Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – persons of trust
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22175, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Investiment, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-press conference li għamel wara l-Budget 2022? Liema kumpanija ngħatat dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol għadda lil din il-kumpanija wara tender jew b’direct order? Kemm-il kuntratti ġew mogħtija din il-kumpanija mill-Gvern u entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2013 s’issa u kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li peress li kien hemm aktar minn kumpanija waħda li ngħatat ix-xogħol, nitlob lill l-Onor Interpellant jgħid għall-liema waħda qed jirreferi.
Rabat Għawdex – Proġett ta’ pavimentar ta’ Pjazza San Frangisk — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa finali fuq il-proġett ta' pavimentar ta' Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex? Jista' jinkludi f'din in-nefqa dak kollu li sar f'din il-pjazza inkluż il-monument ta' San Franġisk?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq dan il-proġett ta’ pavimentar ta’ Pjazza San Franġisk u fuq l-monument sa issa hija ta’ Euro 2,475,561.85 (excl VAT). L-aħħar pagamenti għadhom iridu jiġu icertifikati u kkonfermati qabel isiru l-pagamenti rispettivi.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali – servizzi professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru tiegħu fl-aħħar seba’ snin? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar seba’ snin? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-mistoqsija tiegħu.
Promenade ta’ Marsalforn — Riġinerazzjoni tal-Menqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18380 u jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn jispjega fid-dettall fiex kienu jikkonsistu l-varjazzjonijiet jew Direct Orders li ngħataw fit-13 ta' Frar 2020, fit-2 ta' April 2020 u fit-8 ta' April 2020, min talab għalihom, kemm ġew jiswew, lil min ingħataw u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx iktar jew hemmx ippjanat li jkun hemm iktar variations u direct orders fuq dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Gozo Aquatic Centre – xogħlijiet ta’ skavar u bini
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar u bini fuq il-Gozo Aquatic Centre, u kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal isiru fuq dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22381.
Rabat Għawdex – xogħlijiet ta’ skavar u bini ta’ Skola Primarja
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar u bini tal-Iskola Primarja ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex, u kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal isiru fuq dan il-proġett u meta hu ppjanat li jitlesta kompletament dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li x-xogħlijiet ta’ skavar u bini tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, bdew f’Awwissu 2019 liema xogħlijiet mistennija li jiswew madwar €6 miljun.
Fir-rigward tal-kumplament tal-informazzjoni mitluba, nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22384.
Pakkett finanzjarju tal-ħaddiema taċ-Ċivil li jaħdmu fuq il-Fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma u jispjega jekk jarax diskriminazzjoni fil-pakkett finanzjarju tal-ħaddiema taċ-Ċivil li jaħdmu fuq il-Fondi Ewropej li għandhom klawżola marbuta fis-sejħa tal-applikazzjonijiet u kuntratt ma' telf ta’ disturbance allowance għal dawk li jagħmlu użu mit-telework jew reduced hours? (sejħa tal-applikazzjonijiet kif maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern 10 ta’ November 2017 numru 18,898 u tal-24 ta’ Settembru 2021 numru 20,706)? Jista’ l-Prim Ministru jiċċara kif din il-klawżola fis-sejħa tal-applikazzjonijiet u konsegwentament fil-kuntratti tista’ titqies bħala pass favur miżuri favur il-familja u l-bilanċ bejn fil-familja u x-xogħol? (sejħa tal-applikazzjonijiet kif maħruġa fil-gazzetta tal-Gvern 10 ta’ November 2017 numru 18,898 u 24 ta’ Settembru 2021 numru 20,706)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-policy ġdida dwar ir-remote working li ippublika s-Servizz Pubbliku: https://publicservice.gov.mt/en/Documents/Public%20Service%20Management%20Code/PSMC%20Manuals/Manual_on_Work-Life_Balance_Measures.pdf, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq l-Mejda tal-Kamra.
Din l- policy tindirizza każijiet bħal ma qed isemmi l-Onor Interpellant.
