Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il servizz ta’ taħriġ dwar is-saħħa mentali ġew organizzati f’din il-Leġiżlatura lill-impjegati tal-Jobsplus u meta sar dan it-taħriġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’din il-Leġiżlatura Jobsplus offriet servizzi dwar is-saħħa mentali kif se nsemmi:
- ħames servizzi varji matul Settembru u Ottubru 2017 li kienu jinkludu taħriġ ta’ kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta’ saħħa mentali; taħriġ fuq kif wieħed iġib ruħu dwar stress fuq il-post tax-xogħol; taħriġ dwar
wellbeing
post-trauma
;
u attendenza għal żewg konferenzi.
- taħriġ fi Frar u Marzu 2018 fuq kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta’ saħħa mentali. Dan it-taħriġ ingħata lill-impjegati tad-Diviżjoni responsabbli mill-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità f’Jobsplus.
Servizz ta’ Taħriġ fil-Qasam tas-Saħħa Mentali — impjegati li jaħdmu mal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il servizz ta’ taħriġ dwar is-saħħa mentali ġew organizzati f’din il-Leġiżlatura lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti? Meta sar dan it-taħriġ u fejn sar dan it-taħriġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti mill-Institute for Education s'issa f'din il-Leġiżlatura kienu kif se nsemmi:
Isem u data tat-taħriġ
Deskrizzjoni tat-taħriġ
Numru ta' parteċipanti
Managing Stress Workshop
9, 16 u 23 ta' Marzu 2018
The objective of this workshop is to give educators who work with students with various challenges, coping strategies to help them deliver an effective programme
Service Manager Inclusion x 1
The Association for child & Adolescent Mental Health
19 u 20 ta' April 2018
Will focus on challenging behaviour and dissemination of information to become more empathic towards students with different behaviours.
Educational Support Practitioner (Counsellor) x 1
Left in the sideline illness in the family through the eyes of the 'Healthy' child
11 ta' Mejju 2018
To support children & adolescents experiencing the serious illness of a close family member.
Home Tuition Teacher x 3
EO Counsellor x 1
Guidance Teacher x 2
Hospital Teacher x 2
Principal Counsellor x 2
Psychologist x 2
Senior Social Worker x 1
Social Worker x 1
Ninforma wkoll lill-Onor. interpellant li l-Università ta' Malta organizzat erba’ servizzi ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti. Dan it-taħriġ sar minn Richmond Foundation u sar fl-Università ta' Malta fid-dati elenkati hawn taħt:
5, 7, 12 u 14 ta' Lulju 2017
3 u 6 ta' Novembru 2017
16 u 23 ta' Frar 2018
4 u 11 ta' Mejju 2018
L-Università estendiet is-servizzi professjonali lill-istudenti u l-istaff billi ingaġġat aktar counsellors tant li din is-sena ma kellniex waiting list. Hemm ukoll servizzi psikjatriċi u minn social worker fil-Health and Wellness Centre li l-Università għadha kemm inawgurat.
L-MCAST organizzat disa’ sessjonijiet ta’ taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti. Dawn saru kollha fil-Kampus Ewlieni tal-MCAST f’Kordin f’dawn id-dati:
11 ta’ Lulju 2017
7, 12 u 13 ta’ Settembru 2017
11 ta’ Ottubru 2017
25 ta’ Jannar 2018
8 ta’ Frar 2018
15 ta’ Marzu 2018
12 ta’ April 2018
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jindika kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli li għandhom kundizzjoni kronika fil-preżent? X’qed isir biex dawn il-pazjenti jintegraw lura fis-soċjetà? Kemm kien hemm pazjenti li jbatu b’kundizzjoni kronika u li integraw ruħhom fil-komunità matul din il-Leġiżlatura u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tas-saħħa mentali għandu żewġ konsulenti li jispeċjalizzaw fil-qasam tar-rehab. Dawn il-konsulenti jaħdmu ma tim multidixxiplinarju biex ikun jista’ joffri pjan tar-rehab għal-pazjent. L-għan aħħari hu li l-pazjent imur jgħix lura fil-komunita’.
