Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2569 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ min akkwista ċ-ċittadinanza Maltija inkluż bl-IIP

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika d-data u l-post fejn ġiet ippubblikata l-lista ta’ dawk kollha li akkwistaw ċittadinanza Maltija, inkluż bl-Individual Investor Programme (IIP) għas-snin 2016 u 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-lista’ ta’ dawk li akkwistaw ċittadinanza Maltija fl-2016 ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-21 ta’ Diċembru 2017. Dik tal-2017 tiġi ppublikata aktar tard din-sena.
Leg 13 PQ #2571 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali u Identity Malta – kontroversja legali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx solvuta l-kontroversja legali bejn Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali peress li din tal-aħħar ma kenitx qed tirċievi l-informazzjoni u d-dettalji kollha li skont hi għandha tirċievi minn Identity Malta skont il-Liġi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda azzjoni legali bejn il-partijiet ikkonċernati.
Leg 13 PQ #2574 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali u Identity Malta — sitwazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti bejn Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali wara l-artikolu li kien deher f’The Malta Independent fit-2 ta’ Jannar 2017 bit-titlu "Ministry rejects Times story on failed meeting between Electoral Commission, Identity Malta"(li link qed jingħata separatament), fejn kien intqal li t-taħditiet li qed imexxi l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kien fi “stadju avvanzat”?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li Identity Malta għandha rapport kordjali u tajjeb ħafna mal-Uffiċċju Elettorali.

Residenza San Vinċenz de Paul – pjan għal tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-pjanijiet għat-tkabbir tar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule hemmx pjanijiet biex issir binja biex isservi bħala residenza għal każijiet inqas akuti u b’hekk jiżdiedu l-postijiet fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-investiment li qed isir ġewwa ir-Residenza San Vinċenz de Paule, huwa mmirat għal residenti b’livell ta’ dipendenza għolja. Diġà jeżistu numru ta’ residenzi fin-naħa t’isfel ta’ Malta għal dipendenza fuq livell inqas akut.

Servizzi fil-komunità għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema servizzi fil-komunità qed jiġu offruti biex aktar anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizzi fil-komunità li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità joffri, huma ; • Għajnuna fid-Dar ( Home Help ) • Servizz ta’ Handyman • Servizz ta’ Kontinenza • Telephone Rent Rebate • Ċentri ta’ Anzjanità Attiva • Meals on Wheels • Telecare+ • Night Shelters • Social Work • Servizz ta’ Respite • Domicilliary Nursing/Caring • Dementia Intervention Team • Dementia Activity Centre • Carer at Home • Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunita` • Respite at Home • Servizz ta’ Occupational Therapy • Servizz ta’ Fiżjoterapista • Servizz ta’ Podjatrija Aktar informazzjoni dwar dawn is-servizzi tinsab fis-sit eletroniku, www.activeageing.gov.mt fejn hemm il-lista ta’ servizzi, nformazzjoni fuq kull servizz, kif ukoll dettalji ta’ kif tista’ tibbenifika mis-servizzi.
Leg 13 PQ #6007 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Farm Roads

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5679 u tgħid kemm ġew mibnija farm roads f'Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Liema kienu dawn il-farm roads? Kemm kien it-tul f'metri ta' kull farm road? X'tip ta' xogħol sar fuq kull farm road u kemm sewa x-xogħol fuq kull farm road?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5679, minħabba li bħalissa xi files huma suġġetti għal investigazzjoni, l-informazzjoni ma tistax tinġabar kollha.
Leg 13 PQ #6009 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u Entitajiet – każijiet ta’ dixxiplina

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5643, tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom? Jekk fl-affermattiv, x' kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #6010 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema bi kwalifiki minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent, f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa’ fid-dekasteru tagħha kemm hemm ħaddiema li għandhom xi kwalifika minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji rikonoxxuti f' Malta jew barra minn Malta? F'kull każ x’inhu l-grad tal-ħaddiem u x'inhi l-kwalifika li għandu u f’liema uffiċċju, dipartiment jew entità jaħdem?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur — ġurisdizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tiġi riveduta mil-limitu attwali ta’ €3,500 peress li dan l-ammont ilu ma jiġi rivedut għal diversi snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-proposta qed tiġi analizzata.
Leg 13 PQ #6044 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – flus minfuqa ġewwa Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment sar, fejn sar u kemm intefqu flus ġewwa Għawdex mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid xi proġetti hemm ippjanati għal Għawdex għas-sena 2018 u fis-snin ta’ wara mill-istess Awtorità għat-Turiżmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li f’Għawdex, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu investiet bis-saħħa fil-prodott u l-immaniġjar tal-bajjiet bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi fid-diversi żoni turistiċi. Mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 l-MTA nefqet medja ta’ €182,500 fis-sena ġewwa Għawdex. Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, fl-2017 il-bajjiet ta’ Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien rebħu l-istatus ta’ Blue Flag, u kien ukoll possibbli li jiġġedded il-Blue Flag status ġewwa l-bajja tar-Ramla l-Ħamra. B’hekk Għawdex issa għandha tlett bajjiet li jxejjru l-Blue Flag u diversi bajjiet oħra li qed jiġu mmaniġjati. Huwa ppjanat li għal din is-sena u għas-snin li ġejjin dan l-investiment ikompli jissaħħaħ sabiex ikompli jitjieb il-prodott turistiku f’Għawdex.
Leg 13 PQ #6045 Sitting 129 2018-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw vetturi, sia dawk proprjetà tal-Gvern, dawk mikrija kif ukoll dawk privati li jappartjenu lill-Higher u Senior Management fil-Ministeru, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha, għal xogħol uffiċjali minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista' għal kull vettura tagħti break down tal-ispejjeż involuti f'dak li hu fuel, tiswijiet u manutenzjoni, tibdil ta' parts u ħasil u tindif tal-istess vettura?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reġistru tal-Artijiet — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal reġistru ta’ titolu ġew sottomessi lir-Reġistru tal-Art mis-sena 2010 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari? Kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet u kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu pproċessati?

Response (BORG, IAN)

In-numru ta’ applikazzjonijiet għal reġistru ta’ titolu li ġew sottomessi għall-perjodu mis-sena 2010 sal-31 ta’ Mejju 2018, huwa ta’ 34,549. Minn dan in-numru ta’ applikazzjonijiet, in-numru li ġew approvati huwa ta’ 31,344 filwaqt li n-numru ta’ applikazzjonijiet li ma’ ġewx approvati huwa ta’ 3,205. Irid jiġi kjarifikat li t-3,205 applikazzjoni li ma ġewx approvati huwa dovut prinċiparjament għall-fatt li ġie mitlub lill-applikant dokumentazzjoni ulterjuri, inkluż pjanti, evidenza, korrezzjonijiet u materjal ieħor u/jew informazzjoni, u li sal-lum għadhom ma’ ġewx ippreżentati lid-Dipartiment.

Forti Ricasoli — konċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi konċessjoni mogħtija lil xi entità privata f’xi sit biswit il-Forti Ricasoli? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll meta ngħatat din il-konċessjoni, x’kienu l-kundizzjonijiet li ngħataw, kif ukoll x’inhu l-użu li qed isir minn tali konċessjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li konċessjonijiet mogħtija biswit il-Forti Ricasoli jinkludu primarjament: · Ċens temporanju, għal tletin sena, revedibbli kull ħames snin lil Ricasoli Port Facility sa mill-4 ta’ Jannar 2013; · Propjetà allokata lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li skond l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445), għamel att ta’ kurazija permezz ta’ att pubbliku ma’ Fondazzjoni Wirt Artna; · Ċens temporanju mgħoti lill-Mediterranean Film Studios Ltd., għal-ħamsa u sittin sena, illi, permezz ta’ rikors għat-talba ta’ ritrattazzjoni tal-appell numru 724/2005, il-Qorti tal-Appell laqgħet it-talba tal-Kummissarju tal-Artijiet sabiex il-kumpanija tiżgombra mill-post okkupat minnha u l-art tiġi ritornata lura lill-Kummissarju tal-Artijiet u li l-konċessjoni enfitewtika tiġi rexissa.