Ħaddiema li jaħdmu bit-telework jew reduced hours – disturbance allowance
Question
Jista’ l-Prim Ministru jispjega x’inhi r-raġuni li d-disturbance allowance ngħatat lill-uffiċjali pubbliċi kollha, anke lil dawk li l-kuntratt tagħhom jistipola li mhumiex eleġibbli għal din l-allowance jekk jagħmlu użu mit-telework jew reduced hours meta Direttiva numru 13 kienet fis-seħħ fl-2021?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li jekk wieħed jara sew id direttiva, l-Onor Interpellant jinnota li filwaqt li Direttiva 13 tagħti parir, Direttiva 13.3 kienet direzzjoni tassattiva u dik tagħmel id- differenza kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jikkjarifika jekk impjegati taċ-Ċivil li japplikaw għar-remote working hux ser ikunu jistgħu jagħmlu xi ġranet mill-uffiċċju, simili tal-prassi kurrenti fejn jidħol it-teleworking?
Jista’ l-Prim Ministru jelabora kif il-policy il-ġdida tar-remote working ser tkun qiegħda tiġi mħaddna fi ħdan il-miżura favur il-familja u l-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol meta fil-preżent impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru mhux qegħdin jirċievu d-disturbance allowance għax jagħmlu użu mit-telework u/jew reduced hours?
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat (art.91A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta) m’għandux is-security of tenure li għandu l-Avukat Ġenerali peress li l-imsemmi art.91A mhux entrenched fl-art.66 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta? Għaliex il-Gvern sal-lum ma jridx li l-Avukat tal-Istat ma jkollux is-security of tenure li għandu l-AG? Ma jaqbilx il-Ministru li tali security of tenure hija essenzjali għal ċertu salvagwardji fis-Saltna tad-Dritt?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien dan il-Gvern li wettaq il-qasma tant importanti fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u li llum għandna Avukat Ġenerali fejn l-irwol ewlieni tagħha huwa dak ta’ ‘Prosekutur Pubbliku’, filwaqt li huwa l-Avukat tal-Istat li jagħti pariri lill-Gvern f’ materja ta’ ligi u jirrapreżenta l-Gvern quddiem il-Qrati tagħna.
Nirreferi għas-sub-artikolu (5) tal-Artikolu 91A tal-Kostituzzjoni li jesiġi maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Kamra u raġunijiet speċifiċi u pruvati biex l-Avukat tal-Istat jitneħħa mill-kariga
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list tal-ftuq (hernia)? Jista’ jgħid ukoll, f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għall-Unilateral repair of inguinal hernia sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 118 filwaqt għal Bilateral repair of inguinal hernia huma 24. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma taħt care order? Kemm minn dawn it-tfal għaddew f’idejn foster carers u kemm hemm tfal li qed jiġu kkurati fi ħdan wieħed mill-istituti f’Malta u Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-entitajiet kollha li għandhom Kuntratt ta’ Sħubija Soċjali (Public Social Partnership - PSP) ma’ dan il-Ministeru u li jieħdu ħsieb dawn it-tfal f’kura alternattiva, huma mgħammra biex jospitaw lit-tfal f’units żgħar fejn il-massimu huwa ta’ sitt itfal f’ kull unit u fejn in-norma hija bejn erba’ u ħamest it-tfal. L-entitajiet li jmexxu dawn id-djar tat-tfal jagħmlu minn kollox biex dawn it-tfal jgħixu f’ambjent kemm jista’ jkun qrib dak ta’ familja u li jkun child friendly.
Intant, sa l-aħħar ta’ Ottubru 2021, n-numru ta’ tfal protetti bil-Care Order kien jammonta għal 291.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellanta li, hemm aktar tfal li jirrisjedu ma’ foster families jew fi djar residenzjali/tal-komunita, iżda dawn it-tfal qegħdin residenti f’dawn id-djar b’arranġament differenti u mhux taħt care order.
