Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sit ta’ kostruzzjoni – boundary wall

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex legali jew le, li jinbena boundary wall fejn ikun hemm sit ta’ kostruzzjoni u għalhekk ikun qed isir il-bini, u l-iżviluppatur jibni boundary wall taħt il-bankina, u għalhekk il-bankina ma tibqax aċċessibbli għall-persuni li jkunu jridu jimxu fuq il-bankina?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ fejn ikun qed isir skavar u taħmil tal-lant eżatt taħt il-bankina, iva jaf ikun meħtieġ li l-ħajt ta’ lqugħ jinbena taħt il-bankina sabiex jevita li n-nies jgħaddu minn fuq l-istess bankina peress li din ikollha l-possibiltà li tisfronda u l-periklu jkun ħafna akbar.

Awtorità tal-Ippjanar – Tas-Sliema — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tas-Sliema bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – San Ġiljan — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – San Ġiljan – Paceville — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar Paceville li jinsab fil-konfini tal-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – Il-Gżira – sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Gżira bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – Pembroke – sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Pembroke bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – Is-Swieqi – sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tas-Swieqi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Reġistru ta’ djar antiki protetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6320 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix reġistru ta’ djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-registru ta’ proprjetà skedata jinżamm mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #6574 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bejgħ taċ-ċittadinanza lejn Malta miċ-Ċina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx entità/jiet li għandha/hom dritt/ijiet esklussiv/i tal-bejgħ taċ-ċittadinanza lejn Malta miċ-Ċina? Jista’ jgħid kemm jitħallsu ta’ kull bejgħ ta’ passaport? Kemm huma ċ-ċittadini Ċiniżi li issa għandhom passaport Malti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le

Rabat – protezzjoni tal-foss il-qadim

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6358 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6034, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed tieħu s-Sovratendenza biex il-foss il-qadim tar-Rabat li jmur lura għaż-żmien ir-Rumani u li kien parti mil-limiti tal-Imdina, jiġi mħares?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-foss il-qadim tar-Rabat (Malta) hu mħares permezz ta’ Skedar skont in-Notifiki tal-Gvern Numru 766/98 u n-Notifiki tal-Gvern Numru 1064/13, kif ukoll jinsab fiż-Żona ta’ Konservazzjoni Urbana skont kif ippubblikat fil-Pjan Lokali tal-Majjistral ta’ Malta. Meta s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tiġi kkonsultata mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar xi żvilupp fil-viċinanza tal-imsemmi sit normalment: A. teżamina il-pjanti, ritratti u dokumenti annessi fl-applikazzjoni; B. tispezzjona s-sit minn barra u anke ġewwa; C. titlob lill-perit għal aktar informazzjoni jekk hemm bżonn; D. tagħmel tiftix għall-iktar informazzjoni fejn meħtieġ; E. tikkonsulta internament; F. fejn meħtieġ titlob lill-perit jemenda l-pjanti biex jiġi protett aħjar il-patrimonju; G. tirrakomanda miżuri u kundizzjonijiet minn għażla li jvarjaw skont il-każ, bħal: 1. li l-iżvilupp għandu jsegwi r-regolamenti dwar iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana fil-Pjan Lokali, l-iSPED u d-DC15; 2. ġieli ma’ jitħalliex issir tneħħija ta’ ħamrija (li jista' jkun fiha materjal arkeoloġiku) u lanqas qtugħ ta’ blat; 3. jintalab rapport dwar kif ser isir kwalunkwe tneħħija ta’ xi strutturi ta’ żmien iktar riċenti; 4. jintalab rapport dwar kif ser issir ir-restawr; u 5. kundizzjoni sabiex għas-spejjeż tal-applikant jitqabbad arkeologu kwalifikat mir-Reġistru miżmum mis-Sovrintendenza fejn jiġi segwit ix-xoghol biex jiġi żgurat li ma’ ssirx ħsara lill-patrimonji, jew jekk f’każ li jinstabu fdalijiet arkeoloġiċi jiġi mwaqqaf ix-xogħol u msejħa s-Sovrintendenza sabiex teżamina u tidderieġi dwar x’għandu jsir. Aktar tgħarif dwar is-sorveljanza jista’ jiġi aċċessat fuq is-sit elettroniku tas-Sovrintendenza: https://culture.gov.mt/en/culturalheritage/Pages/CulturalHeritageSurveillance.aspx

Għażla tal-istaff konsulari fl-Ambaxxati / Kummissjonijiet Għolja / Rappreżentanzi Permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-istaff konsulari fl-Ambaxxati / Kummissjonijiet Għolja/ Rappreżentanzi Permanenti ser jibdew jintgħażlu mill-Aġenzija Identità Malta u mhux mill-Korp Diplomatiku Malti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni fil Kummerċ huwa responsabbli mill-istaff li jiġu mgħażula biex iservu barra minn Malta.

Persuni li jħossuhom iżolati u esklużi mis-soċjetà – għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern u kemm qed jinvesti flus ma’ gruppi u entitajiet biex itejjeb is-sitwazzjoni ta’ persuni li jħossuhom iżolati u esklużi mis-soċjetà minħabba solitudni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mituba minnu. Madanakollu, infakkar lill-Onor. Interpellant li, minbarra dan l-investiment u s-sħubija ma’ għaqdiet non-governattivi u djar jew residenzi tal-Knisja, in-nefqa kollha ta’ dan il-Ministeru, hija primarjament immirata lejn gruppi u individwi fis-soċjetà, li għandhom bżonn għajnuna fl-immedjat u anke` bi pjanijiet fit-tul biex innaqsu l-problema tal-faqar, solitudni u esklużjoni soċjali. Din il-ħidma tvarja minn għajnuna lil familji bi dħul baxx, persuni b’ġenitur wieħed u tfal li qed jgħixu fi djar tat-tfal jew tfal suxxettibli għal vjolenza domestika, servizzi terapewtiċi u psikoloġiċi lill-familji li għaddejjin minn żmien diffiċli, numru ta’ servizzi lill-anzjani li jgħixu fi djarhom, kif ukoll lil dawk residenti ġewwa d-djar tal-anzjani, numru ta’ servizzi offruti lill-persuni b’diżabilità, għajnuna ta’ housing soċjali, servizzi u għajnuna lill-vittmi tad-droga u persuni li għaddejjin minn problemi relatati mal-vizzju tal-alkoħol, kif ukoll kenn u sostenn lil min m’għandux saqaf fuq rasu.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat għall-Gvern Lokali u komunitajiet - receptions

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm saru receptions min-naħa tas-segretarjat għal Gvern Lokali u komunitajiet matul din il-leġiżlatura u sa meta ġiet magħmula din il-mistoqsija? Jekk saru xi tip ta’ receptions, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il reception saret, kif ukoll l-ismijiet tal-caterers?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li s-segretarjat għal Gvern Lokali u komunitajiet ma għamel l-ebda reception matul din il-leġiżlatura.

Xogħol ta’ kostruzzjoni – ħinijiet u ġranet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema ġranet u ħinijiet jista’ jsir xogħol ta' kostruzzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jistgħu jsiru xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bejn it-Tnejn u s-Sibt mis-7.00 a.m. sat-8.00 p.m. Bejn is-2.00 p.m. u l-4.00 p.m. iżda ma jistax isir xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ, dan jgħodd ukoll għal perjodu bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru fiż-żoni turistiċi f’kull ħin.

Youth Cafes, Hubs u Youth Stops

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’ Youth Cafes, Hubs u Youth Stops li għandna f’pajjiżna u f’liema lokalitajiet qegħdin u meta twaqqfu? Fiex jikkonsistu dawn is-servizzi? Hemm il-ħsieb li jinfetħu oħrajn bħalhom speċjalment f’lokalitajiet kbar bħal Wied il-Għajn fejn hemm jgħixu numru kbir ta’ żgħażagħ u koppji żgħar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Żgħażagħ toffri s-servizzi ta’: - 5 Youth Cafes li qegħdin fil-Qawra, Imsida, Kottonera (twaqqfu f'Lulju 2012), Paola (Marzu 2018) u Qrendi (Ġunju 2018) - 5 Youth Hubs li qegħdin fl-MCAST, GCHSS, Santa Venera (twaqqfu f'Ottubru 2014), Gżira (Ottubru 2015) u Għawdex (Ottubru 2016) - Youth Stop wieħed li qiegħed fil-Youth Village Santa Venera (Ottubru 2013). Dwar is-servizzi offruti minn dawn iċ-Ċentri, nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. AZ hija impenjata li tkompli bil-ħidma tagħha biex issaħħaħ dawn is-servizzi skont il-ħtiġijiet u r-rikjesti taż-żgħażagħ.

Skejjel tal-Istat – talks kif l-istudenti jegħlbu l-istress

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel tal-Istat fejn isiru talks kif l-istudenti jegħlbu l-istress speċjalment fiż-żmien l-eżamijiet matul dawn l-aħħar ħames snin? F’liema skejjel saru dawn it-talks u meta saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali – servizz ta’ outpatients fl-Isptar Mater Dei jew fil-komunità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19044 tat-12-il leġislatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika f’liema lokalitajiet jgħixu t-total ta’ 13,000 persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali li qed jirċievu s-servizz ta’ Outpatients ġewwa l-Isptar Mater Dei jew fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li qed jibbenefikaw mis-servizz ta’ Outpatients ġewwa l-Isptar Mater Dei jew fil-komunità jgħixu fil-lokalitajiet segwenti; Ħ’Attard, Baħar iċ-Ċagħaq, il-Baħrija, Ħal Balzan, il-Bidnija, Birkirkara, Birżebbuġia, Żurrieq, Buġibba, Burmarrad, Bormla, Ħad-Dingli, il-Fgura, il-Furjana, l-Għadira, il-Għargħur, Ħal Għaxaq, Gwardamanġia, il-Gudja, il-Gżira, Ħal Far, il-Ħamrun, Tal-Ibraġġ, l-Iklin, il-Kalkara, il-Kappara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Ħal Luqa, Marsaskala, il-Madliena, l-Magħtab, il-Manikata, il-Marsa, Marsaxlokk, l-Imdina, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imrieħel, l-Imsida, l-Imtarfa, in-Naxxar, Paceville, Raħal Ġdid, Pembroke, il-Pieta’, l-Qawra, Ħal Qormi, il-Qrendi, r-Rabat, Ħal Safi, is-Salina, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, San Pawl tat-Tarġa, L-Isla, s-Siġġiewi, tas-Sliema, St Andrew’s, Santa Luċija, Santa Venera, is-Swatar, is-Swieqi, Ta’ Ġiorni, Ta’ Xbiex, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, il-Birgu, ix-Xemxija, ix-Xgħajra, Ħaż Żabbar, Ħaż Żebbuġ, iż-Żejtun, iż-Żurrieq u f’Għajnsielem, l-Għarb, Marsalforn, il-Munxar, in-Nadur, il-Qala, s-Sannat, ix-Xagħra, ix-Xewkija, x-Xlendi u r-Rabat Għawdex.

Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali – Trasport

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex ma huwiex provdut trasport għaċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali meta dan it-trasport huwa provdut lil persuni b’diżabilità intellettwali li jattendu fiċ-Ċentri tagħhom? Hemm il-ħsieb li fil-futur qarib jibda jingħata dan is-servizz tant importanti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tas-servizzi tac-Ċentri ta` Matul il-Jum għall-persuni b`nuqqas ta` saħħa mentali huwa differenti minn dak provdut lill-persuni b`diżabilità intellettwali. L-għan tac-Ċentri ta` Matul il-Jum għall-persuni b`nuqqas ta` saħħa mentali huwa li jassistu fil-proċess ta` rijabilitazjoni biex persuna terġa’ tikseb il-ħiliet bażiċi meħtieġa sabiex tiffunzjona fil-ħajja ta` kuljum b`mod independenti. Għalhekk dawn il-persuni li jattendu huma mħeġġa biex jużaw il-karozza tal-linja biex jattendu ċ-ċentri rispettivi tagħhom kif ukoll għall-qadi personali tagħhom b’hekk ikunu qed jiffunzjonaw b`mod independenti fil-komunità.