Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6065 u 5933 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista’ l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f’din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma’ għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li saru bosta laqgħat ta’ informazzjoni u outreach minn staff speċjalizzat mill-isptar Monte Carmeli dwar is-saħħa mentali. Dawn il-laqgħat ikunu miftuħa għall-pubbliku in ġenerali.
Qed nannetti ma’ din ir-risposta lista tal-laqgħat li saru matul din il-leġiżlatura s'issa, jiġifieri matul din l-aħħar sena, liema informazzjoni kienet provduta mill-istess Sptar.
LokalitàPostData
Is-SwieqiKunsill Lokali04/07/2017
Il-MellieħaDay Centre26/09/2017
In-NaxxarDay Centre20/10/2017
Ħaż-ŻebbuġKunsill Lokali24/10/2017
Il-BirguKunsill Lokali25/01/2018
In-NaxxarKunsill Lokali16/02/2018
Is-SwieqiKunsill Lokali20/02/2018
Il-GżiraDay Centre18/04/2018
VallettaFondazzjoni RISE30/04/2018
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6016 tat-12 ta' Ġunju, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument datat is-sena 1933 u li għamel referenza għalih fl-istess tweġiba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Karta tal-Identità ġiet ikkanċellata skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-talbiet kollha li daħlu għand Identity Malta biex l-Aġenzija tikkanċella karti tal-idenità u minflok toħroġ oħrajn b’restrizzjoni tas-safar fuqhom saru kollha fuq ordni tal-Qorti, dan skont artikolu 8 Kapitlu 258 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Bħala punt ta’ kjarifika, ma kien hemm l-ebda talbiet taħt artiklu 8 (d) tal-istess att imsemmi.
Nixtieq infakkar lill-Onor Interpellant li r-responsabbilità tal-karti tal-identità waqgħet taħt l-Aġenzija Identity Malta fi Frar 2014 u għaldaqstant it-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ detenituri u karti tal-identità kkanċellati minn din id-data ‘l quddiem.
Sena
Numru ta’ Karti tal-identità kkanċellati biex minflok tinħareġ oħra b’restrizzjoni ta’ safar
Numru ta’ Detenituri
2014
55
52
2015
212
208
2016
149
138
2017
163
154
2018*
75
75
*Informazzjoni miġbura sal-20 ta’ Ġunju 2018.
Karti tal-Identità — Detenturi mitluba biex jirritornaw lura l-Karti tal-Identità
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il detentur ta' Karta tal-Identità ġie mitlub biex jirritorna lura l-Karta tal-Identità tiegħu skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet mogħtija lid-detenturi tal-Karti tal-Identità?
Karti tal-Identità misruqa, distrutti jew sfigurati — rapporti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Karta tal-Identità ġiet irrapurtata misruqa, distrutta jew sfigurata lill-uffiċjal awtorizzat sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, skont l-informazzjoni miġbura. Nixtieq ukoll ngħarraf li din l-informazzjoni bdiet tinżamm mill-2016.
SenaMisruq jew MitlufaDistrutti jew Sfigurati
20166,13744
20175,83833
2018*2,52413
*Informazzjoni miġbura sal-20 ta’ Ġunju 2018.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6339 u jgħid jekk hemmx siġar protetti fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ’Attard ħdejn l-MFSA sa ftit ‘il fuq mid-daħla ta’ Ta’ Qali Ħ’Attard?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 6506. Inżid ngħid li qed isir kull sforz sabiex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ massage parlours fil-lokalitajiet tal-Belt Valleta, Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f’Għawdex, li kienu qed joperaw fl-2015, 2016, 2017 u sa Mejju 2018, maqsuma għal kull sena, f’kull lokalità rispettivament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-massage parloursma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’regolamenti ta’ saħħa hemm li qed jirregolaw il-massage parlours li għandna miftuħa fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ metri kwadri ta’ art/raba’ li se tkun qed tittieħed bħala spazju għat-triq li qed tissejjaħ Central Link mill-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru diskussjonijiet mal-Awtoritajiet konċernati u għaldaqstant il-pjanti għadhom qed jiġu ffinalizzati.
Kirja ta’ ħanut trasferita minn retail għall-massage parlour
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern awtorizzax it-trasferiment fil-kirja ta’ ħanut fil-binja tal-Gvern quddiem id-Dar tal-Anzjani tal-Mosta ħdejn il-Government Housing Estate u fejn hemm il-kumpless tal-ħwienet, fejn minn ħanut retail, illum sar massage parlour?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jindika b'mod aktar preċiż għal liema ħanut qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid fir-rigward ta’ massage parlours, x’qed isir mill-Gvern permezz tal-pulizija sabiex ikun regolat dan is-settur fil-każ:
a. Li permezz ta’ dawn il-
massage parlours
, naraw li pajjiżna mhux qed iservi mezz li jippromwovu
t-Traffikar tal-Bniedem
;
b. Sabiex naraw li dawn is-siti kummerċjali ma jispiċċawx bħala burdell;
c. Sabiex naraw li r-residenti tat-toroq fejn hemm dawn is-siti kummerċjali li joffru servizz ta’
massage parlour
ma jispiċċawx iffastidjati kemm minn dawk li qed joffru s-servizz kif ukoll minn dawk li jkunu qed ifittxu li jieħdu s-servizz minn dawn is-siti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ma kellhiex rapporti li jindikaw li dawn is-siti qed jintużaw bħala burdell jew li r-residenti tat-toroq fejn hemm massage parlours ġew iffastidjati kemm minn dawk li qed joffru s-servizz kif ukoll minn dawk li jfittxu li jieħdu s-servizz minn għandhom. Però waqt li l-pulizija qed tagħmel u se tkompli tagħmel ir-rondi fl-inħawi ta ‘ dawn is-siti, nitlob li jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni dwar xi każ speċifiku, jagħtina aktar dettalji sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorament.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6438 tad-19 ta’ Ġunju 2018, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-qabdiet ta’ droga li saru mill-Pulizija fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fit-2018 sal-aħħar ta’ Mejju? Kulma qed nistaqsi x’kienu l-qabdiet u kemm kien il-valur ta’ flus ta’ kull qabda.
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 6438.
Jista’ l-Ministru jindika liema se jkunu l-160 triq li Infrastruttura Malta se tkun qed tagħmel fix-xhur li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-l Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw. Ix-xogħol tal-infrastruttura tat-toroq se tiġi ppjanata b’mod gradwali meta din l-entità tiġi mwaqqfa fix-xhur li ġejjin.
Il-Mellieħa – Pulizija fi Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira
Question
Fid-dawl li wieħed jista’ jantiċipa li jseħħ xi inċident waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li jkun hemm pulizija/uffiċjal tal-komunità (warden) biex ikun jista’ jinforza regolamenti tat-traffiku fiż-żoni ta’ Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira, il-Mellieħa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal fejn l-iskola Primarja tal-Mellieħa dejjem ikun hemm uffiċjal tal-pulizija ddettaljat sabiex jagħmel school shepherding u sabiex jinforza r-regolamenti tat-traffiku fil-lokalità indikata. Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjali tal-komunità (wardens) ma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.
Il-Mellieħa – Uffiċjali tal-Komunità fi Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira
Question
Fid-dawl li wieħed jista’ jantiċipa li jseħħ xi inċident waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li jkun hemm pulizija/uffiċjal tal-komunità (warden) biex ikun jista’ jinforza regolamenti tat-traffiku fiż-żoni ta’ Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira, il-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija LESA toffri servizz regolari ta’ moniteraġġ mill-Uffiċċjali tal-Komunità mal-Iskejjel Primarji f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex u din l-iskola se tingħata l-istess servizz.
Programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta – lista ta’ persuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6361 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6183 u 6368 u jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li hemm 27 appell pendenti quddiem it-Tribunal Għas-Servizzi Finanzjarji. Minnhom 5 jinsabu differiti għas-sentenza, 16 jinsabu differiti għall-provi, 3 sospizi pendenti appell, 2 fi stadju ta’eccezzjonijiet preliminari u wieħed jrid jigi stradat.
Minbarra l-appelli elenkati hawn fuq, bhalissa hemm ukoll pendenti quddiem it-Tribunal applikazzjoni għal approvazzjoni tat-Tribunal għal trasferiment ta’ kummerċ fit-tul
(transfer of long term business)
Fuq parir legali u għall-protezzjoni tad-dritt tal-privatezza m’ hinix qiegħed nippubblika l-ismijiet tal-kazijiet in kwistjoni.
Pubblikazzjoni tal-lista li ngħataw iċ-Ċittadinanza Maltija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità tal-Gudja, qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalita tal-Fgura qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.