Peress li l-popolazzjoni Qormija qed issir aktar anzjana, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsiru djar tal-anzjani f’din l-istess lokalità u jekk le, jikkunsidrax il-Ministru li jesplora din il-possibilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li għal issa, m’hemm l-ebda pjan li jkun hemm xi Dar għall-Anzjani fil-lokalità ta’ Ħal Qormi.
Proċeduri dixxiplinari kontra surġent tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar mill-proċeduri dixxiplinari kontra s-Surġent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament talli kien kiteb fuq Facebook li l-ġurnalista maqtula kienet ħadet li ħaqqha?
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti li eżerċitaw id-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 454 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il resident mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin eżerċita d-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 126 priġunier li eżerċitaw id-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 453 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta’ droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena u x’tip ta’ droga nstabet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Public Cleansing – tbagħbis fl-użu ta petrol u diesel
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fit-Taqsima tal-Public Cleansing li taqa' taħt il-Ministeru tagħha, instabx li fl-aħħar ġimgħat kien qed jiġi mbagħbas l-użu tal-petrol/diesel? Tista' tgħid ukoll jekk sarx rapport lill-Pulizija dwar dan, min għamel dan ir-rapport u meta sar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li sar xi tbagħbis fl-użu tal-petrol/diesel u għalhekk ma sarux rapporti lill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 kemm saru lmenti lill-Police Board kif ukoll lill-Internal Affairs Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u kemm ittieħdu passi legali kontra l-uffiċjali msemmija u x'tip ta' proċeduri kienu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 saru sebgħa mija u tmienja u sittin (768) ilment lill-Internal Affairs Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Infurmat li ttieħdu proċeduri fuq mitejn u sitta u tletin (236)każ kontra l-uffiċjali kkonċernati, u minn dawn il-każi mija u erbgħa (104) kienu proċeduri kriminali u mija u tnejn u tletin (132) proċeduri dixxiplinari.
2013
2014
2015
2016
2017
Total
Ilmenti lill-Internal Affairs
99
126
292
168
83
768
Passi kriminali kontra Uffiċjali
9
19
26
29
21
104
Passi dixxiplinari kontra Uffiċjali
21
20
47
32
12
132
Fir-rigward tal-
Police Board
, tajjeb jingħad li l-Bord ġie xolt fit-12 ta’ Mejju 2017. Dakinhar inħatar bord ġdid bl-isem
Independent Police Complaints Board
u l-ilmenti li ġew preżentati quddiemu sal-31 ta’ Diċembru 2017 kienu erbgħa (4). Għaldaqstant, l-ilmenti kif preżentati quddiem il-
Police Board
huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. Wara dawn l-ilmenti, ma ttieħdu ebda passi legali.
2013
2014
2015
2016
2017
Total
Police Board
12
12
9
16
4 (sat-12 ta’ Mejju)
49
Kunsilli Lokali li qed iħallsu għat-toroq magħmula permezz tal-iskema Public Private Partnership
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' Kunsilli Lokali li għadhom qed iħallsu toroq magħmula permezz tal-iskema ta' Public Private Partnership? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont dovut minn kull Kunsill Lokali, jekk applikabbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Nadur Għawdex – Triq it-Tiġrija — dar tal-anzjani ġdida – xogħol
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda x-xogħol fuq dar ġdida tal-anzjani fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur Għawdex, wara konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret ftit aktar minn sena ilu fejn tħabbar dan il-proġett mill-Ministru stess, iżda sal-lum jidher li ma nbeda l-ebda xogħol fuq din id-dar tal-anzjani u ma saret l-ebda applikazzjoni biex isir dan ix-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dar tal-Anzjani msemmija hija proprjetà tal-Knisja u mhux tal-Gvern. Għat-tnedija tal-proġett il-Gvern ġie mistieden mill-entitajiet Ekkleżjastiċi bi prospett li fil-futur jinxtraw diversi sodod f’din id-dar. Il-Ministeru għal Għawdex għadu qed jistenna mingħand id-Djoċesi ta’ Għawdex biex ikun jista' jissokta l-proġett.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar– chairperson u membri tal-bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Chairpersons u membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' f'kull każ jgħid x'rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda miċ-Chairpersons u l-membri?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – chairpersons u membri tal-bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Chairpersons u membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ f’kull każ jgħid x’rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda miċ-Chairpersons u l-membri?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija fuq il-Mistoqsija Parlamentari numru 4755 f’Seduta 104, kien hemm żewgt bidliet fl-entitajiet li jidhru hawn taħt;
Transport Malta
Bord ta' Diretturi
James Piscopo
Chairman
Kevin Farrugia
Vici Chairman
Paul Muscat
Membru
Oliver Scicluna
Membru
Dr Mary Gauci
Membru
Perit Deborah Busuttil
Membru
Dr Denise Micallef
Membru
Dr Helga Buttigieg Debono
Membru
Nutar Dr Malcolm Mangion
Membru
Renald Falzon
Membru
Lands Authority
Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet
Judge Emeritus Dr C. Farrugia Sacco
Chairman
Odette Lewis
Membru
Alexander Muscat
Membru
Michelle Piccinino
Membru
Joseph Scalpello
Membru
John Vassallo
Membru
Paul Mifsud
Membru
Ryan Callus
Membru
Maria Cardona
Membru
William Wait
Membru
Għawdex — Aġenzija Sports Malta – proġetti infrastrutturali u apparat mixtri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti infrastrutturali saru f'Għawdex u x'apparat sportiv inxtara għal Għawdex mill-Aġenzija Sports Malta sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum u x'kienet l-ispiża fuq kull proġett u apparat sportiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ispiża ta' l-assistenza mogħtija minn SportMalta f'Għawdex.
Attachments:PQ 6217 - SportMalta - Għawdex - assistenza mogħtija.pdf
Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u entitajiet – sejħiet għall-postijiet/pożizzjonijiet vakanti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3242 u tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid f kull każ kif dawn inħarġu u ċjoè jekk inħarġux l-ewwel bħala sejħa interna jew inkella nħarġux għall-applikazzjonijiet minn barra mill-ewwel? Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti u liema le? Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex? Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s’issa u meta ġew mimlija?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – chairperson u membri tal-bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Chairpersons u membri tal-bordijiet, fl-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' f'kull każ jgħid x'rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda mic-Chairpersons u l-membri?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miġbura b'risposta għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant.
Ir-rimunerazzjonijiet indikati huma relatati mal-funzjonijiet konnessi max-xogħol tal-bord.
Attachments:PQ 6219 - MEDE - chairpersons u membri tal-bordijiet.pdf
In-Naxxar – Triq il-Forġa (parti) – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6105 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq il-Forġa (parti) fin-Naxxar?
Fleur-de-Lys – bus stop u traffic lights quddiem il-Kappella ta’ San Ġużepp
Question
Peress li sikwit jinġema’ ħafna traffiku madwar ir-roundabout tal-Ark ta' Fleur-de-Lys, jista’ l-Ministru jara li l-bus stop ta' quddiem il-Kappella ta' San Ġużepp (B'Kara/Sta Venera) titressaq ftit ‘l isfel, flimkien mat-traffic lights?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nkunu qed nevalwaw dan is-suġġeriment.
Triq l-Imdina sar-roundabout tal-Ark fi Fleur-de-Lys – traffic calming measures
Question
Peress li fi Triq l-Mdina, mil-lights ta' quddiem Oxford House fl-Imrieħel sar-roundabout tal-Ark ta' Fleur-de-Lys qed ikun hemm ħafna karozzi jsuqu b'sewqan perikoluż fil-karreġġjata tan-naħa ta' Fleur-de-Lys, u dan wassal biex il-monument tal-Ark diġà sofra xi inċidenti, jista’ l-Ministru jara li jsiru traffic calming measures, biex jiġu evitati inċidenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tieħu nota ta’ dan il-każ, ser tagħmel moniteraġġ u tevalwa din ir-rakkomandazzjoni.
Jista’ l-Ministru jara li jitneħħew jew jitressqu l-blokki kbar li qed jesporġu fuq Triq Psaila, kantuniera ma’ Triq Laurent Ropa u Triq Cuschieri, ġewwa Fleur-de-Lys, Birkirkara, li qed jagħlqu blokka bini, peress li għal żmien twil ilhom ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti u s-sewwieqa kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-blokki msemmija tneħħew kompletament wara l-intervent tal-Uffiċċjali tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini.