Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — għajnuna finanzjarja lill-Knisja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluga għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — għajnuna finanzjarja lill-Knisja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Sa Maison Elderly Home – trasferiment ta’ pazjenti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5964, fid-dawl li ġie konfermat li d-Dar Sa Maison se tagħlaq għal xogħol ta’ rinovazzjoni u fid-dawl li ġie konfermat li hemm numru ta’ pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli f’din id-Dar (madwar 58 b’kollox skont risposta tal-Ministru), jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta dawn il-pazjenti se jiġu trasferiti u fejn se jiġu trasferiti għax teżisti inċertezza fost dawn il-pazjenti, il-qraba tagħhom u anki l-istess professjonisti li jieħdu ħsiebhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li Nfakkar lill-Onor. Interpellant li n-negozjati mad-djar tal-anzjani għadhom għaddejjin, it-trasferimenti ser isiru fix-xhur li ġejjin.
Nofsinhar ta’ Malta – Proġetti ta’ afforestazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema postijiet fin-Nofsinhar ta’ Malta hemm il-ħsieb li jsir proġett ta’ afforestazzjoni f’dawn is-sitt xhur li ġejjin? X’sar f’din l-aħħar sena f’dan ir-rigward fin Nofsinhar ta’ Malta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur tas-sajf ma jsirx tħawwil ta’ siġar. Fil-ħarifa 2018 mistennin isiru żewġ proġetti ta’ tħawwil f’Marsaskala. Ser isir ukoll proġett ta’ tħaddir fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar.
Din l-aħħar sena saru proġetti ta’ tħawwil fil-Qrendi, Marsaxlokk, Ħal Far, Paola, Siġġiewi u Fgura, fejn tħawlu total ta’ 1,600 siġar u arbuxxeli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jara li ssir gwardarobba żgħira lill-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separtament, li tinsab rikoverata fl-Isptar Boffa, il-Furjana, peress li din l-anzjana m’għandhiex fejn tpoġġi l-ħwejjeġ bil-konsegwenza li l-qraba tagħha jkollhom joħdulha l-ħwejjeġ id-dar għax l-unika post fejn tista’ tpoġġi l-ħwejjeġ tagħha hu fuq is-siġġu u konsegwenza ta’ dan, din l-anzjana li tinsab rikoverata fit-tul, la tista’ tħalli ħwejjeġ tas-sajf u lanqas tas-xitwa u l-qraba tagħha qed ikollhom joqogħdu ġejjin u sejrin bil-ħwejjeġ? Billi hemm anzjani oħra li għandhom gwardarobbi żgħar, jista’ ġentilment jara li din it-talba tintlaqa’?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet telefonati kuljum id-Dementia Helpline minn mindu twaqqfet? X’tip ta’ għajnuna ntalbet minn min ċempel fuq dan il-helpline? Kemm minn dawn it-telefonati kienu kklassifikati bħala emerġenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kemm ilha li twaqqfet id-Dementia Helpline minn Awwissu ta’ l-2015 sa l-10 ta’ Ġunju 2018 irċeviet total ta’ 1,868 telefonata. Minn dawn it-telefonati, 18-il telefonata kienu meqjusa bħala urġenti, li kienu jvarjaw bejn persuni bid-dimensja li ġew irrapurtati nieqsa, u suspetti ta’ abbużżi varji jew aggressività minn persuni bid-dimensja. L-għajnuna li ntalbet kienet ta’ informazzjoni dwar il-kundizzjoni ta' Dimensja inġenerali, kif ukoll informazzjoni dwar servizzi eżistenti relatati ma' l-anzjani. Ammont ta' telefonati oħra kienu dawk meqjusa bħala mhux urġenti, fejn il-carer jew il-familjari, isibu diffikultà fl-imġieba tal-persuna bid-dimensja u jistaqsu għall-pariri, dwar x'għandhom jagħmlu.
Vjolenza Domestika – lista komputerizzata flok manwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta t-tagħrif dwar persuni akkużati bi vjolenza domestika se tibda tinżamm taħt forma komputerizzata minflok manwali mill-pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi ħafna mit-tagħrif dwar persuni akkużati bi vjolenza domestika u reati oħra jinżamm taħt forma kompjuterizzata. Infurmat però li ċerti dettalji dwar dan ir-reat u reati oħra, speċjalment dak li jikkonċerna proċeduri fil-Qorti u l-eżitu tagħhom ma jinżammux taħt forma kompjuterizzata. Biex dan isir, is-sistema preżenti jkun meħtieġ li terġa’ tiġi miktuba kollha jew parti sostanzjali minnha u sal-lum it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar meta ssir il-bidla ma jistax jingħata.
Aġenzija Infrastruttura Malta – Toroq fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar
Question
Wara li titwaqqaf l-Aġenzija Infrastruttura Malta, jista’ l-Ministru jgħid liema se jkunu dawk it-toroq fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, mill-160 triq li l-Gvern se jkun qed jibni mill-ġdid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-160 triq li qed jirreferi għalihom ma jistgħux jinbnew “mill-ġdid” hekk kif qed jiġi indikat fil-mistoqsija, iżda jeħtieġ jinbnew għall-ewwel darba wara li tħallew mhux mibnija u asfaltati għal snin twal, taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Dawn it-toroq residenzjali baqgħu qatt ma ġew mibnija minkejja li ilhom jgħixu fihom ir-residenti għal ħafna żmien.
