Wied il-Għajn – inkjesta fi blokka fejn kien hemm nar
Question
B’referenza tal-eżitu tal-inkjesta li saret minħabba nar fi blokka f’Wied il-Għajn fejn persuna tilef ħajtu, jista’ l-Ministru jgħid hux legali li fi blokka ta’ flats fejn ikunu joqogħdu numru ta’ residenti, l-aċċess għall-bejt ikun imblukkat jew agħar, magħluq b’mod permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex se timpjega lill-individwu (a) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jekk huwiex se jkun impjegat mal-istess Transport Malta fil-kariga li kellu l-individwu (b) li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent la huwa impjegat tal-Awtorità u ma hemm ebda proċess sabiex jiġi mpjegat.
Qorti Ewropea tal-Ġustizzja – proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika miftuħa għall-proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja peress li f’Ottubru li ġej jiskadi t-terminu tal-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u stante li tali proċess ta’ għażla jdum mill-inqas disa’ xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea saret ai termini tal-Artikolu 253 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fejn Imħallef jista’ jarġa’ jinħatar. Minħabba l-fatt li l-kandidat Malti għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea cioe l-Imhallef Peter G Xuereb diġa għadda minn proċedura miftuħa tal-għażla u bħalissa qed iservi bħala Imħallef fil-Qorti Ġenerali, ma kienx meqjus neċessarju li tinħareġ sejħa pubblika oħra sabiex dan ta’ l-aħħar jinħatar bħala Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.
Meta ġie maħtur bħala Imħallef fil-Qorti Ġenerali dan ta’ l-aħħar intgħażel fuq bażi ta’ mertu, wara intervista minn Kumitat ta’ Għażla.
Fid-19 ta’ Marzu 2018, il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ħareġ opinjoni pożittiva dwar l-idoneità tal-kandidat Malti sabiex jaqdi d-dmirijiet ta' Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea. Din il-kandidatura ġiet ikkonfermata mill-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fil-marġini tal-Kumitat tar-Rapreżentanti Permanenti tat-13 ta’ Ġunju tal-2018.
L-Imħallef magħżul għall-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea huwa mistenni li jidħol fil-kariga l-ġdida tiegħu fis-6 t’Ottubru 2018.
Qorti Ewropea tal-Ġustizzja – proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika miftuħa għall-proċess ta’ għażla għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja peress li f’Ottubru li ġej jiskadi t-terminu tal-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u stante li tali proċess ta’ għażla jdum mill-inqas disa’ xhur?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni dwar bini ta’ toroq f’Għawdex – inkjesta mill-Pulizija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Inkjesta tal-pulizija dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni dwar bini ta’ toroq f’Għawdex ġietx konkluża u x’kienu l-konklużjonijiet u jikkonferma jekk il-persuni li kienu jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex li ġew sospiża f’Lulju 2017 (inkluż id-Direttur, il-Perit u l-PA tad-Direttur) fuq diversi allegazzjonijiet li saru, reġgħux iddaħħlu lura jaħdmu mal-gvern f’dawn l-aħħar ġranet? Jista’ jgħid min ta l-ordni biex dawn il-persuni jerġgħu jiddaħħlu lura jaħdmu fis-Servizz Pubbliku, x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu, ma’ liema Ministeru qed jaħdmu kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, taħt liema titlu u f’liema grad iddaħħlu lura għax-xogħol, u minn liema Ministeru qed jitħallsu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
Avukat Ġenerali – Artikolu 569 (6) tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm istanzi jew każijiet fl-aħħar 20 sena fejn l-Avukat Ġenerali ma qabilx u mar kontra r-rakkomandazzjoni ta’ xi Maġistrat Inkwirenti għeluq inkjesta li kien irrakomanda li jittieħdu passi kriminali kontra individwu, skont l-art. 569(6) tal-Kodiċi Kriminali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onorevoli Membru huwa nformat illi l-poter tal-Avukat Ġenerali li joħrog nolle prosequi jew biex proċeduri kriminali ma jinbdewx jew biex ma jitkomplewx m’ huwiex poter li għalih isir rikors ta’ spiss.
