Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm tiġdid ta’ passaporti li sar minn Ambaxxati Maltin matul is-sena 2017, maqsumin skont l-Ambaxxata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ passaporti mġedda matul l-2017 minn Ambaxxati Malta kien ta’ 3,271 imqassma skont it-tabella hawn taħt:
Pajjiż
Total
L-Awstralja
1475
L-Awstrija
12
Il-Belġjum
109
Il-Kanada
241
Iċ-Ċina
10
Emirati Għarab Magħquda
83
Eġittu
11
Franza
36
Il-Ġermanja
43
Il-Greċja
3
L-Indja
3
L-Irlanda
33
Israel
1
L-Italja
42
Il-Kuwait
0
Il-Libja
0
The Netherlands
30
Il-Palestina
1
Il-Polonja
6
Il-Portugall
4
Ir-Russja
24
L-Arabja Sawdita
22
Spanja
21
L-Isvizzera
18
It-Tuneżija
14
It-Turkija
3
Ir-Renju Unit
778
L-Istati Uniti (New York)
147
L-Istati Uniti (Washington)
101
TOTAL
3271
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew akkużati bi stupru mis-sena 2010 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew illiberati u kemm hemm proċeduri li għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx l-istatistika mitluba.
Omiċidji volontarji – persuni li ma tressqux il-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il persuna li kkommettiet omiċidju volontarju ma tressqitx il-Qorti, peress li mill-investigazzjoni kien irriżulta li kienet qed taġixxi in legittima difesa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin, kull persuna li mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rrizulta li kkomettiet omiċidju volontarju, tressqet l-Qorti.
Kulleġġ San Benedittu – Korsijiet Tagħlim Tul il-Ħajja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-korsijiet Tagħlim Tul il-Ħajja li jwasslu għal ċertifikazzjoni tal-Matsec m’għadhomx jingħataw aktar mill-Kulleġġ ta’ San Benedittu f’Ħal-Kirkop? Jista’ jgħid jekk huwiex minnu li residenti minn Ħal-Kirkop, iż-Żejtun u ż-Żurrieq qed jintalbu jattenda l-Blata l-Bajda? X’inhi r-raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li peress li kien osservat li ċ-ċentru għat-tagħlim tal-adulti ta’ Ħal Kirkop ma kienx qed jiġbed u jżomm numru sostenibbli ta’ studenti adulti matul is-sena, din is-sena ċ-ċentru nżamm miftuħ għal dawk il-korsijiet fejn ir-riżorsi tal-iskola huma essenzjali fl-għoti tal-kors partikolari. Korsijiet oħrajn ġew mifruxa fuq 14-il ċentru ieħor li d-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabilità għandu fin-nofsinhar ta’ Malta, inkluż fiż-Żurrieq, iż-Żejtun u Ħal Kirkop stess. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li matul ix-xahar ta’ Awwissu, id-direttorat kellu laqgħat mal-Kap tal-Iskola u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop bil-għan li għall-ġejjieni jkunu jistgħu jintlaħqu aktar studenti adulti u jitjieb l-użu tal-faċilitajiet tal-iskola ta’ Ħal Kirkop għat-tagħlim tal-adulti.
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jagħti dettalji u pjanti tal-proġett propost?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti u d-dettalji tal-proġett propost għal Wied Fulija huma dawk kif preżentati fl-applikazzjoni PA 10374/17 mal-Awtorità tal-Ippjanar. L-applikazzjoni u d-dettalji tagħha huma pubbliċi.
Wied Fulija – konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq
Question
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq rigward l-istess proġett?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Wasteserv Malta Ltd. iltaqgħet darbtejn mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq fl-uffiċċju tagħhom nhar l-20 ta’ Settembru 2017 u 8 ta’ Frar 2018. Apparti minnhekk hemm proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u entitajiet oħra bħala parti mill-applikazzjoni tal-iżvilupp PA 10374/17.
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-proġett propost mhux se jkun jinkludi landfill?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett propost huwa rijabilitazzjoni ta’ Landfill antika li tinsab magħluqa. Ix-xogħlijiet jinvolvu fost l-oħrajn re-profiling tal-materjal eżistenti sabiex jitbiegħed mit-tarf tal-irdum u sabiex ikun aktar stabbli, kif ukoll capping b’materjal inert.
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett propost hux se jkun amministrat mill-privat jew mill-Gvern?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt li qed jiġi evalwat jinkludi 3 snin żmien ta’ manutenzjoni mill-kuntrattur li ser ikun qed jagħmel ix-xogħlijiet.
Wied Fulija – tlestija tal-proġett – data approssimattiva
Question
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jagħti data approssimattiva meta tali proġett se jkun lest?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għadu fil-fażi tal-applikazzjoni għall-iżvilupp u sadanittant ħarġet ukoll is-sejħa għall-offerti li bħalissa qed tiġi aġġudikata. Ix-xogħlijiet mistennija jieħdu sentejn minn meta jibdew, jiġifieri il-proġett mistenni li jitlesta għall-ewwel nofs tas-sena 2021.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li isimha qiegħed jingħata separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Onor. Membru għandu jkun informat li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba mhuwiex fil-poter tal-Eżekuttiv.
Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li isimha qiegħed jingħata separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 6844.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal oqbra f'kull ċimiterju madwar Malta u Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-applikazzjonijiet għall-oqbra fiċ-Ċimiterji amministrati mill-Gvern madwar Malta u Għawdex sal-20 ta’ Settembru 2018 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:
Lista ta’ ċimiterji In-numru t’applikazzjonijiet skont kull ċimiterju
Military Cemetery Kalkara 23
Resurrection Cemetery Qormi 220
St Anthony Cemetery Rabat6
Omm il-Ħniena Cemetery Mellieħa188
St Margaret Cemetery Rabat650
Our Lady of Mount Carmel Cemetery Mġarr62
Santa Maria Addolorata Cemetery PaolaMa hemm ebda lista ta’ applikazzjonijiet. Kull min qed japplika qed jintbgħat ghalih biex jidhol fi ftehim għall xiri ta’ qabar
Divine Mercy Cemetery Burmarrad439
Duramblat Cemetery Mosta572
Ta' Braxia Cemetery Pieta’162
St Andrew Cemetery ¯ebbuġ266
Ċimiterju Santa Marija, Xewkija, Għawdex62
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm saru rapporti ta’ serq lokalità b'lokalità, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena saru 4,574 rapport ta’ serq skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jinnota illi din is-sena kien hemm tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ rapporti ta’ serq għaliex għall-istess perjodu, fis-sena 2016 saru 6,369 rapport, filwaqt li għall-istess perjodu, fis-sena 2017 saru 5,404 rapporti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika, lokalità b'lokalità, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa l-Qorti mill-pulizija, persuni akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà kien spjegat fi tweġibiet għal mistoqsijiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet f'rapporti ta’ reat ta’ vjolenza domestika, il-persuni responsabbli dejjem jiġu investigati u jitressqu l-Qorti. Peress li ma tinżammx sistema elettronika ta’ dawn ir-reati bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija, mhux possibbli li jingħataw figuri eżatti ta’ kemm minn dawk responsabbli tressqu l-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghaldaqstant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.