Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #7008 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skejjel tal-Istat – average teaching load

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-average teaching load tal-għalliema tal-Ingliż u tal-Matematika fl-iskejjel tal-istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-199 għalliema tal-Ingliż fl-iskejjel tal-istat qed jaqsmu bejniethom load ta’ 4,563 lezzjoni. Dan jagħti average load ta’ 22.93. Tajjeb wieħed jinnota li 15.7% tal-load ta’ dawn l-għalliema (718-il lezzjoni) hija ddedikata għal servizzi bħal Guidance, Library, Learning Support Zone u Health & Safety. Il-183 għalliema tal-Matematika fl-iskejjel tal-istat qed jaqsmu bejniethom load ta’ 4,100 lezzjoni. Dan jagħti average load ta’ 22.4. Tajjeb wieħed jinnota li 14.4% tal-load ta’ dawn l-għalliema (590 lezzjoni) hija ddedikata għal servizzi bħal Guidance, Library, Learning Support Zone u Health & Safety.
Leg 13 PQ #7009 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Direttorat għas-Servizzi Edukattivi – supply teachers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ supply teachers li ġew ingaġġati din is-sena mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi fl-iskejjel primarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta’ supply teachers li ġew ingaġġati din is-sena mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi fl-iskejjel primarji huwa ta’ 59.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – laqgħa ma’ individwi minn rappreżentanti jew uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, iltaqgħu ma’ rappreżentanti jew uffiċjali tal-Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma bejn Marzu 2013 u Mejju 2017? Jista’ jgħid ukoll meta u ma’ min iltaqgħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma twaqqaf f’Ġunju 2017.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – direct order lil One TV

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 514, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għad-direct order ta’ €50,000 lil One TV f’Diċembru 2016? Għala ma nħarġitx sejħa pubblika?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu ntgħażlu l-PBS u l-One TV għax-xandiriet meħtieġa minħabba li skont l-Awtorità tax-Xandir huma l-akbar żewġ stazzjonijiet.
Leg 13 PQ #3844 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – ċaqliq ta’ personnel

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 515, jista’ l-Ministru jgħid x'ċaqliq ta' personnel kien hemm fil-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) (jiġifieri kull transfer lejn l-FIAU u mill-FIAU, u fi ħdan l-istess FIAU) mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda ċaqliq ta' personnel la lejn l-FIAU u lanqas mill-FIAU. Fi ħdan l-FIAU, seħħ ċaqliq volontarju f'Marzu, 2018, minn persuna waħda. Dan seħħ wara li kien hemm sejħa interna u l-persuna applikat għall-pożizzjoni f’sezzjoni oħra fl-FIAU.
Leg 13 PQ #3845 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 516 fejn intqal li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet fi ħdanu taw iktar minn €10 miljuni f’direct orders fl-2017, jista’ l-Prim Ministru jgħid għal kull każ lil min ingħata kull direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3865 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

VGH – membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-membri ta’ kull kumitat ta’ evalwazzjoni u aġġudikazzjoni biex il-Vitals Global Healthcare (VGH) intgħażlu mill-Gvern Malti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt mgħarraf li l-Bord ta’ Evalwazzjoni kien kompost minn persuni maħtura mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija minn fost persuni b’esperjenza fil-qasam tal-proġetti pubbliċi u tas-saħħa, u li għandhom l-indipendenza tal-ġudizzju meħtieġa biex iwettqu dik il-funzjoni, u dan kif dejjem isir. Peress li l-membri tal-Bord jaġixxu fil-mansjoni uffiċjali u mhux personali, u peress li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Gvern li jirrispondi għad-deċiżjonijiet tagħhom, il-Gvern ma jħossx li jkun korrett li d-data personali tal-individwi tiġi mxandra.

VGH – membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kienu, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-membri ta’ kull kumitat ta’ evalwazzjoni u aġġudikazzjoni biex il-Vitals Global Healthcare (VGH) intgħażlu mill-Gvern Malti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #6274 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija – Government Experimental Farm – Home Assistance Section

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ilha mwaqqfa l-Home Assistance Section ġewwa l-Government Experimental Farm fix-Xewkija? Kif intgħażel il-Government Experimental Farm bħala l-post fejn topera din is-sezzjoni? Kemm hemm jaħdmu ħaddiema f’din is-sezzjoni? X’inhu l-grad tagħhom? Kemm ilhom jaħdmu mal-Gvern? Kif intgħażlu dawn il-ħaddiema biex jaħdmu f'din is-sezzjoni? X'inhu l-irwol ta’ din is-sezzjoni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Home Assistance Section huwa servizz ġdid għall-azzjoni ġdid għall-anzjani li beda’ jiġi offrut mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2018. Provizorjament, din is-sezzjoni qed topera mill-Government Experimental Farm. F’din is-sezzjoni hemm dawn il-ħaddiema kif ġej: Numru ta’ ĦaddiemaGradKemm ilhom jaħdmu mal-Gvern 1Senior Care Worker1 ta’ Diċembru 1992 19Impjegati tal-Community Worker SchemeImpjegati ma’ kumpanija privata L-irwol ta’ din is-sezzjoni huwa li jipprovdu kuntatt u għajnuna lill-persuni anzjani li jgħixu fid-djar u l-persuni li jaħdmu f’din is-sezzjoni ingħataw taħriġ professjonali.