Sar u qed ikompli isir ftehim ma NGOs differenti biex jinfetħu aktar
sheltered hostels
fejn numru minn dawn l-individwi jistgħu jmorru. F’dawn l-aħħar xhur 41 pazjent ġie integrat ġo faċilitajiet differenti.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni f’Malta u Għawdex li ġew irrappurtati lill-Pulizija li neħħew ħajjithom matul din il-Leġiżlatura u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta’ każijiet ta’ suwiċidju? Billi skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa f’dawn l-aħħar 40 sena r-rata dinjija tas-suwiċidju żdiedet b’60% , jista’ jgħid kemm hi r-rata f’pajjiżna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul din il-Leġiżlatura u ċjoè bejn it-3 ta’ Ġunju 2017 u l-4 ta’ Ġunju 2018, il-pulizija rreġistrat sitta u għoxrin (26) każ ta’ suwiċidju. Il-medja ta’ suwiċidji matul l-aħħar għoxrin sena kienet ta’ 23.5 kull sena, bl-ammonti jvarjaw minn sena għal oħra.
Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid il-prezzijiet differenti tal-passaporti ġodda jew biex jiġu mġedda u jekk hemmx tariffi differenti fi żminijiet differenti tas-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li dawk l-adulti li jmorru l-uffiċċju tal-passaporti biex japplikaw jew iġeddu l-passaport tagħhom bejn Settembru u Marzu jħallsu €70 filwaqt li dawk li jmorru bejn April u Awwissu jħallsu €80.
Il-ħsieb wara din l-iskema kien li l-pubbliku jieħu vantaġġ minn dan l-iskont u jippjana bil-quddiem. B’hekk, il-pubbliku jkun jista jinqeda aħjar u fl-inqas ħin possibbli għaliex jiġu evitati kjuwijiet twal u iffullar fl-uffiċju tal-passaporti, speċjalment fix-xhur li huma l-aktar sinonimi mas-safar u meta d-domanda għas-servizz tkun fl-ogħla livelli.
Għal spjegazzjoni aktar dettaljata nirreferi l-Onor. Interpellant għall-A.L 86 tal-2015.
Għawdex – Għasri – Triq Wied il-Għasri – irranġar ta’ triq
Question
Peress li Triq Wied il-Għasri, fl-Għasri, Għawdex għandha bżonn tiġi rranġata għax għadha tat-torba u qatt ma ġiet asfaltata u peress li din tinsab kollha ħofor u qiegħda fi stat ħażin ħafna u parti minnha hija diffiċli biex tgħaddi b’karozza u meta tagħmel ix-xita jkun impossibbli biex tgħaddi bil-mixi minn ġol-għadajjar u peress li fil-bidu tas-sajf il-Kunsill tal-Għasri pprova jimla t-toqob iżda din it-triq għandha bżonn li tiġi rranġata sew għax minnha jgħaddu diversi turisti li jkun sejrin Wied il-Għasri u t-Tieqa tal-Mielħa kif ukoll din it-triq tieħdok għas-Salini u l-Bajja ta' Marsalforn u l-parti tat-triq imsemmija tibda minn wara l-Knisja tal-Patroċinju sal-kantuniera ta' Triq Ta' Ċaqra, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li din it-triq tittranġa? Jekk iva meta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talbiet imressqa mill-kunsill Lokali tal-Għasri għall-xogħolijiet ta’ toroq għall-2018 ġew milqugħha kollha. L-ebda triq indikata mill-Onor. Interpellant ma kienet inkluża fit-talba li saret.
Għawdex – Tibdil ta’ Tabelli bis-sinjali tat-traffiku
Question
Peress li t-tabelli bis-sinjali tat-traffiku f’Għawdex qegħdin ġeneralment fi stat ħażin għax ħafna minnhom m'għadhomx jintgħarfu u jkun diffiċli għat-turisti u l-barranin biex isibu minn fejn jgħaddu, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir il-manutenzjoni tagħhom jew inkella jinbidlu? Jekk iva, meta?
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x’kienet l-ispiża kapitali tal-Gvern għal kull sena mill-2013 sas-sena 2017? Jista’ jagħti wkoll il-figuri sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Is-Siġġiewi – Triq Salvu Curso u Trejqet l-Anġli – ħajt ta’ lqugħ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5902, u peress li t-twessigħ ta' triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali, jista' l-Ministru jikkunsidra mill-ġdid it-talba għat-twessigħ tat-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi minħabba numru ta' inċidenti li seħħew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni separati u single mothers li qed jirċievu r-relief? Mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, sew ta’ persuni separati, kif ukoll ta’ single mothers.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – Korsijiet lill-ġenituri dwar id-dyslexia
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet tat-tfal tagħhom matul din il-Leġiżlatura ? Meta saru dawn il-korsijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s'issa f'din il-Leġiżlatura saru 13-il sessjoni ta' taħrig għall-ġenituri dwar id-dyslexia. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji ta' dawn is-sessjonijiet ta' taħriġ u t-tip ta' korsijiet li saru.
