Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6416 u jgħid x'jisimhom il-pilloli li jingħataw għall-kura tal-Hepatitis C u kemm jiswew?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċini jisimhom Harvoni®, Ribavirin, u Epclusa®, u dawn huma b'xejn għall-persuni kollha li huma ntitolati. L-informazzjoni għall-aħħar parti tal-mistoqsija hija ta’ natura kummerċjali u allura ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6320 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix reġistru ta’ djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità tal-Gudja minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru fil-lokalita’ tal-Gudja minn Transport Malta fil-perjodu msemmi f’din il-Mistoqsija Parlamentari huma kif murija fit-tabella sussegwenti:
Triq Pawlu Mallia
Construction and Surfacing
2014
Vjal it-Torri
Construction and Surfacing
2014
Triq l-Avjazzjoni
Installation of Pelican Crossing
2014
Triq Rużar Formosa
Resurfacing works of
2016
Triq Rużar Formosa (
Paving)
Paving
2016
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità tal-Fgura minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din il-lokalità sar ix-xogħol fi Triq Valperga.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Ħal Tarxien minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru f’Ħal Tarxien fil-perjodu msemmi f’din il-Mistoqsija Parlamentari huma kif indikat fit-tabella sussegwenti:
Triq San Anard
Repairs to Footpaths
2014
Triq Tal-Barrani
Refreshing of Line Markings
2014
Triq San Anard
Road Surface Repair Works
2015
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Santa Luċija minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li fl- 2015 sar resurfacing works f’parti minn Triq Klematis u fl- 2018 sar resurfacing works f’parti minn Triq il-Pepprin.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Raħal Ġdid minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tax-xogħlijiet mitluba hija kif muri fit-tabella sussegwenti:-
Physically Disabled Rehabilitation Centre
Surfacing Works
2014
Triq Għajn Dwieli
Removal of Information Sign
2014
Vjal Santa Lucia
Road Surface Repair Works
2015
Vjal Sir Paul Boffa
Road Surface Repair Works
2015
Vjal Sir Paul Boffa
Installation of Crash Barriers
2015
Triq Għajn Dwieli; Triq San Lawrenz
Road Surface Repair Works
2015
p/o Triq l-Arkata and p/o Triq l-Ibjar
Construction and Surfacing
2015
p/o Triq Ninu Cremona
Construction and Surfacing
2015
Vjal Sir Paul Boffa
Civil Works for the implentation of Tidal Lane and Installation of high impact bollards
2016
Upgrading of Paola Junction (Sare roundabout)
Emerg. All.
2017
Emergency works in corridor link between Pjazza De Paule & area behind CCF
Emerg. All.
2018
Urgent road works at Triq il-Bacir
Emerg. All.
2018
Rural Alleys off Vjal Santa Lucija
Emerg. All.
2018
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jsir it-tindif neċessarju ġewwa Wied Blandun?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3353, t-Task Force mwaqqaf minn dan il-Ministeru ser tkun qed tindirizza t-tneħħija ta’ skart u ħmieġ li jinsab primarjament man-naħa tat-triq li hemm ħdejn Wied Blandun u xi partijiet li jinsabu quddiem iż-żona residenzjali ta dan il-wied, b’kordinament dirett mas-Sezzjoni tal-iStorm Water kif ukoll mad-Dipartiment tat-Tindif (Cleansing Department). Huwa ppjanat li dan l-intervent isir fil-ġimgħat li ġejjin.
Proċess mal-wasla ta’ immigrant għal stat ta’ refuġjat – politika ta’ integrazzjoni
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6355 dwar il-proċess mal-wasla ta’ immigrant għal stat ta’ refuġjat, jista’ l-Ministru jgħid kif qed titħaddem il-politika ta’ integrazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari, lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6177 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqalgħet jew tqaċċtet jew inqerdet, bil-permess u mhux, matul l-2016, l-2017 u l-2018 sa Mejju? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi s-sena, is-speċi tas-siġra u timmarka b’distinzjoni jekk kienx hemm permess jew le? Fil-każ li ma kienx hemm permess, x’passi ttieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
ERA – applikazzjonijiet dwar qlugħ u żbir ta’ siġar
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5709 jista’ l-Ministru jippubblika l-ammont ta' siġar għall kull applikazzjoni msemmija? Jista’ jinkludi wkoll it-triq u l-lokalità ta' fejn kienu jew għadhom is-siġar f'kull każ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
B’referenza dwar dak li ġie rraportat online fuq: https://www.reuters.com/article/us-airbus-deliveries-idUSKBN1AK252, nifhem ir-raġuni li dan mhux it-tort tal-Airmalta, imma l-Airmalta ilha taf li mhux ser tinżamm l-iskeda, allura jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn l-Ministeru jitfa’ t-tort dwar hekk, meta seta’ rrimedja f’ħin waqtu? Ma jidhirlux il-Ministru li dan jista’ jkun nuqqas ta’ tmexxija serja?
B’referenza għall-privatizzazzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-entitajiet li ser jieħdu t-tmexxija f’idejhom? Jista’ jgħid x’ser jiggwadanja l-poplu Malti minn dan l-arranġament? Dan l-arranġament jista’ jwassal għall-monopolju? L-oqbra ser jibqgħu jinxtraw mingħand il-gvern? Jekk le, ġie stabbilit prezz? X’inhuma l-arranġamenti biex isir ir-restawr tal-monumenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konsorzju li ngħażel sabiex jagħmel ix-xogħol meħtieġ fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata huwa CampoSanto JV.
Dan se jwassal sabiex issir estenzjoni ta’ 2,880 qabar kif ukoll ammont sostanzjali ta’ restawr tal-binjiet li hemm fiċ-ċimiterju u li ghandhom ukoll preġju storiku. L-immaniġġjar tal-operat taċ-ċimiterju se jgħaddi f’idejn l-istess konzorju. Dan se jwassal għal immaniġġjar aħjar tar-riżorsi.
L-oqbra qegħdin u se jibqgħu jinxtraw mingħand il-Gvern billi ssir applikazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali. Il-prezz tal-oqbra ġie stabbilit fl-2016 meta nħareġ l-AL 425/2016.
Bħala parti mill-proċess sabiex jiġi elenkat dak kollu li se jkun kopert minn dan il-proġett, inkiteb ukoll Restoration Method Statement li serva kemm sabiex joħorgu l-permessi meħtieġa u wkoll sabiex jelenka x-xogħol kollu ta’ restawr li se jsir.
Il-qalb ta’ kull raħal hu wirt arkitettoniku li jagħti karattru lil Malta, u peress li fil-pjanijiet lokali nsibu spazji li huma definiti b’mod tekniku bħala open space enclaves u li jinkludu wkoll ġonna antiki li mhux bilfors ikunu parti minn djar ta’ karattru, u billi dawn l-enclaves huma parti mill-Urban Conservation Areas, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipproteġi lil dawn l-enclaves? Jista’ jgħid liema hu l-Att Legali li jħares dan u li joħroġ mil-liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar? Liema hu l-artiklu li jiddefinixxi dan f’kull pjan lokali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira ta’ dawn l-enclaves huma proprjetà privata u għalhekk il-Gvern ma tantx għandu opportunità li jintervejeni b’mod dirett.
Il-ħarsien ta’ dawn l-enclaves qed jiġu assigurat mill-Awtorità tal-Ippjanar meta tkun qed tikkonsidra applikazzjonijiet ta żvilupp ġo fihom billi tapplika l-policies viġenti kemm tal-iSPED u kemm tal-Pjanijiet Lokali.
