B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5794, tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri qed jieħu l-Ministeru biex jiġu żgurati soluzzjonijiet dejjiema rigward ir-rimi tal-iskart tal-baqar u l-majjali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma u l-Water Services Corporation li wasslu fi stadju avvanzat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5705, jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna lokalitajiet f’Malta u Għawdex li għandhom żoni pedonali? Liema huma dawn il-lokalitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni mogħtija mill-Kunsilli Lokali, hawn 29 lokalità f’Malta u Għawdex li għandhom żoni pedonali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-informazzjoni mogħtija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1737 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: L-artijiet f'Malta u Għawdex għadhom mhux kollha rreġistrati mar-Reġistru Pubbliku tal-Artijiet. Nifhem li mhijiex ħidma faċli, imma jekk kull biċċa art tkun reġistrata jkun ġie ssimplifikat proċess ta' riċerka burokratika u jiġu ffrankati ħafna flus lil terzi. X'inhi l-prijorità li għandu l-Gvern għal din il-ħidma f'din il-leġislatura? X'inhi l-istrateġija dwar dan ir-Reġistru? Hemm time frames? Kemm huma bħala persentaġġ dawk l-artijiet li huma rreġistrati? Kemm hemm impjegati li jaħdmu f'din it-taqsima proprju biex jirreġistraw l-art?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li jrid jingħad illi sest minn Malta u nofs minn Għawdex huwa ddikjarat bħala area ta’ reġistrazzjoni u għaldaqstant kull nutar li jippubblika kuntratti li fiha jkun hemm proprjeta’ li qiegħda f’dawn iż-żoni, ikun obbligat jirreġistra din il-proprjeta’. Minbarra l-proprjeta’ li hemm l-obbligu tar-registrazzjoni, ċioe dawk f’ żona ta’ reġistrazzjoni, qegħdin jiġu rreġistrati wkoll il-proprjetajiet li jappartjenu lill-Gvern kif ukoll il-proprjeta’ msemmija f’Kap. 358 (Att dwar Proprjeta ta’ Entitajiet Ekkleżjastiċi).
Wara snin ta’ telqa, il-Gvern qiegħed fil-proċess li jirristruttura dan id-Dipartiment ħalli jkun il-mutur ewlieni fil-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ proprjeta’, għaldaqstant, fi żmien qarib, ħa ssir struttura ġdida kemm f’dak li jirrigwardja l-impjegati kif ukoll f’dak li jirrigwarda sistemi ta’ registrazzjoni.
Id-Dipartimet qiegħed fil-proċess li jinħargu tenders permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex jinxtara hardware modern u ssir sistema kompjuterizzata ġdida, liema sistema hija ntenzjonata li tkun waħda paperless u liema tenders għandhom jinkludu wkoll ix-xogħol li għandu jsir sabiex ikun hemm it-transpożizzjoni u t-trasfermiment tal-parcels u d-data li hemm fuq is-sistema preżenti għal fuq is-sistema l-ġdida. Huwa maħsub li dan il-proċess ikun lest fl-aħħar tas-sena 2021. B‘din is-sistema l-ġdida, huwa antiċipat illi s-sistema għar-registrazzjoni tiġi faċilitata u titħaffef u allura tagħmilha possibbli li tkun miftuħa għall-interita’ ta’ Malta u Għawdex.
Għalkemm il-liġi dwar ir-Registru tal-Artijiet daħlet fis-seħħ fl-1981, wasal iż-żmien li l-Gvern jagħti l-importanza xierqa lir-rwol li qiegħed jaqdi dan id-dipartiment b’ inizjattivi ġodda kif indikat f’ din ir-risposta u dan sabiex verament joffri servizzi aktar faċli u b’ anqas spejjeż, ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ propjeta bħal ma’ hemm f’ pajjizi oħra Ewropej.
Fis-sistema preżenti, ġewwa Malta u Għawdex hemm total ta’ 60,727 parcels ta’ proprjeta’ rreġistrata, li komplessivament ikopru area ta’ 157.03 kilometri kwadri. Din id-data m’hix aċċessibbli mis-sistema preżenti imma ġiet kompilata permezz ta’ analiżi li saret f’Diċembru, 2017.
In-numru totali ta’ impjegati fir-Reġistru tal-Artijiet huma 35, ċjoe’ 28 impjegat fl-uffiċċju ta’ Malta u 7 impjegati fl-uffiċċju ta’ Għawdex.
B’referenza għal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u n-negozjati li qed isiru mal-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu dawn in-negozjati? X’inhu l-eżitu ta’ dan il-ftehim? X’inhu l-gwadann pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dawl tal-azzjonijiet meħudha fil-passat u fl-ambjent ekonomiku preżenti, l-Awtorita qiegħdha tevalwa d-diversi aspetti fl-interess tal-Gvern.
Direttorat li jieħu ħsieb il-Parks – għoti ta’ kuntratti b’direct order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata b’direct order minn Novembru 2017 sa Mejju 2018 lid-direttorat li jieħu ħsieb il-Parks? Jista’ l-Ministru jgħid liema huma wieħed wieħed u x’inhuma r-raġunijiet? Kemm huma u liema huma dawk il-kuntratti li ma nħarġilhomx direct order għall-perjodu, Novembru 2017 sa Mejju 2018?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm u fiex jikkonsistu l-applikazzjonijiet għall-bini approvati jew pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar preżentement għaż-żona ta’ fejn qabel kien hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar (biċ-ċentru indikat inkluż ukoll)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex inkunu nistgħu nirrispondu din il-mistoqsija ikollna bżonn site-plantal-post in kwistjoni.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti ppreżentati b’rabta mal-proġett li ser isir minflok il-bini li qabel kien iservi bħala ċentru tal-fieri fin-Naxxar u kif ukoll jgħid fiex waslet din l-istess applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?