Attachments:PQ 6173 - Taħriġ għall-ġenituri dwar id-dyslexia.pdf
Dipartiment tal-Edukazzjoni – Korsijiet lill-għalliema dwar id-dyslexia
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-għalliema biex ikunu mħarrġa dwar id-dyslexia u kif jistgħu jgħinu aktar lil dawn l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji tas-sessjonijiet ta' taħriġ li saru għall-għalliema dwar id-dyslexia.
Attachments:PQ 6174 - Taħriġ għall-għalliema dwar id-dyslexia.pdf
Strateġija Nazzjonali dwar il-Vjolenza Domestika – manwal tal-proċeduri
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5661, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manwal tal-proċeduri msemmija u li ngħataw l-entitajiet u l-ktejjeb ta’ informazzjoni mfassal mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Attachments:PQ 6175 - Gender-based Violence & Domestic Violence.pdfPQ 6175 - Who is Who Booklet_updated_WEB.pdf
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika li tressqu quddiem il-Ġudikatura mill-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm kien hemm aggressuri li wettqu din il-vjolenza domestika li weħlu:
a. il-ħabs;
b. Ordni ta’ Protezzjoni;
c. Ordni ta’ Trattament; jew
d. Ordni ta’ Trażżin u Restrizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex fl-akkużi li jinħarġu mill-Pulizija ma jkunx hemm indikat speċifikament li huma każi ta’ vjolenza domestika u għalhekk ma tinżammx statistika f’dan is-sens.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqalgħet jew tqaċċtet jew inqerdet, bil-permess u mhux, matul l-2016, l-2017 u l-2018 sa Mejju? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi s-sena, is-speċi tas-siġra u timmarka b’distinzjoni jekk kienx hemm permess jew le? Fil-każ li ma kienx hemm permess, x’passi ttieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux bi ħsieb li jippubblika r-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar li l-konsultazzjoni pubblika dwarhom għalqet fl-1 ta' Marzu 2018? Jekk iva meta se jiġu ppubblikati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolamenti ser jiġu mtella l-Kabinett tal-Ministri fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għall-ħaddiema tax-xatt, b’mod partikolari l-port workers, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li kien hemm bżonn li għal darb’oħra jerġa’ jiddaħħal il-wirt tax-xogħol meta r-regoli tal-EU u l-good sense amministrattiv jistipulaw il-kontra? X’inhi r-raġuni għalfejn l-ebda ċittadin Malti u Għawdxi ma jistax jikseb il-liċenzja bħala port workers sakemm ma jkollokx lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkunu diġà liċenzjat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’poteri għandha l-Awtorità għall-Ippjanar biex tħares il-wirt naturali tagħna? Jista’ jikkwota r-regoli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-poteri tal-Awtorità tal-ippjanar joħorgu mill-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap 552) li jobbligaw lill-Awtorità tħejji lista ta żoni ta sbuħija naturali, ta’ valur ekologiku jew xjentifiku għall-iskedar (Art. 57) u li tħejji pjanijiet, policies u regolamenti biex jindirizzaw il-fatturi kollha relatati mar-rizorsi tal-art u l-baħar u l-konservazzjoni tal-ambjent sabiex ikun hemm bilanċ bejn il-ħtieġa tal-iżvilupp u l-ħtiega li jiġi protett l-ambjent (Art. 44). L-Awtorita’ tista’ taġixxi wkoll fejn temmen li hemm perikolu mminenti għall-ambjent permezz ta avviż ta' twettiq b’emergenza (Art. 97).
Transport Malta – Masterplan – tħejjija ta’ proġetti ta’ toroq
Question
B’referenza għall-Masterplan 2015 ta’ Transport Malta dwar it-tħejjija ta’ proġetti ta’ toroq li kienu mitluba mill-Unjoni Ewropea biex jingħataw fondi, b’mod partikolari għal paġna 225, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li t-triq arterjali ta’ Ħ’Attard li kienet fl-aħħar tal-lista issa hi prijorità tal-Ministeru biex issir minnufih? Xi studji kienu saru dak iż-żmien meta kienet qed tiġi ppreparata l-lista tat-toroq biex issir il-klassifikazzjoni ta’ prijorità li għandhom jingħataw? Dan għadu jgħodd?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.