Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet swiet flus is-sistema tat-tidal lane bollards ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll meta ntrebħet it-tender tas-sistema, min kienet il-kumpanija li għamlet dan ix-xogħol u meta tqiegħdet tali sistema fit-triq imsemmija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sejħa għall-offerti ġiet mogħtija bħala Quotation leading to a Direct Order wara sejħa pubblika għall-ammont ta’ €234,778.86 (VAT eskluża) fit-13 ta’ Novembru 2015 lil Q Free Traffiko. Is-sistema ġiet ikkumissjonata f’ Ġunju tal-2016.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm inxtrat enerġija tramite l-interconnector Malta-Sqallija, xahar b’xahar minn mindu bdiet, f’volum (Mwh) u prezz? Jista’ jelenka liema kienu s-sorsi ta’ enerġija minn fejn ġiet din l-enerġija għall-Malta u ċjoè x’persentaġġi mis-swieq barranin u x’tip ta’ enerġija kienet li forniet id-domanda għal Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex ġentilment jirreferi għad-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li kien ippubblikat mill-NSO fit-12 t’Ottubru 2017, fejn hemm elenkata, xahar b’xahar, l-enerġija li nxtrat tramite l-interconnector bejn Malta u Sqallija minn Marzu 2015 sa Diċembru 2016. L-istess informazzjoni, inkluż informazzjoni dwar l-enerġija li nxtrat matul is-sena 2017 tiġi ppubblikata mill-NSO matul din is-sena. Ta’ min wieħed jgħid li l-enerġija mixtrija tramite l-interconnector bejn Malta u Sqallija tinxtara minn fuq is-swieq Taljani, u l-provenjenza ta’ din l-enerġija ma tkunx indikata. Fir-rigward tal-bqija tal-informazzjoni mitluba, din għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc, u għaldaqstant l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Jista’ l-Prim Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar
Question
Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il safra uffiċjali saret f'kull dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Tista' tagħti d-destinazzjoni ta' kull safra? Għal kull safra li saret tista' tagħti break down tal-ispejjeż involuti f'titjiriet, akkomodazzjoni, ikel f'lukandi, trasport u allowances? Min kienu l-uffiċjali li ħadu sehem f'kull safra, x’inhu l-grad tagħhom u x'kien l-iskop ta' kull safra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra? Meta hu ppjanat li jkun lest u jibda jiġi attwat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Masterplan jibda jsir mill-Ministru appena l-Kunsill Lokali jikkordina l-konsultazzjoni pubblika biex ikollna l-veduti ta’ kulħadd
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser isiru gradi għal storm water culvert li kien sar f'parti tat-triq li tagħti għad-Dwejra f'San Lawrenz, eżattament sa quddiem iċ-Ċimiterju ta’ San Lawrenz, fil-parti ta’ fuq tat-triq, biex jilqa’ l-ilma u jibda jiffunzjona qabel ma jsir il-wiċċ ta’ din it-triq fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsjia parlamentari 5860, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid min huma l-kuntratturi li jiffurmaw il-konsorzju li rebaħ it-tender għall-proġett ta' estensjoni (bini ta’ aktar oqbra) fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Konsorzju rebbieħ huwa Campo-Santo li huwa kompost minn Polidano Brothers Limited, Camray Company Limited, u Mario Tonna.
Tista’ l-Ministru tgħid min kienu ċ-Chairman u l-membri tal-bord li għażlu l-artisti fil-Gozo Alive li nżamm f'Għawdex f'Mejju 2018? Tista’ tgħid x’kariga għandhom dawn il-persuni fis-settur pubbliku? Tista’ tgħid kif intgħażel iċ-Chairman?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat fil-mistoqisja parlamentari 5890. Fir-rigward taċ-Chairman, peress li l-attività kienet tal-Ministeru, il-kumitat ġie chaired mid-Direttur.
Local Plans ta’ Malta u Għawdex – proċess ta’ reviżjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-Local Plans ta’ Malta u Għawdex? Jista’ jgħid jekk dan il-proċess hux se jkun konkluż u allura l-local plans ikunu riveduti matul is-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ options differenti.
Jista’ l-Ministru jgħid l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — għajnuna finanzjarja lill-Knisja
Question
Tista’ l-Ministru tgħid l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtha minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — għajnuna finanzjarja lill-Knisja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Mellieħa – Triq l-Armier u Triq ir-Ramla – xogħol ta’ reinstatement
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol ta’ reinstatement li hemm bżonn fi Triq l-Armier u Triq ir-Ramla, limiti tal-Mellieħa, u jekk hu possibbli, dan ix-xogħol isir qabel ma joqrob iżjed l-istaġun tas-sajf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ reinstatement fi Triq l-Armier diġa bdew u għandhom jitlestew fil-ġranet li ġejjin. Fir-rigward ta’ Triq ir-Ramla, b’koordinament mal-entitajiet kollha, qed naħdmu biex ix-xogħol jitlesta mill-aktar fis possibbli.