Għarb Għawdex – Triq Franġisk Portelli – tarmak

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 5913 li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq peress li kif intqal fit-tweġiba parlamentari indikata, ix-xogħol qed isir mill-Water Service Corporation?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’diskussjonijiet rigward ix-xogħol meħtieġ mal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #6276 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jkun hemm ħaddiema f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, li se jilħqu l-età tal-irtirar f’kull sena, minn din is-sena sas-sena 2025?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bord ta’ Riabilitazzjoni tad-Droga – każijiet ta’ persuni resident f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bord ta' Riabilitazzjoni tad-Droga fejn ikollu każijiet ta' persuni residenti f'Għawdex ma jżommx is-seduti tiegħu f'Għawdex stess fis-sede tat-Tribunal Lokali tar-Reġjun ta' Għawdex biex ix-xhieda u l-persuni li jkunu se jidhru quddiemu, ma jkollhomx għalfejn jaqsmu kull darba lejn Malta għas-seduti tal-Bord?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn Għawdex il-Bord ikollu numru żgħir wisq ta’ każijiet u ma jkunx prattiku li l-Bord kollu u l-istaff tiegħu jitilgħu Għawdex biex jisimgħu każ wieħed biss. Jekk il-każijiet minn Għawdex jiżdiedu, tista’ tiġi kkunsidrata possibilità li jitwaqqaf Bord għal Għawdex. Minkejja dan ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-koordinattriċi tal-Bord tmur regolament Għawdex biex tiltaqa' mal-klijenti kif ukoll mal-keyworkers kull meta jkun hemm il-bżonn.
Leg 13 PQ #6287 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Ishma u Assi mibjugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-ishma u l-assi li nbiegħu mill-Gvern kull sena minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn kull wieħed minn dawn l-ishma u l-assi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellent li matul is-snin imsemmija, ġie rreġistrat dħul mill-bejgħ tal-Malta Public Transport Service Ltd, li kienet involuta fit-tranżizzjoni bejn l-operatur tas-sevizz pubbliku li kien hemm dak iż-żmien għal dak li hemm illum. Għalkemm il-bejgħ sar permezz ta’ kuntratt f’Dicembru 2014, l-ammonti dovuti daħlu u ser ikomplu jidħlu fil-Fond Konsolidat tul numru ta’ snin, jigifieri Eur 700,000 fl-2015, u Eur 888,888 kull sena fis-snin 2016, 2017 u 2018.
Leg 13 PQ #6323 Sitting 137 2018-07-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għalliema u LSAs li ġew trasferiti Għawdex temporanjament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema u LSAs li kienu jaħdmu f’Malta u ġew trasferiti fuq bażi temporanja f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum minħabba raġunijiet umanitarji jew raġunijiet oħra u għalhekk qabżu lil min kien qabilhom biex jiġi jaħdem Għawdex? F’kull każ jista' jgħid kemm kien ilhom jaħdmu f’Malta dawn l-għalliema u LSAs u issa li qegħdin Għawdex, kemm hemm minnhom li mhux qed jagħmlu x-xogħol ta’ għalliem jew LSA u x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kien hemm ħames għalliema u żewġ LSEs li ġew trasferiti fuq bażi temporanja f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum minħabba raġunijiet umanitarji jew raġunijiet oħra u għalhekk qabżu lil min kien qabilhom biex imur jaħdem Għawdex. Dwar kemm kien ilhom jaħdmu f'Malta dawn l-għalliema u LSEs, l-informazzjoni hija kif ġej: Grad/Suġġett Data li fiha mar/ret Għawdex Żmien li kien/et ilu/ha Malta Għalliema Ingliż 05/09/2013 19/09/2012 Għalliem Matematika 22/04/2015 24/09/2009 Għalliema Primarja 01/03/2017 19/09/2012 Għalliema Matematika 13/03/2017 22/02/2010 Għalliema Matematika* 20/09/2017 12/12/2014 SLSE 03/03/2015 06/12/2011 SLSE LSE I from 02/04/2018 08/06/2017 26/10/2015 *Xogħol alternattiv (klerikali) Minbarra dawn l-edukaturi, ikun hemm edukaturi oħrajn li waqt it-tqala tagħhom jiġu deployed f’Għawdex hekk kif stipulat fil-PSMC. Dawn l-edukaturi jirritornaw fi skola Malta ġaladarba jidħlu lura mill-Maternity jew Parental Leave.

In-Naxxar – Triq l-Abbate Savoia, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk – xogħlijiet ta’ preparazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6103, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.