It-tfal protetti b’ care order huma mqassma kif ġej:
F’Foster care
142
Fi Djar residenzjali
89
Fi Djar fil-Komunita’
35
Tfal li qed jattendu programm residenzjali
3
B’Re-integrazzjoni mal-familja bijoloġika
22
Minn numru totali ta’ tfal li jinsabu f’foster care, hemm 131 qegħdin jiġu mrobbija min Foster Carers ġewwa Malta u 9 ġewwa Għawdex, filwaqt li 2 jgħixu ma’ ġenituri prospettivi għall-addozzjoni.
It-tfal li jinsabu residenti fi djar residenzjali, li jammonta għal 89 kif spjegat fit-tabella, huma mqassma 87 tifel u tifla li jgħixu ġewwa djar residenzjali f’Malta u 2 minuri fid-djar residenzjali ġewwa Għawdex.
Id-djar fil-komunita’ li qed jospitaw 35 tifel u tifla, huma residenzi tat-tfal fil-komunita’, li jilqgħu fosthom numru zgħir ta’ tfal f’kull residenza. Qegħdin nagħmlu kull sforz possibli sabiex nevitaw li ikollna minuri f’istituzzjonijiet.
B’kollox, kif indikat ukoll fit-tabella t’hawn fuq, għandna 3 itfal li qegħdin jattendu programm residenzjali li huwa programm speċjalizzat, ffukat fuq titjib fl-imġieba tal-istess minuri.
Finalment, 22 minuri qegħdin fil-proċess ta’ re-integrazzjoni lura ma’ ġenitur jew ġenituri tagħhom jew ma’ xi membri oħra tal-familja bijologika tagħhom taħt monitoraġġ. Hawnhekk tkun qed tiġi evalwata l-possibilità li tiġi rakkomandata revokazzjoni tal-Ordni ta’ Ħarsien (care order), dejjem jekk dan jirriżulta li jkun fl-aħjar interess tal-minuri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma taħt care order u qed jistennew li jgħaddu minn proċess ta’ fostering?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal li huma protetti b’care order u li għadhom qed jistennew li jiġu fostered huwa ta’ sitta.
Dan huwa l-inqas numru ta’ tfal jistennew biex jiġu
fostered
f’dawn l-aħħar snin u dan huwa riżultat ta’ diversi miżuri li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin riċenti, fosthom:
1. Iż-żieda fiċ-Child in Care Benefit minn €70 għal €100 fl-2018,
2. Iż-żieda fiċ-Child in Care Benefit minn €100 għal €110 fl-2021,
3. Il-kampanji ta’ għarfien u pubbliċità li għamlet l-Aġenzija Appoġġ favur il-fostering,
4. L-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida dwar il-Protezzjoni tal-Minuri u Kura Alternattiva, Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta.
5. Riżultat tal-prattika l-ġdida mħaddma mid-Direttorat għall-Kura Alternattiva mwaqqaf skont l-istess Kap 602, fejn l-ewwel preferenza għal-placement qiegħda konsistentament tkun li tfal ikunu fi placement f’ambjent ta’ familja u mhux fi Djar tat-Tfal.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jistennew biex irabbu tfal permezz ta’ Fostering?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bħalissa 4 familji li huma diġa approvati bħala foster carers qegħdin fit-tranżizzjoni biex jibdew joffru placement bħala foster families, filwaqt li 3 familji qegħdin jistennew li jiġu matched ma’ minuri.
Id-Direttorat Kura Alternattiva jiġbed l-attenzjoni li kull minuri jiġi matched ma’ foster carer skont il-bżonnijiet tal-minuri u, għaldaqstant, mhux neċessarjament li foster carer li qed jistenna match, jiġi b’mod awtomatiku matched ma’ minuri li qed jistenna li ikun ma foster family.
Id-Direttorat qiegħed ukoll isegwi 13-il familja li huma approvati bħala Foster Carers, pero’ li minħabba ċirkostanzi personali mhumiex f’pożizzjoni li jiffosterjaw fil-mument preżenti.
Hemm ukoll 4 familji li huma approvati bħala Foster Carers li jistgħu joffru respite placements biss.