Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw senrtenza ta' priġunerija jew detenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22636 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tiskonta sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) iżda li l-mewt tagħha seħħet f'post ieħor li mhux il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess tal-persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih seħħet il-mewt tal-persuna?
MFSA — ħaddiema/membri li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni fuq liċenzji
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22680 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18226, jista' l-Ministru jgħid jekk f'laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv fejn tiġi deċiża kanċellazzjoni ta' liċenzja jew jekk persuna hux meqjusa fit and proper skont l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFSA, isirux fil-pubbliku? Il-minuti tal-laqgħat humiex pubbliċi? Il-persuni u l-kumpanija li fuqha tkun qed issir ġudizzju, jkunu preżenti fiżikament għal dawn il-laqgħat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv ma’ jsirux fil-pubbliku u il-minuti ta’dawn il-laqghat mhumiex pubbliċi.
F’dawn l-laqgħat msemmija, il-persuni u l-kumpanija li fuqha tkun qed tittieħed id-deċizjoni ma jkunux prezenti fizikament. Dawn jingħataw id-dritt li jagħmlu rapprezentazzjonijiet bil-miktub f’kull stadju tal-proċess.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22679 u jipprovdi lista ta' direct orders li ngħataw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) inkluż ir-referenza għan-numru tal-kuntratt, in-natura tal-kuntratt u lil min ingħata, id-data li fih ingħata u d-data li l-kuntratt ġie approvat mill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji mill-1 ta' Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba d-domanda?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22678 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19728, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx il-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji li approva tali settlements u jekk jeżistux agreements iffirmati dwar dawn is-settlements?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi permezz tal-PQ 22678, l-Awtorità intalbet tagħti dettalji rigward “settlements” konklu¿i mill-MFSA li ġew imnizzla fir-risposta għall-PQ 19728.
Ta’ min wieħed jinnota li l-Kumitat Ezekuttiv ġie stabbilit fid-29 Marzu 2019 b’Att VIII ta’ 2019. Għalhekk dan l-istess Kumitat seta’ biss japprova is-“settlements” li ġew konkluzi minn din id-data l-quddiem. Barra minn dan, l-Awtorità zzid li għal kull “settlement” msemmi fil-PQ19728 ġie iffirmat “agreement” mill-Awtorità u l-Licence Holder konċernat.
Huwa importanti li wieħed jinnota, li f’kull kaz li jkun konkluz permezz ta’ “settlement”, dejjem titiħedet xi tip ta’ azzjoni li tvarja minn impo¿izzjoni ta’ penali amministrattiva jew mizuri oħra. Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill MFSA hija disponibbli pubblikament fuq is-sit tal-MFSA skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-Publication Policy tal-Awtorità’.
MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22677 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18647, jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħadd mill-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji huwiex Imħallef jew Maġistrat? Jista' jgħid min jappunta dan il-kumitat u x'inhuma l-kriterji li fuqhom issir l-għażla?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm ħadd mill-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv li huwa Maġistrat jew Imħallef.
Il-membri ta dan il-Kumitat ġew magħżula u appuntanti wara li saret "public call" u maħtura fuq il-kriterji stabbiliti mill-istess Awtorità.
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – Kumitat Eżekuttiv – laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22676 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22029, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-laqgħat isirux fil-pubbliku u jekk il-minuti tal-laqgħat humiex pubbliċi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-laqgħat tal-Kumitat Ezekuttiv ma’ jsirux fil-pubbliku u l-minuti ta’dawn il-laqghat mhumiex pubbliċi.
Enemalta – Average Duration period għal kumpens fuq ħsarat
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22734 u tgħid kemm huwa l-average duration period li wieħed jistenna sabiex jingħata tweġiba għal kumpens ta' ħsarat li jkun sofra, minn meta jagħmel l-ilment mal-Enemalta għal meta jieħu tweġiba finali? Kemm kien l-average duration period għas-sena 2020?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talbiet għal tali kumpens jiġu investigati permezz ta’ proċess stabbilit. Kull każ huwa differenti u jiġi investigat fuq il-mertu tiegħu. Il-perjodu biex jiġu deċiżi dawn il-każijiet jiddependi wkoll minn diversi fatturi fosthom id-dokumentazzjoni u evidenza neċessarja li tgħaddi lill-Enemalta sabiex isir l-evalwazzjoni tal-każ.
Iż-żmien biex jiġi deċiż il-kumpens ivarja minn każ għall-ieħor skont in-natura tagħhom. Bħala medja l-każi investigati matul l-2020 ħadu madwar 197 jum. Matul din is-sena dawn niżlu għal 105 t’ijiem.
