Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Toroq li jridu jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta' Raħal Ġdid qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Ħal Tarxien – toroq li jridu jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Santa Luċija – toroq li jridu jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta' Santa Luċija qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Tankijiet tal-fuel privati – ksur ta’ liġi

Question

B’referenza għat-tankijiet privati tal-fuel li huma illegali ta’ ħafna garaxxijiet li jordnaw fuel bulk biex ma jmorrux għand tal-pompi tal-petrol, jista’ l-Ministru jgħid x’rimedju qed jittieħed dwar hekk? Kemm inqabdu jiksru l-proċedura mir-REWS? Dawn it-tankijiet, bosta minnhom f’inħawi residenzjali, għandhom l-istandards ta’ protezzjoni meħtieġa? Min jissuplixxi l-fuel hu mġiegħel jiċċekkja jekk dawn is-sidien għandhomx permess?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-installazzjonijiet ta' ħażna ta' fuel għandhom bżonn awtorizzazzjoni mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma skond ir-Regolamenti dwar il-Petroleum għas-Suq tal-Karburanti bl-Imnut fuq l-Art. Skont dawn l-istess regolamenti hemm żewġ tipi ta’ awtorizzazzjoni li jistgħu jingħataw fejn hemm ħażniet ta’ fuel għall-użu personali u mhux għall-bejgħ: · operazzjoni ta’ stazzjon kummerċjali minn fejn jimtela l- petroleum, fejn il-kelma “Kummerċjali" tfisser post li ma jkunx miftuħ għall-pubbliku iżda minn fejn jitqassam il-karburanti għat-tħaddim tal-vetturi · operazzjoni ta’ faċilità sekondarja tal-ħżin tal- petroleum. F’każ ta’ installazzjonijiet ġodda r-Regolatur jesiġi li l-installazzjoni tilħaq l-istess standard mitlub minn stazzjonijiet li jbiegħu l-fuel, jiġifieri skont id-Design, Construction, Modification and Maintenance of Petrol Filling Stations Guidelines, ippublikati mill-Association for Petroleum and Explosives Administration (APEA). Barra minn hekk, l-operaturi għandhom isegwu Kodiċi ta’ Prattika attwali. Biex tingħata awtorizzazzjoni, l-applikant ukoll jiġi mitlub li jkollu l-permessi kollha meħtieġa, speċjalment il-permessi ta’ l-Awtorita’ tal-Ippjanar u dak ta’ l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi. Ir-Regolatur jieħu il-passi ta’ infurzar meħtieġa kull darba li jinqabad każ ta’ ħażna ta' fuel li m’għandhiex il-permessi meħtieġa. Kien hemm għaxar investigazzjonijiet riċenti (tul dawn l-aħħar tlett snin) li jirrigwardjaw stallazzjonijiet illegali ta’ ħazna ta’ fuel . Il-fornituri tal- fuel huma obbligati li jiċċekkjaw li l-istallazjoni fejn ser ifornu għandha l-permessi meħtieġa.

Tankijiet ta’ taħt l-art tal-fuel stations – lining tal-membrane

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ispeċifikazzjonijiet tal-lining tal-membrane tat-tankijiet ta’ taħt l-art tal-fuel stations? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li qed jiġi aċċettat lining ta’ membrane normali meta l-petrol idewbu u mhux il-lining tal-fuel tanks proprja li hu epdethelene benelyne nomimer membrane or fiber glass enforced plastic? Kif qed timmoniterja u tirregolarizza dwar hekk ir-REWS?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li waqt refurbishment ta’ petroleum filling station u għall-istazzjonijiet ġodda ir-Regolatur jesiġi li l-pit fejn ikunu ser jitpoġġew it-tankijiet tal-fuel kif ukoll l-oil/water separator (ta’ volum aktar minn 7000 litru) iridu jiġu miksija b’fuel-resistant self-healing geotextile membrane b’permjabilità minima ta’ 5x10-9 cm/s. Il-forecourt tal-istazzjon trid tinkesa ukoll b’din it-tip ta’ membrane. Dan it-tip ta' lining huwa mitlub skont id-Design, Construction, Modification and Maintenance of Petrol Filling Stations Guidelines,ippublikat mill-Association for Petroleum and Explosives Administration (APEA)' – it-tielet edizzjoni, Sezzjoni 8.5.5.3. Dawn il-linji gwida huma meqjusa internazzjonalment bħala ta’ livell għoli. L-operaturi tal-pompa taħt il-gwida ta’ inġinier kompetenti jrid jipprovdi ċertifikat li dan it-tip ta' lining ġie installat skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba.

Port Workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6179 u ċjoè: B’referenza għall-ħaddiema tax-xatt, b’mod partikolari l-port workers, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li kien hemm bżonn li għal darb’oħra jerġa’ jiddaħħal il-wirt tax-xogħol meta r-regoli tal-EU u l-good sense amministrattiv jistipulaw il-kontra? X’inhi r-raġuni għalfejn l-ebda ċittadin Malti u Għawdxi, ma jistax jikseb il-liċenzja bħala port workes sakemm ma jkollux lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkun diġà liċenzjat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hux korrett skont il-liġi li jingħad li ebda ċittadin Malti u Għawdxi ma jistax jikseb il-liċenzja bħala port worker sakemm ma jkollux lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkun diġà liċenzjat.

Renju Unit – Maltese Culture Movement – Malta Day

Question

L-akbar għaqda tal-Maltin fir-Renju Unit hi l-Maltese Culture Movement fejn ilha torganizza l-avveniment tal-Malta Day f’Settembru b’suċċess sa mill-2001, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna jagħti l-Ministeru tiegħu biex dan iseħħ? X’inhuma l-pjanijiet għal din is-sena u għas-sena 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Għaqda msemmija mhux l-unika organizazzjoni li hija nvoulta biex il-Malta Day fir-Renju Unit tiġi organizzata.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – laqgħat fuq traffikar taż-żejt mil-Libja għall-Italja

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3610, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-laqgħa kenitx organizzata formalment? Jista’ jgħid min kienu l-persuni involuti fil-laqgħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija 3610, specjalment għall-ewwel sentenza.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – kontribuzzjoni lil Diplo Foundation

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3600 jista’ l-Ministru jgħid għal liema użu kienet il-kontribuzzjoni ta’ €280,000 lid-Diplo Foundation? Jista’ jgħid kif intefqu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontribuzzjonijiet li għamel il-Ministeru lid-DiploFoundation matul is-snin imsemmija (2014-2017) ntużaw f’numru ta’ scholarships, fellowships, żvilupp ta’ proġetti u ICT infrastuttura, administrazzjoni u mmaniġġar tal-Fondazzjoni, partecipazzjoni f’Konferenzi, tisħiħ u tiġdid tal-Course Materials. Ta’ min jgħid li l-fondi li ntużaw fl-I scholarships u Fellowhips kienu ( full jew partial ) immirati għall-parteċipanti minn pajjizi li qegħdin jiżvillupaw u wkoll għall-Pajjizi Stati Zgħar.

Sptar Mater Dei – dħul minn bazaars fir-Reception Area

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn imur id-dħul minn bazaars li jkun hemm fir-Reception Area tal-Isptar Mater Dei, u għalxiex jintuża dan id-dħul? Jista' jgħid kemm kien id-dħul globali fl-aħħar sentejn (separatament)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Ottubru 2016 sal-jum li fih qegħda titwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari tiegħu d-dħul totali ġenerat għall-Isptar Mater Dei minn attiviatjiet li jinvolvu bejgħ ta’ oġġetti artiġjanali Maltin kien jammonta għal €5,786. Dawn il-flus jiġu depożitati fil-kont tal-Isptar u jintużaw primarjament biex jiżdiedu attivitajiet ta’ taħriġ għal ħaddiema tal-Isptar.

Eżamijiet għall-Posts ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għaddew mill-aħħar eżami li sar għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post u meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati f'kull post?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #6587 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Museum – Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4604, li kienet dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Gozo Museum u fejn fit-tweġiba għaliha ntqal li kienu ġew allokati €5 miljun mill-Fond Ewropew għal dan il-proġett, tista' l-Ministru tgħid għal liema perjodu ġew allokati dawn il-fondi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Gozo Museum ġew allokati mill-Programm Operattiv I 2014-2020 għall-perjodu mill-ewwel kwart tal-2015 sal-aħħar kwart tal-2020.
Leg 13 PQ #6588 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Qala Għawdex – Triq l-Imġarr — xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4988, li fit-tweġiba għaliha ntqal li kienu qed isiru verifiki biex jiġi stabbilit jekk l-art hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat, tista' l-Ministru tgħid jekk din l-informazzjoni ngħatatx?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #6589 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Investiment barrani f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' investiment barrani f'Malta u f'Għawdex (separatament) matul is-snin 2016 u 2017 (separatament)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-pożizzjoni tal-Investiment Dirett Barrani rigward Malta u Għawdex għall-ewwel sitt xhur tal-2017 kienet ta €165.5 biljun, imqabbla ma’ pożizzjoni ta’ €156.7 biljun għall-ewwel sitt xhur tal-2016. Il-pożizzjoni tal-Investiment Dirett Barrani rigward Malta u Għawdex fl-aħħar tal-2016 kienet ta’ €161.4 biljun. L-istatistika komparabbli għall-aħħar tal-2017 se tkun ippubblikata fl-aħħar kwart tal-2018. Figuri li juru l-Investiment Dirett Barrani għal Malta u Għawdex separatament mhumiex disponibbli.
Leg 13 PQ #6590 Sitting 136 2018-06-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas għal siegħa xogħol f’Malta

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5431 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5290 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol u l-mistoqsija parlmentari 5328 li saret lill-Ministeru għall-Famija, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-media lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta hu kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sors tal-informazzazzjoni dwar il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta huwa l-Labour Cost Index. Dan l-eżerċizzju jipprovdi rati ta' ħlas fis-siegħa għal setturi sħaħ. Għaldaqstant, l-Ministeru mhuwiex f'pożizzjoni li jipprovdi n-numru ta' ħaddiema relatat ma' firxa ta' ħlasijiet medji għal kull siegħa xogħol f'Malta, eż minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, eċċ., kif mitlub fil-mistoqsija.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – informazzjoni maħruġa bil-Malti

Question

Tista’ l-Ministru ġentilment tieħu l-passi neċessarji sabiex l-informazzjonijiet kollha li l-Ministeru tagħha joħorġu bħal (a) Society’s Concern u (b) Who is Who? jiġu tradotti bil-Malti għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin li ma jafux jaqraw bl-Ingliż?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li d-dokument Society’s Concern qiegħed preżentament fil-proċess li jiġi tradott għall-Malti filwaqt li d-dokument Who is Who? ser jiġi tradott għall-Malti fix-xhur li ġejjin.

Aġenzija Appoġġ – waiting list tas-servizzi offruti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28847 tat-12-il leġiżlatura, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x’servizzi qed toffri l-Aġenzija Appoġġ f’din il-Leġiżlatura u x’inhuma l-waiting list ta’ kull servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej ; Servizzi offruti mill-Aġenzija Appoġġ - Waiting List sa Marzu 2018: Servizz Numru ta’ Każijiet Pendenti Human Trafficking 0 Intake & Family Support Service 72 Domestic Violence 14 Għabex Shelter – women 0 Għabex Shelter - children accompanying women 0 Ghabex Shelter- minor 0 Managing Abusive Behaviour 0 Out of Home Care Programme 0 Out of Home Care Programme - Carers 0 Out of Home Care Programme - Children 0 Specialised Fostering 11 High Support Service 3 Mater Dei Hospital Social Work 0 Benniena 5 Paediatrics 0 Sir Anthony Mamo Oncology Centre - ex Boffa Social Work 31 Primary Health Care 7 Qormi Health Centre 3 Children & Young People Service 0 Mount Carmel Hospital Social Work 0 Floriana health centre 0 St Vincent de Paule – Residential Social Work 0 St Vincent de Paule – Community Social Work 30 Gozo Social Work Service 0 Fostering 32 Adoption – Prospective Adoptive Parents 10 koppji u 2 singles Adoption - Post Adoption 0 Cottonera Community Services – Social Work 0 Cottonera Community Services - Homestart 11 Gozo - Homestart 0 Paola Freire Institute Social Work 0 BKARA/MSIDA Community 3 QAWRA Community 2 VALLETTA Community 0 Programme Ulied Darna general 7 Programme Ulied Darna - Project Tereza 0 Looked After Childern 19 Court - Assessment 6 Court - Monitoring 2 Supervised Access Visit’s 25 Youth in Focus 28 Embark 4 Life 18 Hotline 0 Helpline 0 Supportline179 0 Santa Venera Residence - Adolescent Day Programme 39 Contained Therapeutic Programme 2 Warm Haven 0 Child Protection Investigation 307 Child Protection Monitoring 28

Kunsilli Lokali — Għarfien dwar is-Saħħa Mentali - Programmi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5933 u 6065 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista’ l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f’din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 6480.

Aġenzija Sapport: Attivitajiet organizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’attivitajiet ġew organizzati mill-Aġenzija Sapport għall-klijenti tagħhom matul is-sena l-oħra u din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Aġenzija Appoġġ: Programmi ta’ każijiet tal-familji

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-każijiet kollha tal-familji li qed jirċievu xi servizz mill-Aġenzija Appoġġ għandhomx programm individwali? Jekk iva, meta jiġi rivedut dan il-programm permezz ta’ case conference? Il-ġenituri jew carers li huma responsabbli tal-familji kkonċernati, qegħdin jingħataw kopja tar-rapporti individwali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każijiet kollha tal-Aġenzija Appoġġ qegħdin fuq programm u pjan individwali li jiġi deċiż flimkien mal-individwi ikkonċernati u mal-professjonisti kollha li jkunu qed jaħdmu fuq l-każ. Dan il-programm jiġi rivedut ta’ spiss, skont in-natura tal-każ u l-urġenza tas-sitwazzjoni. Meta l-każ ikun urgenti u ta’ natura delikata, il-każ ikun segwit permezz ta’ Case Conferences jew Case Reviews f’perjodu ta’ mhux aktar minn 3 xhur. Meta l-każ ikun aktar stabli, l-professjonisti u l-individwi involuti jistgħu jaqblu li jsegwu l-każ wara 6 xhur. Fil-Case Review jew Case Conference l-professjonisti jaqblu fuq pjan u jaslu għal rakomandazzjonijiet flimkien mal-familja, liema pjan u żviluppi jiġu analizzati fil-Case Review jew il-Case Conference ta’ wara. Meta l-ġenituri u l-carers isaqsu għal rapport illi jikkonċerna lilhom, l-Aġenzija Appoġġ tisma` t-talba tal-individwi u timxi skont il-liġi tad-Data Protection.