Uffiċċju tal-Prim Ministru – għajnuna finanzjarja lill-Knisja
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tlabt biex tinġabar din l-informazzjoni.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — għajnuna finanzjarja lill-knisja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — għajnuna finanzjarja lill-knisja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — għajnuna finanzjarja lill-knisja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — għajnuna finanzjarja lill-knisja
Question
Tista' l-Ministru tagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtha, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Tista’ tagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Bejjiegħa tal-Monti tar-Rabat Għawdex – għoti ta’ kumpens
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5206 u 5672 dwar il-kumpens lill-bejjiegħa tal-Monti tar-Rabat Għawdex, jista’ l-Ministru jgħidilna jekk ġiex deċiż l-ammont ta’ dan il-kumpens?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3142 tat-30 ta’ Jannar 2018 fejn il-Ministru għarrafna li ġew ordnati tliet ambulanzi ġodda għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħidilna jekk dawn l-ambulanzi waslux, peress li għaddew erba’ xhur minn dik ir-risposta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għadu kif ġie introdott għall-ewwel darba fl-isptar Ġenerali t'Għawdex s-servizz tar- Rapid Response Vehicle. Il-għan ta' din il-vettura hu li twassal fuq il-post tal-inċident il-paramediċi inkluż tobba tal-emerġenza, biex jibdew jassistu u jistabbilixxu l-kundizzjoni tal-midruba qabel tasal l-ambulanza nnifisha.
L-ambulanzi l-ġodda qegħdin fi stadju li jiġu mgħammra apposta għal dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq f’Għawdex li hu maħsub li ser isir xogħol fuqhom u l-pjanijiet għal toroq ġodda, matul din is-sena u s-sena d-dieħla?
Peress li anke l-Gvern Malti qiegħed jammetti li mhux eskluża l-possibbiltà li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2021-2027, Malta taf ma tibqax eliġibbli għall-istess ammont ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea daqs qabel, speċjalment minħabba l-Brexit, jista' l-Prim Ministru jgħid kif f'dan ix-xenarju se tġi mwettqa l-wegħda li kienet saret lill-Għawdxin, li skont id-Dikjarazzjoni 36, anessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li tgħid hekk:
"
in the event that Malta, as a whole, would no longer be eligible to certain measures of the regional policy, the report (by the Commission to the Council on the economic and social situation in Gozo, and in particular, on the disparities in the social and economic development levels between Gozo and Malta) would assess whether the specific economic situation of Gozo justifies a continued eligibility of Gozo to these measures, and under which conditions, during the reference period"
?
Fid-dawl ta’ din id-dikjarazzjoni unilaterali, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx diġà t-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex lill-Kummissjoni Ewropea?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intużawx ħaddiema tal-Gvern biex isir xogħol fid-dar privata tiegħu fiż-żmien li kien Ministru tal-Intern responsabbli mill-ħarsien tal-liġi u ż-żamma tal-ordni? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar:
· id-data ta’ meta sar dan ix-xogħol u/jew xogħlijiet oħra fid-dar privata tiegħu f’dati oħra;
· kemm kienu l-ħaddiema tal-Gvern involuti fix-xogħol fid-dar privata tal-Ministru u ma’ liema Ministeru u/jew Dipartiment jaħdmu l-ħaddiema inkwistjoni;
· kemm ħallas għal dan ix-xogħol flimkien ma’ kopja tal-irċevuta fiskali relevanti għal dan il-ħlas?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjega li tajt u dokumenti li ppreżentajt fis-seduta Parlamentari ta’ nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ġunju. M’għandi xejn aktar xi nżid ma’ dan.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid jekk hux minnu li l-iswali tal-ġeriatrija ġewwa l-Isptar Monte Carmeli se jagħlqu minn wara l-15 ta’ Ġunju ħalli dawn is-swali jiġu rranġati biex jilqgħu pazjenti b’kundizzjonijiet psikjatriċi? Fejn se jiġu trasferiti l-pazjenti ġeriatriċi u l-istaff li jaħdem magħhom? Dan se jkun ċaqlieq temporanju jew wieħed permanenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar xhur beda’ xogħol estensiv ta’ renovar u mmodernizzar tal-isptar Monte Carmeli. Dan ir-renovar, li l-ħtieġa tiegħu hija waħda li ilha tinħass, jinvolvi xogħol strutturali maġġuri f’numru ta’ swali, inkluż fuq is-soqfa tagħhom. Għaldaqstant qiegħed minn żmien għall-ieħor, isir ċaqlieq ta’ pazjenti sabiex ix-xogħol ikun jista’ jsir mingħajr detriment għal saħħithom.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex is-supply tan-new water jibqa' jitwassal sal-Fiddien u Ħad-Dingli?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li bil-volum ta’ ilma li hemm ppjanat bħalissa mill-impjant taċ-Ċumnija m’huwiex possibbli li jitwassal is-servizz tan-New Water fl-inħawi msemmija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet fuq opri tal-baħar bħal Cruise liners eċċ., bejn is-sena 2007 u s-sena 2017, maqsumin sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu vetturi kummerċjali fil-Belt Valletta matul is-snin 2015, 2016 u 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numri ta’ vetturi kummerċjali li daħlu fil-Belt Valletta matul is-snin 2015, 2016 u 2017 kienu dawn li ġejjin:
2015: 452,222
2016: 491,564
2017: 457,230
Dawn in-numri jinkludu dħul ta’ aktar minn darba tal-istess vetturi fl-istess ġurnata.
Għall-fini ta’ din ir-risposta, vetturi kummerċjali huma vetturi tal-ġarr tal-merkanzija żgħar, medji u kbar, inklużi vetturi bi skop speċjali, li l-ogħla massa permissibbli tagħhom tvarja bejn dawk ta’ mhux iżjed minn 3.5 tunnellati, ta’ aktar minn 3.5 tunnellati iżda ta’ mhux iżjed minn 12-il tunnellata, u ta’ aktar minn 12-il tunnellata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5996 u jgħid jekk hijiex qed tiġi kkunsidrata li fiż-żona tal-Gold Market, fi Triq iż-Żagħfran, ġewwa Ħ'Attard ma jkunx hemm ipparkeġġar ta' vetturi fil-ħin li jinġemgħa t-traffiku? Jista’ jgħid x’miżuri qed jieħu bħalissa l-Gvern biex minn issa jitnaqqas it-traffiku? Jista’ jgħid jekk hux qed jintbagħtu pulizija tat-traffic, ħaddiema/uffiċjali ta’ Transport Malta jew wardens biex imexxu t-traffiku f’Ħ’Attard speċjalment ħdejn l-Attard Farm Supplies fi Triq l-Imdina u fi triq li minn Ħ’Attard tmur lejn Ħaż-Żebbuġ, fi Triq Nutar Zarb u fi Triq il-Linja kantuniera ma’ Triq il-Linja? Jista’ jgħid meta u x’ħin f’dan l-aħħar xahar kien qed ikun hemm uffiċjali ta' Transport Malta/Pulizija, fil-ħin li jinġemgħa t-traffiku speċjalment filgħodu fiż-żoni msemmija f’Ħ'Attard sabiex jiġu osservati t-traffic lights u jieħdu ħsieb il-flow tat-traffiku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din iż-żona ilha tiġi diskussa sa mill-2016 b’soluzzjonijiet, uħud minnhom kif qiegħed jgħid l-istess Onorevoli Agius. Il- Kunsill Lokali ma kienx qed jaqbel kompletament mat-tibdiliet li kienet qed tissugerixxi Transport Malta, inkluż li jitneħħa l-parking kif indikat f’din l-istess Mistoqsija Parlamentari. Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda, jiġifieri jekk jintbagħtux Ufficjali fil-post, ninforma lill-Onor. Interpellant li tali responsabilità taqa f’idejn il-Pulizija tat-Traffiku u kull direzzjoni lill-UffiĊjali ta’ Transport Malta ukoll tingħata mill-Pulizija. Infurmat li meta taħt pressjoni qawwija ta’ traffiku, fuq il-post xi drabi ntbagħat mutur biex jgħin titaffa l-konġestjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet il-pulizija dwar il-messaġġ ta’ mibgħeda li ġie mtella’ fuq facebook mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hekk kif jidher indikat fil-viżwal li wkoll qed jingħata separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma jidhirx li l-kontenut tal-messaġġ li ġie mtella’ fuq facebook minn individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mill-Onor. Interpellant b’xi mod inġab għall-konjizzjoni tal-Pulizija qabel ma saret din l-interpellanza. Għaldaqstant ma setgħux jittieħdu passi dwar dan. Madankollu qed jittieħdu l-proċeduri meħtieġa biex dak kollu neċessarju fil-konfront ta’ dan il-każ, isir.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kiteb il-messaġġ ta’ mibgħeda li ġie mtella’ fuq facebook kif jidher mill-viżwal li wkoll qed jingħata separatament, liema individwu hu kuntrattat għal xogħol mal-PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-individwu m’huwiex impjegat tal-PBS iżda jipprovdi biss servizz ta’ traduzzjoni fuq bażi ta’ self employed. Minkejja dan xorta waħda l-Kumpanija ġibdet l-attenzjoni għal dan l-aġir u talbet lill-individwu sabiex ineħħi l-post immedjatament.
Wasteserve – faċilità ta’ Civic Amenity f’Ħal Far, limiti ta’ Birżebbuġa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjani għandha l-Wasteserve għall-faċilità ta’ Civic Amenity Site li hemm f’Ħal Far limiti ta’ Birżebbuġa? Hemm xi ħsieb ta’ estensjoni ta’ servizzi? Jekk hemm estensjoni kemm huwa d-daqs u x’tip ta’ attività qed tiġi ppjanata? Sar xi studju dwar l-impatt possibbli fuq il-madwar u hemm xi pjani biex jekk hemm impatt ikun imnaqqas?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv m’għandhiex ħsieb ta’ estensjoni fil-faċilità ta’ Civic Amenity Site li hemm f’Ħal Far. Permezz tal-applikazzjoni PA 3123/18 il-Wasteserv qegħda tippjana faċilità primarjament ta’ transfer station fejn l-għan ewlieni huwa dak li jinġabar u jiġi proċessat materjal bħal injam, gypsum u skart ieħor elettroniku. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-proġett huwa li dak il-materjal elettroniku li llum huwa miżmum fil-miftuħ, dan jibda jiġi miżmum taħt l-art.
Għal fini ta’ kjarezza mhiex l-intenzjoni tal-Wasteserv li din il-faċilità isservi bħala rilokazzjoni tal-faċilità tal-
Material Recovery Facility
(MRF) li kien hemm f’Sant’ Antnin.
Din l-applikazzjoni ser tkun qed issegwi l-proċessi kollha mitluba mill-Awtoritajiet kollha kkonċernati inkluż tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fin-Nofsinhar ta’ Malta hemm il-ħsieb li jiġu rranġati (resurfaced) jew magħmula mill-ġdid f’dawn is-sitt xhur li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.