Fil-fatt mis-sena 1989 sa llum inħarrġu b’ kollox madwar 19 il-nolle prosequi li ġeneralment ma kienux tat-tip imsemmi fid-domanda u ċioe taħt l-artikolu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali iżda nħarrġu wara li kienu nbdew proċeduri u nstab li ma kienx hemm bizzejjed provi biex wieħed jipproċedi.
Ma tinżammx statistika separata dwar it-tip ta’ ordni ta’ nolle prosequi msemmi fid-domanda iżda nista’ ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-indikazzjonijiet huma illi mill-2010 sa llum kien hemm każ wieħed biss fejn l-Avukat Ġenerali ħareg ordni ta’ dan it-tip.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – laqgħa ma’ individwi minn rappreżentanti jew uffiċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, iltaqgħu ma’ rappreżentanti jew uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Mejju 2017? Jista’ jgħid ukoll meta u ma’ min iltaqgħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ix-xogħol tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinvolvi fost oħrajn laqgħat regolari ma' numru kbir ta' nies minn sferi differenti. Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiltaqa magħhom u dettalji ta’ kull laqgħa.
Kunsilli Lokali – nefqa f’bini ta’ toroq mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa ta' kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex f'bini ta' toroq mill-ġdid matul is-snin 2016 u 2017, sena b'sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ai termini tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Artiklu 33 (1) (a), Il-Kunsill Lokali għandu l-funzjoni:
“li jipprovdi biex
tinżamm fi stat tajjeb u għall-manutenzjoni ta’, jew titjib fi, kull triq jew mogħdija, li ma tkunx proprjet
à privata:
Iżda l-manutenzjoni għar-rigward ta’ xi triq jew mogħdija tinkludi l-kisi jew l-asfaltar tagħha, iżda ma tinkludix ir-rikostruzzjoni
tagħha.”
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali għas-sena 2016 u 2017 li jiddikjaraw li għamlu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mit-8 ta Marzu 2013 sal-lum kemm ħaddiema li kienu jaħdmu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex talbu li ma jibqgħux hemm u minflok imorru jaħdmu x’imkien ieħor? Kemm kien ilhom jaħdmu ġewwa l-isptar t'Għawdex u x’kien il-grad ta’ dawn il-ħaddiema li talbu li jiġu trasferiti? jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema li talbu li jiċċalqu iżda ma ġietx milqugħa t-talba tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li bejn it-8 ta’ Marzu 2013 u t-22 ta’ Ġunju 2018 talbu li jiċċaqilqu mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex imorru jaħdmu x’imkien ieħor kien jammonta għal 73, li 65 minnhom kellhom it-talba milqugħa filwaqt li tmienja oħra ma kellhomx it-talba approvata.
Il-grad tal-ħaddiema li t-talba tagħhom intlaqgħet kien dak segwenti:
Grad
Numru ta’
transfers
li ġew approvati
Allied Health Professional - Podiatry
1
Assistant Clerk
5
Assistant Foreman
1
Assistant Principal
5
Chaplain
1
Chief Nursing Manager
1
Clerk
2
Cook
2
Deputy Charge Nurse
1
Executive Officer
11
Gardener
1
General Hand
2
Health Assistant
3
Health Assistant
1
Manager (Employee Services)
1
Messenger
1
Nursing Aide
1
Principal
10
Procurement Manager
1
Security Guard
1
Senior Clerk
7
Senior General Practitioner
1
Senior Pharmacist
1
Senior Pharmacy Technician
1
Staff Nurse
3
In-Naxxar – Triq Gaetano Vitale– xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6106 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Gaetano Vitale (parti) fin-Naxxar?
In-Naxxar – Triq Ġdida fi Triq tan-Najder – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6107 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Ġdida fi Triq tan-Najder fin-Naxxar?
In-Naxxar – Triq Birguma (l-aħħar parti) – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6108 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Birguma (l-aħħar parti) fin-Naxxar?
In-Naxxar – Triq San Ġwann l-Evanġelista (parti) – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6109 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq San Ġwann l-Evanġelista (parti) fin-Naxxar?
In-Naxxar – Triq Baħar iċ-Ċagħaq – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6110 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Baħar iċ-Ċagħaq fin-Naxxar?
In-Naxxar – Sqaq fi Triq il-Għargħur – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6111 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Sqaq fi Triq il-Għargħur fin-Naxxar?
Persuni ta’ ċittadinanza barranija li għandhom permess jirrisjedu f’Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' ċittadinanza barranija li għandhom il-permess ta’ residenza f'Malta anke jekk temporanjament? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma dawn il-persuni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li n-numru ta' persuni ta' ċittadinanza barranija li għandhom il-permess ta’ residenza f'Malta huwa ta’ 29,246.
Persuni li mhux ta’ ċittadinanza Maltija reġistrati mal-Jobsplus
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni li mhumiex ta' ċittadinanza Maltija imma li huma reġistrati mal-JobsPlus u li għandhom impjieg f'Malta kemm jekk part-time jew full-time? Jista' jgħid kemm minn dawn huma reġistrati bħala li qed jaħdmu part-time u kemm minnhom qed jaħdmu full-time? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi huma ġejjin dawn il-persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli (Tabella A: Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Tabella B: Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi) li juru l-għadd ta’ persuni li mhumiex ta' ċittadinanza Maltija imma li huma reġistrati mal-Jobsplus u li għandhom impjieg f'Malta u/jew f’Għawdex fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta’ Diċembru 2017.
B’referenza għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 3328 u 5756, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar ilha għal xhur sħaħ tistenna l-informazzjoni u dokumenti li talbet lil Vitals GH u issa lil Steward fl-iscreening letter sabiex tkun tista’ tivvalida u tibda tipproċessa din l-applikazzjoni PA 7491/16 u ċjoè l-applikazzjoni għall-Master Plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li t-tmexxija ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għaddiet f’idejn Steward Health Care fi Frar li għadda bħalissa qiegħed isir review dettaljat tal-master plan tal- proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment infrastrutturali sar fil-Barracks tal-Forzi Armati fin-Nadur u f'postijiet oħra li għandha l-AFM ġewwa Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienet l-ispiża sena b'sena u x’proġetti infrastruturali hemm ippjanati minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena fis-siti tal-Forzi Armati f'Għawdex? Jista' jgħid kemm hemm suldati stazzjonati Għawdex u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-FAM nefqet €3019 fl-2013, €1311 fl-2014, €106 fl-2015, €2667 fl-2016, €4619 fl-2017 u €1758 fl-2018 f'xogħlijiet ta' manutenzjoni.
Minbarra xogħlijiet ta' manutenzjoni, huwa ppjanat li jitjiebu abluzzjonijiet, il-kwartieri tas-suldati, it-tkabbir tal-
helipad
u rilokazzjoni tal-irbit tal-bastimenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel, twaqqa’ aktar minn sena ilu biex minfloku tibda tinbena l-Iskola ta’ Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-iżvilupp li huwa ppjanat u li qiegħed fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex jinkludi canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti li jkunu rikoverati fl-isptar. Sakemm dan jitlesta saru arranġamenti alternattivi ma’ kiosk fil-parkeġġ tal-isptar biex dan jissupplixxi dak li jintalab mill-ħaddiema u qraba ta’ pazjenti rikoverati fl-isptar. Dan filwaqt li diversi ħaddiema tal-isptar huma wkoll intitolati u jistgħu jagħmlu użu mis-servizz ta’ catering li jipprovdi l-isptar stess.