Matul ix-xahar li għadda fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta. Permezz ta’ din l-aġenzija, ser inwettqu l-pjan ta’ dan il-Gvern sabiex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż.
Waħda mill-prioritajiet ewlenin tal-ewwel snin ta’ ħidma ta’ Infrastruttura Malta ser tkun li tibni u tasfalta t-toroq kollha li Gvernijiet preċedenti qatt ma investew fihom qabel.
Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem bla heda sabiex din l-aġenzija titwaqqaf mill-aktar fis. Permezz ta’ Infrastruttura Malta, pajjiżna ser ikollu ferm aktar riżorsi, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, prattiċi ġodda ta’ xogħlijiet fit-toroq u standards ġodda ta’ sostenibilità u sigurtà, biex gradwalment niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità għolja, hekk kif jixraq lil Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew ix-xogħlijiet neċessarji fuq Tal-Blat 1 Ħal Qormi peress li kull meta tagħmel ix-xita, qiegħed jidħol l-ilma fil-lift tal-Blokka C? Jista’ jagħti prijorità lil dawn ix-xogħlijiet peress li r-residenti ilhom jistennew dan ix-xogħol għal dawn l-aħħar snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, min-naħa tal-Awtorita` tad-Djar, ġiet milqugħa t-talba tar-residenti tal-Blokk imsemmi u ġiet approvata għajnuna finanzjarja biex ir-residenti jkunu jistgħu iħallsu għat-tiswijiet tal-lift inkluż l-installazzjoni ta’ pompa fil-lift pit biex awtomatikament tneħħi l-ilma li jinġema’ hemm. L-amministratriċi tal-blokk ġiet infurmata li t-talba tagħha ġiet approvata fit-2 ta’ Mejju 2018 u għaldaqstant tista’ tipproċedi bit-tiswijiet neċessarji minnufih. Sadanittant l-Awtorità diġà kienet għamlet diversi tiswijiet biex issolvi l-problema msemmija imma, minħabba li jidher li qatt ma ssolviet għal kollox, għad irid jiġi stabbilit jekk il-ħsara hux ġejja minn barra il-blokk u f’dak il-każ, min hu responsabbli biex isewwiha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn, hemm ippjanat li jinbnew djar ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Qormi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proġett preżenti m’hemmx ippjanati units ta’ akkomodazzjoni Soċjali f’Ħal Qormi, iżda hemm diversi siti li qed jiġu ‘kkunsidrati f’diversi lokalitajiet bħala parti mill-proġett ta’ 50 miljun ewro. Għalhekk id-dettalji ser jingħataw aktar 'il quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tieħu l-kura tal-Hepatitis C b’xejn? Jista’ jgħid x' jisimhom il-pilloli li jingħataw għal Hepatitis C, u f'każ li persuna tixtrihom minn butha, xi kemm jiswew? Jista’ jgħid fiex tikkonsisti l-kura tal-Hepatitis C u kemm hu l-perjodu ta' din il-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kura tal-Epatite Ċ hija b'xejn għal kull min huwa ntitolat għas-servizzi tas-saħħa b'xejn f'pajjiżna. Fil-ħames snin li ġejjin se jiġu kkurati madwar 1000 persuna. L-għan huwa li nittrattaw lil kulħadd u li neliminaw din il-marda minn pajjiżna. Il-perjodu ta' kura permezz ta’ dawn il-mediċini huwa madwar 12-il ġimgħa, iżda jibqa jkun hemm monitoraġġ sa 24 ġimgħa wara li jinbeda t-trattament.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il avviż għat-tenders ġie ppubblikat mill-Awtorità tal-Artijiet f'kull ġurnal bil-Malti u bl-Ingliż minn Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2017 ‘l hawn, ġew ippubblikati 23 tender adverts, mill-Awtorità tal-Artijiet, fuq ġurnali lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ħaddiema u/jew uffiċjali tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li personalment wettqu xi on-site examination lil Nutar/a Pubbliċi matul l-2016 u kemm minnhom għadhom sal-ġurnata tal-lum impjegati mal-istess entità jew b’xi mod ieħor jiżvolġu xogħol għall-istess entità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2016 kien hemm 11-il uffiċjal tal-FIAU li wettqu eżaminazzjoni fuq il-post fuq nutara pubbliċi. Sal-lum il-ġurnata, tmienja (8) minnhom għadhom impjegati mal-FIAU.
Jista’ l-Prim Ministru jindika liema kienet is-sejħa ta’ applikazzjoni li permezz tagħha, l-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament ġie impjegat mal-Malta Gaming Authority? Jista’ jgħid meta ġie impjegat u x’inhu xogħlu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-applikazzjoni kienet ETC Vacancy No. 275919. Il-Persuna imsemmija ġiet ingaġġata fil-25 ta’ Awwissu 2014 fil-pożizzjoni ta’ Projects Administrator.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat irriżenja minn SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u kemm-il impjegat ġie impjegat ma' SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Għal kull każ jista’ jgħid jekk kienx hemm sejħa ta' applikazzjoni (u jagħti d-data rispettiva) jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mit-3 ta' Ġunju 2017 sat-30 ta' Mejju 2018 kien hemm ħames (5) riżenji minn SportMalta.
Infurmat ukoll li fl-istess perjodu kien hemm l-ingaġġ ta’:
102 Part-Time Coaches - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 07/04/2017
50 Part-Time Helpers - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 07/04/2017
1 Chief Executive Officer - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 29/01/2018