In-Naxxar – Triq il-Konti Manduca — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Konti Manduca fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq? (Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li fl-istadju ta’ ppjanar tal-proġetti msemmija Transport Malta tikkollabora mal-awtoritajiet tal-ippjanar u tal-ambjent sabiex l-iżviluppaturi jsegwu kundizzjonijiet u prekawzjonijiet li jnaqqsu l-impatt tal-ivvjaġġar marbut max-xogħol ta’ kostruzzjoni, l-Awtorità kontinwament issegwi l-qagħda tat-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha, sabiex fejn ikun meħtieġ isir it-titjib meħtieġ. Din il-ħidma ser tkun qed tissaħħaħ fiż-żmien li ġej bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, l-aġenzija li ser tmexxi u twettaq programm ta’ titjib u bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż, b’investiment bla preċedent ta’ madwar €700 miljun. Infrastructure Malta ser tieħu ħsieb il-kwalità tat-toroq arterjali u b’mod gradwali anke dawk residenzjali li bħalissa jieħdu ħsiebhom il-kunsilli lokali.

In-Naxxar – Triq l-Abbate Savoia, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk – xogħlijiet ta’ preparazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, b'antiċipazzjoni għall-proġett ta' żvilupp massiv fin-Naxxar fiż-żona ta' Triq l-Abbate Savoia, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk, x'tip ta' xogħol ta' preparazzjoni qed isir, biex it-toroq taż-żona jkunu jifilħu għat-traffiku industrijali li se jkun hemm fix-xhur u s-snin li ġejjin, liema xogħol u traffiku, jekk ma jkunux antiċipati, jista' jkollhom effett ħażin ħafna fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti f'din iż-żona u fuq id-djar tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 6101 tal-istess Seduta.

In-Naxxar – Triq il-Widna Radar – xogħol ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq il-Widna Radar fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Intrpellant li sfortunatament, it-triq imsemmija hija waħda mit-toroq f’Malta u Għawdex li partijiet minnhom (jew kollha kemm huma) baqgħu qatt ma ġew mibnija u miksija b’saffi ta’ asfalt, kif meħtieġ. Matul ix-xahar li għadda fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta. Permezz ta’ din l-aġenzija, ser inwettqu l-pjan ta’ dan il-Gvern sabiex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż. L-aġenzija ser tagħti priorità lil dawk it-toroq li baqgħu qatt ma ġew mibnija kif meħtieġ, biex dawn ukoll jiġu miksija b’wiċċ ġdid kif meħtieġ. B’mod gradwali, din l-aġenzija ser tkun qed tikkollabora wkoll mal-kunsilli lokali ħalli jitranġaw toroq residenzjali li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess kunsilli lokali u li jeħtieġu tiswijiet jew bini mill-ġdid. Sfortunatament, fil-passat, il-kunsilli lokali tgħabbew bir-responsabilità tal-manutenzjoni tat-toroq mingħajr ma ġew mgħejjuna bir-riżorsi tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex iwettqu dawn id-dmirijiet b’mod sħiħ. Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem bla heda sabiex din l-aġenzija titwaqqaf mill-aktar fis. Permezz ta’ Infrastruttura Malta, pajjiżna ser ikollu ferm aktar riżorsi, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, prattiċi ġodda ta’ xogħlijiet fit-toroq u standards ġodda ta’ sostenibilità u sigurtà, sabiex gradwalment niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità għolja, hekk kif jixraq lil Malta u Għawdex.