Awtorità tal-Ippjanar — Proġett ta’ disability hub – pjanti approvati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti approvati quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tal-proġett li oriġinarjament kien ġie msejjaħ bħala disability hub u li għandu jsir fiż-żona biswit fejn qabel kien hemm il-bini taċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-pjanti tal-proġett jinsabu fid-dominju pubbliku u huma aċċessibli mis-sit elettroniku tal-Awtorita` tal-Ippjanar, bħalma huma l-pjanti tal-proġetti l-oħra kollha, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat.
Peress li f’Malta hawn problema kbira fl-inċidenza tad-dijabete, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid għaliex ma reġax twaqqaf il-Kumitat Parlamentari tad-Dijabete li kien twaqqaf fuq inizjattiva tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, chaired minn Membru Parlamentari tal-Gvern u li kien qed jagħmel xogħol utli ħafna? Meta hemm il-ħsieb li se jerġa’ jiġi mwaqqaf dan il-kumitat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sotto-kumitat parlamentari tad-Diabetes Mellitus ma jinħatarx minni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid meta l-persuni li jbatu mid-dijabete se jibdew jingħataw apparat u l-isticks biex jagħmlu moniteraġġ tal-blood glucose level tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jbatu mid-dijabete tat-Tip 1 diġa ngħataw l-apparat u l-isticks biex jagħmlu moniteraġġ tal-blood glucose level.
Dawk il-pazjenti li għandhom id-dijabete tat-Tip 2 u jieħdu l-insulina ilhom jingħataw l-apparat u l-
isticks
b’xejn biex jagħmlu moniteraġġ tal-
blood glucose level
mill-2017.
Il-proġett li ser iwassal biex pazjenti li għandhom id-dijabete tat-Tip 2 u jieħdu mediċina orali, jingħataw l-apparat u l-
isticks
b’xejn biex jagħmlu moniteraġġ tal-
blood glucose level
beda’ f’ April li għadda u qiegħed ikun estiż raħal raħal. Sa issa beda’ fil-Furjana, il-Marsa u il-Ħamrun u qiegħed ikompli fil-Belt Valletta. Fil-ġimgħat li ġejjin ser ikompli fil-Birgu, l-Isla, Bormla, x-Xgħajra, Ħaż Żabbar, il-Fgura u Ħaz Żebbuġ, u wara jkompli ma’ Għawdex u Malta kollha.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm hawn persuni li hu kkalkulat li jbatu bid-Dementia jew/u Alzheimer’s f’pajjiżna? Kemm hu kkalkulat li se jiżdied dan in-numru fl-għaxar snin li ġejjin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, skont studju li sar mill-Universita` ta' Malta u li kien ġie ppublikat f'rivista akkademika fis-sena 2012, kien instab illi fis-sena 2010, f'Malta kien hawn 5,198 persuna bid-dimenzja u/jew Alzheimer. Dan in-numru kien maħsub illi jilħaq is-6,071 persuna fis-sena 2015, u 9883 persuna fis-sena 2030.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hi l ispiża totali f pajjiżna marbuta mad-Dementia/Alzheimer’s?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, studji ta' kemm id-dimenzja tiswa’ lil Malta qatt ma saru lokalment. Iżda skont studju li sar mill-Universita' ta Karolinska, fl-Izvezja u li ġie ppublikat fis-sena 2010, instab illi f'Malta n-nefqa totali fuq id-dimenzja tvarja bejn 63.1 miljun Ewro, għal 96.2 miljun Ewro. Id-differenza f'dawn il-figuri, jiddependi mill-ammont ta' kura informali (ċioe dik li tingħata mill-familja). L-ewwel figura tikkorrespondi għal 1.6 siegħat ta' kura nformali kuljum, filwaqt illi t-tieni figura tikkorrespondi għal 3.7 siegħat ta' kura nformali kuljum.
Għalkemm għaddew kważi għaxar snin minn dan l-istudju, huwa jibqa l-aktar studju ricenti li għandna ta' din ix-xorta.
In-Naxxar – Sqaq l-Imnieqa – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Sqaq l-Imnieqa fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija responsabilità tal-kunsill lokali ta’ din il-lokalità.
Matul ix-xahar li għadda fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta. Permezz ta’ din l-aġenzija, ser inwettqu l-pjan ta’ dan il-Gvern sabiex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż.
B’mod gradwali, din l-aġenzija ser tkun qed tikkollabora mal-kunsilli lokali ħalli jinbnew mill-ġdid ukoll it-toroq residenzjali u toroq oħra li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess kunsilli lokali. Sfortunatament, fil-passat, dawn il-kunsilli lokali tgħabbew bir-responsabilità tal-manutenzjoni tat-toroq mingħajr ma ġew mgħejjuna bir-riżorsi tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex iwettqu dawn id-dmirijiet b’mod sħiħ.
L-aġenzija ser tagħti wkoll priorità lil dawk it-toroq li baqgħu qatt ma ġew mibnija kif meħtieġ, biex dawn ukoll jiġu mibnija u miksija b’wiċċ ġdid kif meħtieġ.
Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem bla heda sabiex din l-aġenzija titwaqqaf mill-aktar fis. Permezz ta’ Infrastruttura Malta, pajji¿na ser ikollu ferm aktar riżorsi, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, prattiċi ġodda ta’ xogħlijiet fit-toroq u standards ġodda ta’ sostenibilità u sigurtà, sabiex gradwalment niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità għolja, hekk kif jixraq lil Malta u Għawdex.