L-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp jobbliga lill-Awtorità li meta tkun qed tħejji plan jew policy għandha tqis il-konservazzjoni u preservazzjoni ta’ riżorsi naturali, kif ukoll policies ambjentali kurrenti tal-Gvern. L-open space enclaves huma definiti fil-pjanijiet lokali u mhux fil-liġi. Kull Pjan Lokali għandu policy speċifika però l-ġist ta’ kull policy hu li ma jitħalla li jsir ebda żvilupp ħlief għal meta dan ikun estenzjoni ma' bini eżistenti, jew parti minn proġett ta riabilitazzjoni jew swimming pool u dejjem taħt kundizzjonijiet stretti biex jiġu mħarsa, sigar, il-ħamrija u features oħra ta’ valur arkitettoniku.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6452, li kienet dwar espropriju ta' art fir-Rabat Għawdex, li fit-tweġiba għaliha ntqal li fuq l-art in kwistjoni hemm kontestazzjoni minn terzi persuni rigward it-titolu tal-art u li għalhekk, sakemm jiġi stabbilit min huma s-sidien proprji, il-kumpens ma jistax jingħata, jista' l-Ministru jgħid:
a. Meta ġiet esproprijata l-art in kwistjoni;
b. Id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari minn terzi persuni;
c. Jekk mal-kontestazzjoni ta’ dawn it-terzi persuni, ippreżentawx dokumenti bħala prova li għandhom xi titolu fuq din l-art;
d. Meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti u jekk l-uffiċċju legali tal-Awtorità analizzawx ir-riċerki sottomessi;
e. Jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ippreżentawx dokumentazzjoni bħal testmenti, riċerki u dikjarazzjoni ta' trasferiment
causa mortis;
f. Jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzax ir-riċerki sottomessi miż-żewġ partijiet u;
g. Jekk fin-negattiv jistax jara li din l-analiżi ssir, kemm jista’ jkun malajr?
Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika – ħatra
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6415, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex għadu ma nħatarx Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ai termini tal-Att XIII tal-2017 dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, aktar minn sena wara li din il-liġi għaddiet mill-Parlament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin konsultazzjonijiet bejn l-Gvern u l-Oppożizzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6414, lil hinn minn jekk daħalx bil-kunsens tiegħu jew le, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-‘profil' tiegħu fuq Facebook ‘ħariġx’ jew għadux membri tal-gruppi sigrieti fuq Facebook li jintużaw bħala hate groups u li fihom tiġi ġġenerata u/jew tinxtered mibgħeda dwar in-nies, speċjalment avversarji politiċi tal-istess Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif jaf l-Onor. Interpellant il-Facebook huwa platform soċjali pubbliku u l-Prim Ministru ma għandux s-setgħa li jikkontrolla x’jingħad f’fora pubbliċi. Ta’ min ifakkar lill-Onor. Interpellant li l-Prim Ministru u l-familja tiegħu kienu u għadhom vittmi ta’ hate speech, f’Facebook Groups ikkontrollati minn persuni qrib l-istess Interpellant. Li nista’ nagħmel, b’mod konsistenti, huwa li nikkundanna kwalunkwe hate speech ġejja minn fejn ġejja.
Intant, il-profil tneħħa minn gruppi li ddaħħal fih mingħajr kunsens. Fost dawn kien hemm gruppi bħal ‘
No To Embryo Freezing in Malta
’ li żgur ma kellhomx kunsens biex jinkludu bħala membru tagħhom il-profil tal-Prim Ministru.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6385, peress li fl-istħarriġ intern li sar mill-Ministeru tiegħu dwar l-użu ta’ ħaddiema tal-Gvern għal xogħol fir-residenza privata tiegħu ma hemm l-ebda referenza għal permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk, fil-każ tal-veranda stallata minn ħaddiema tal-Gvern fid-dar tiegħu, kienx applika, iva jew le, għal permess jew Development Notification Order (DNO) mal-Awtorità tal-Ippjanar u f’dak il-każ, jippreżenta evidenza dokumentarja ta’ dan?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6288, jista’ l-Ministru jalloka aktar fondi sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji hekk kif jidher li l-ħsarat jeċċedu l-budget li l-Awtorità tad-Djar allokat għall-imsemmija xogħlijiet fil-lift tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar irċeviet ir-rapport tal-Inġinier inkarigat, liema rapport jindika li x-xogħol neċessarju ser jiswa aktar milli kien ġie stmat. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali diġa għamel talba sabiex l-istima tiġi mressqa quddiem il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Eżekuttiv sabiex tkun tista’ tinħareġ l-approvazzjoni neċessarja.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant, għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 538.