Tista' l-Ministru tagħti break down tal-flus minfuqa s’issa fuq id-Dar tal-Anzjani li qed tinbena f'Għajnsielem? Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar? Kemm se tkun takkomoda anzjani fiha? Tista' tgħid x'diverġenzi saru mill-pjanti oriġinali? Tista' tpoġġi kopji tal-pjanti ġodda fuq il-Mejda tal-Kamra u l-emendi li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti oriġinali tad-Dar tal-Anzjani ġew preparati mill-periti tal-Ministeru bejn l-2012 u 2013. Il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar inħareġ f’Settembru tal- 2014 waqt li x-xogħlijiet inbdew sena wara. Fl-istess sena, jiġifieri fl-2015, il-Gvern kien ħabbar Standards Minimi Nazzjonali bil-għan li jiżgura l-aħjar kwalità ta’ ħajja għall-anzjani li jgħixu ġewwa dawn id-djar.
Għaldaqstant, wara eżerċizzju peritali, saret applikazzjoni ġdida lill-Awtorità tal-Ippjanar biex anki Dar San Ġużepp tkun konformi ma’ dawn l-Istandards Nazzjonali. Il-permessi ġodda ġew approvati fi Frar ta’ din is-sena u jinsabu fid-dominju pubbliku. Wieħed kemm jidħol fis-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Dar San Ġużepp ser takkomoda 119 anzjan u anzjana u ser tkun aċċessibbli għal min juża s-siġġu bir-roti u ser ikollha sezzjoni dedikata għal min ibati mid-dementia. Rigward progress, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni waslu biex jingħalqu u fil-ġranet li ġejjin ser tiġi pubblikata tender għall-finishing, furnishing u l-operat ta’ din id-dar. Il-proċess tat-tender mhux proċess sempliċi u huwa l-ewwel wieħed tax-xorti tiegħu f’Ghawdex li ser iservi wkoll ta’ mudell għall-proġetti simili li qed jiġu ppjanati.
Rigward l-informazzjoni mitluba fl-ewwel mistoqsija, din hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ NRU 6085 MINISTERU GĦAL GĦAWDEX DAR TAL-ANZJANI.pdf
Qasam Industrijali tax-Xewkija – Ħaddiema – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex? Jista' jgħid x’manutenzjoni saret fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija minn Ġunju 2017 sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ manutenzjoni li sar fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija minn Ġunju 2017 sal-llum mill-kuntratturi imqabdin mil-Malta Industrial Parks jinkludi t-tiswija ta’ Street lighting, landscaping, kif ukoll tiswija ta’ toroq u bankini.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – każijiet ta’ dixxiplina
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5741 kollha u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu dwar każijiet ta' dixxiplina ta’ impjegati minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta' Ġunju 2018, f'seduta numru 124.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fuq ix-xogħol li hemm bżonn isir fuq il-Jetty tax-Xlendi? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol hux se jibda matul dawn il-ġranet? Jista' jgħid x'prekawzjonijiet se jittieħdu issa li dalwaqt jibda s-sajf biex ma jkunx hemm periklu għal għawwiema u persuni oħra li jiffrekwentaw iż-żona?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Jetty tax-Xlendi ġarrab ħsarat estensivi kawża tal-maltemp, tant hu hekk li l-parti ta’ barra ta’ madwar 5 metri iġġarrfet għal kollox u kienet perikoluża. Din is-sezzjoni mgarrfa tneħħiet minn Transport Malta u it-tarf tal-Jetty ġie ibbarrikat u tpoġġew tabelli ta’ twissija għall- fini ta’ sigurta’.
Il-parti tal-Jetty li tneħħiet trid terġa tinbena mill-ġdid u jsir xogħol ieħor ta’ tiswija fil-partijiet l’oħra fejn hemm ħsarat. Dan ix-xogħol għandu jkompli fil-ġranet li ġejjin wara li jiġu konklużi l-eżaminazzjonijiet tekniċi u aġġornament ta’ disinnji mil-periti u tim tekniku ta’ Transport Malta.
Transport Malta flimkien mal-Ministerju ta’ Għawdex sejrin jieħdu il-prekawzjonijiet li hemm b¿onn biex jitnaqqas l-inkonvinjent u ma jkunx hemm periklu. Dawn jinkludu aċċess temporanju għas-sajjieda, moll alternattiv għall-imbarkazzjoni u diżimbarkazzjoni ta’ passiġġieri mid-dgħajjes, kontroll minn Enforcement Officers ta’ Transport Malta fuq il-baħar u fuq l-art matul ix-xogħol, li jsir ċertu xogħol matul il-lejl, u moniteraġġ u kontroll mill-uffiċċial inkarigat għas-saħħa u sigurta fuq il-post tax-xogħol.
In-Naxxar – Triq il-Qoton – xogħol ta’ resurfacing
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta’ Triq il-Qoton fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, ser jiġu ppjanati b’mod gradwali meta din l-entità tiġi mwaqqfa fix-xhur li ġejjin.
L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Għawdex ġew rilokati f’post ieħor ġewwa l-Victoria, u dan minkejja li l-permessi biex jitwaqqa’ l-bini eżistenti tal-Awtorità tal-Ippjanar għadu ma ħariġx? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li qed tħallas l-Awtorità għal dawn l-uffiċċji li qed tuża temporanjament u għal kemm-il sena jew xhur inkrew dawn l-uffiċċji? Il-kirja saret b'mod dirett jew wara sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Bi twegiba għal mistoqsija parlamentari 6149, l-Awtorità tal-Ippjanar irrilokat l-impjegati tagħha ghall-uffiċini l-ġodda fil-5 ta’ Marzu 2018. L-applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp saret fis-17 ta’ Novembru 2017, u bħalissa qiegħda tiġi pproċessata.
L-ammont ta’ kera li qed tħallas l-Awtorità huwa ta’ €3,000 fix-xahar. Dawn l-ufficini inkrew għal perjodu ta’ tmintax-il xahar di fermo, liema perjodu beda fl-1 ta’ Marzu 2018. Fl-eventwalità li l-Awtorità ikollha bżonn l-uffiċini għal żmien iktar fit-tul, l-istess l-Awtorità għandha d-dritt ittawwal il-perjodu tal-kera sa massimu ta’ tnax-il xahar, bl-istess rati, termini u kundizzjonijiet. L-għażla tal-uffiċini saret wara sejħa pubblika li kienet miftuħa bejn il-25 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Settembru 2017.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'laqgħat saru bejn l-Aġenzija Identità Malta u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA)? Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħat, min kienu l-uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta u tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) li kienu preżenti għal kull waħda mil-laqgħat u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi waqt l-imsemmija laqgħat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li ma kienx hemm laqgħat formali bejn ldentity Malta u l-Awtorità għas-servizzi Finanzjarji (MFSA).
Fiż-żmien li kien qed jigi ppreparat il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment saret laqgħa teknika dwar il-proposta ta’ xiri tal-
bonds
fuq is-suq lokali.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persuni b’diżabilità - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5107, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema huma dawn iż-żewġ avviżi legali u jekk effettivament daħlux fis-seħħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Ministeru għas-Saħħa qegħdin jaħdmu fuq Avviż Legali dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel.