġodda li jkollhom inqas impatt fuq l-ambjent ta’ dawk li jgħixu u jaħdmu madwarhom. Fost oħrajn, fit-toroq arterjali qed tintroduċi aktar spazji b’siġar u pjanti, aktar bankini u korsiji għar-roti, waqfiet aktar siguri għall-karozzi tal-linja u punti ta’ qsim pedonali aktar siguri. Fejn ikun teknikament possibbli, l-aġenzija qed toħloq ukoll diżlivelli bejn toroq arterjali u toroq residenzjali biswithom, bħal ma sar f’uħud mit-toroq ġodda ta’ Central Link Project, biex jonqos it-tniġġis tal-istorbu kif ukoll l-impatt viżiv. Permezz ta’ l-akbar inċentivi li qatt ingħataw għall-karozzi elettriċi f’pajjiżna, u permezz tal-infurzar tar-regolamenti dwar it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni tal-vetturi, il-Gvern qed jaħdem ukoll biex jixpruna l-qalba għal karozzi li jħammġu inqas u jagħmlu inqas storbju. Minnhom infushom, dawn l-inizzjattivi u miżuri ambjentali ser ikomplu jnaqqsu l-impatt tas-settur tat-trasport fuq iż-żoni residenzjali kollha f’Malta u Għawdex. Permezz ta’ proġetti aktar fit-tul, fosthom l-inċentivi għas-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn u d-diskussjoni nazzjonali biex nippjanaw sistemi ta’ vvjaġġar tal-massa, qed inkomplu naħdmu biex innaqqsu d-dipendenza fuq il-karozzi privati, għal aktar sostenibilità u ambjent aħjar. It-triq indikata tinsab fil-pjanijiet infrastrutturali tal-Gvern għas-snin li ġejjin, bħala parti minn proġett estensiv għar-rotta ewlenija bejn Triq il-Kosta u l-Mini Ta’ Ġiorni, fis-Swieqi, Pembroke, Paceville u San Ġiljan. Dan il-proġett ser jibni mill-ġdid ukoll il-junctions ewlenin f’din ir-rotta, li m’għadhomx ilaħħqu mad-domanda tal-ivvjaġġar fl-inħawi u jeħtieġ jitjiebu biex ikunu aktar siguri u effiċjenti. Permezz ta’ dan il-proġett, li għadu fi stadju ta’ disinn u ppjanar, ir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet ukoll ser igawdu minn toroq ta’ kwalità ogħla, b’aktar faċilitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, inqas storbju mill-konġestjoni, u arja aktar nadifa. B’hekk, parti oħra mis-sistema tat-toroq ta’ pajjiżna li tħalliet mitluqa għal għexieren ta’ snin, ser tinbidel f’infrastruttura ta’ kwalità ogħla u aktar sostenibbli wkoll.
Leg 13 PQ #22477 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22157, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 22473.
Leg 13 PQ #22506 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi — persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22159, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għal Finanzi, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 22473.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — person of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22161, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għal Familja kif ukoll għall-Ministeru għall-Politika Soċjali, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22473.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22163, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għal Ambjent, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 22163.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22165, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għal Anzjani, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22473.

Ministeru għas-Saħħa — persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22167, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għas-Saħħa, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22473.
Leg 13 PQ #22524 Sitting 510 2021-11-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Triq ta' Sant'Antnin - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq ta' Sant Antnin ġewwa Għajnsielem, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li għad iridu jitwettqu f'din it-triq

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet huma lesti u baqa biss it-tieni kisja ta’ tarmak li se ssir mal-kumplament ta’Triq l-Imġarr u l-junction.

Ix-Xagħra — Tirq Marga u Triq Għajn Damma

Question

Jista' l-Ministru jgħid, x'azzjoni ttieħdet u qed jieħu l-Kunsill Lokali tax-Xagħra rigward Triq Marga u Triq Għajn Damma, fix-Xagħra, Għawdex peress li dawn qed iċedu u hemm periklu għan-nies, sewwieqa u għall-bdiewa li għandhom l-għelieqi fl-inħawi u saħansitra f'dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm inċidenti fejn weġġgħu xi nies? Jista' jgħid fil-konkret x'sar fuq dawn iż-żewġ toroq f'dawn iż-żewġ toroq f'dawn l-aħħar tliet snin u kemm intefqu flus fuq dawn iż-żewġ toroq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Tali stima taqbeż il-budget allokat għal Kunsill u għalhekk l-istess Kunsill qiegħed jesplora sorsi oħra minn fejn jista’ jiffinanzja tali proġett. L-Onorevoli Interpellant japprezza il-ħidma bla preċedent li qed issir fl-infrastruttra ġewwa Għawdex. Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Xagħra talab Perit biex jagħmel stima tax-xogħlijiet meħtieġa fuq din it-triq. Inżid li mhux dawn iż-żewġ toroq biss qed iċedu, iżda diversi toroq f’Għawdex, tort nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura minn Gvern Nazzjonalista tul is-snin Gvern Laburista se jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura ġewwa Għawdex u jkompli jagħti prijorita lill-gżira Għawdxija. Intant infurmat li Bħala miżura proviżorja tpoġġew ukoll tabelli stradali f’dawn l-inħawi sabiex is-sewwieqa jsuqu b'kawtela, sakemm jsir ix-xogħol li hemm bżonn.