Jista’ l-Ministru jispjega kif numru ta' ħaddiema ħadu l-kumpens tal-wage freeze u oħrajn li applikaw ukoll għal dan il-kumpens, ma ħaduhx anke jekk kellhom l-istess gradi u ma kinux parti mill-Management? Kif ukoll jista’ l-Ministru jikkonferma humiex se jitħallsu bħal kollegi tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħidilna meta se jitħallsu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara l-Mistoqsija tiegħu.
Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16368 u 21102, jista’ l-Ministru jgħid għala mit-18 ta’ Mejju 2021 sal-lum, Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja għadhom ma tlestewx?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħol kien wieqaf sakemm saru l-arranġamenti kollha mill-periti u l-kuntrattur biex jinbeda xogħol.
Ix-xogħlijiet fit-toroq imsemmija reġgħu bdew mill-1 ta’ Settembru 2021 u jinsabu fi stadju avvanzat, fejn huma ppjanati li jitlestew lejn l-aħħar tas-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bini tal-Gvern f’Santa Luċija (Malta) li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-Awtorità tad-Djar installat 17-il lift ġewwa Santa Luċija (Malta). Bħalissa qed isiru l-installazzjonijiet ta’ 3 liftijiet u qegħdin fil-proċess li jiġu nstallati 6 liftijiet oħra (3 minnhom qed issir analiżi teknika preliminari, u t-3 l-oħra qegħdin fil-proċess li tinħareġ l-offerta u/jew l-għoti tax-xogħlijiet).
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni tinsab l-implimentazzjoni tal-hekk imsejħa l-Home Equity Release for Pensioners?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liġi fuq l-Equity Release ġiet fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2019.
L-Awtorità nehdiet regoli u gwida fuq l-istess liġi f’Ottubru 2019.
Sa issa għad m’hemm l-ebda istituzzjoni li ġiet approvata biex toffri dan il-prodott.
Kull meta applikazzjon għal-liċenzja tiġi approvata mill-Awtorità, informazzjoni fuq l-entità li ġiet liċenzjata titpoġġa fuq il-website tal-Awtorità.
Santa Luċija – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Santa Luċija (Malta) u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
L-informazzjoni fit-tabella t’hawn isfel hija minn Jannar sa Ottubru 2021:
PQ Number
Lokalita
Donazzjonijiet
Kotba mixtrija ġodda
Kotba mislufa
22484
Santa Luċija
450
167
5907
Kotba mislufa fl-aħħar tnax il-xhar (Settembru 2020 sa Ottubru 2021) mill-Librerija ta’ Santa Luċija jammontaw għal 10,448.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Ħal Tarxien ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.
L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Ruma tul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-ħidma li saret mill-Ambaxxatta ta’pajjizina f’Ruma tul dawn l-aħħar 12-il xahar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-financial statements tal-MCST għas-sena 2020?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. illi l-financial statements mitluba jinstabu fir-rapport annwali tal-MCST li diġà ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-1 ta’ Novembru tas-sena 2021.
Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019, 2020 u sa issa fis-sena 2021 mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għal xiex ingħatat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Transport Malta — ħlas mill-organizzaturi/kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hiex qed titlob ħlas mill-organizzaturi/kmamar tan-nar kull fejn jkun hemm ħruq tan-nar u l-festi u l-marċi fl-ibliet u rħula tagħna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Għeluq ta’ toroq – organizzaturi/kmamar tan-nar – ħlas għal pulizija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22671, jista' l-Ministru jgħid jekk dan jgħoddx ukoll għal LESA u Transport Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kif ġa għidt fil-mistoqsija parlametnari 22671, l-għeluq tat-toroq huwa nkarigu tal-Korp tal-Pulizija, ġialadarba tintalab l-assistenza tal-uffiċjali tal-komunità dan is-servizz ikun bil-ħlas. Rigward, Transport Malta, nitlob l-Onor Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-sistema tal-SMS fejn jintbagħat messaġġ lill-pazjent bħala notifikazzjoni meta jsir appuntament ġdid kif ukoll bħala reminder jumejn qabel id-data tal-appuntament, għadhiex fis-seħħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sistema tal-SMS fejn jintbagħat messaġġ lill-pazjent bħala notifikazzjoni meta jsir appuntament ġdid kif ukoll bħala reminder, kemm fl-isptar Mater Dei kif ukoll fil-kliniċi tad-dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja għadha fis-seħħ.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura – persons of trust
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22171, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għall-Kultura, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?