Organizzazzjonijiet Volontarji – għajnuna għal tkabbir tal-kapaċitajiet operattivi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tipi ta’ għajnuna ġiet mogħtija lill-Organizzazzjonijiet Volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f’dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta’ Mejju 2018? Liema huma dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li sar fiċ-Ċentru Tommaso Chetcuti? Fejn huwa allokat dan iċ-Ċentru u kemm ilu mwaqqaf? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru Tommaso Chetcuti ġie mwaqqaf fis-26 ta’ Settembru 2016. Dan iċ-Ċentru ġie stabbilit fl-istess binja fejn qabel kien hemm il-Young People’s Unit. Dan iċ-Ċentru joffri servizz ta’ Out-Patients lil dawk il-pazjenti li jkunu intbagħtu fuq leave mill-Isptar Monte Carmeli qabel dawn jiġu rilaxxati fil-komunità. Dawn il-pazjenti jiġu assessjati mill-konsulent tagħhom flimkien mat-tim multidixxiplinarju. Is-servizz qiegħed jingħata mit-Tnejn sas-Sibt.
Is-servizzi offruti jikludu wkoll kampjuni ta’ dmija, l-amministrazzjoni tad-
Depot Injection
,
screening
ta’ ECG, jiġu ppreparati l-pilloli fil-
pill boxes
individwalment għal kull pazjent, ko-ordinazzjoni ta’ kura mas-servizzi mogħtija fil-komunità inkluż servizz ta’
Outreach
minn professjonijiet multidixxplinarji, servizz ta’
Support Groups
–
Reaching Out
li joffru sapport għall-qraba u għal dawk kollha li jieħdu ħsieb pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali, servizz ta’ S
elf-Support Group – Hearing Voices
għal dawk il-pazjenti li jbagħtu minn xi forma ta’
Visual/Auditory Hallucinations
u servizz professjonali ta’
Couple and Sex Therapy.
Biex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz jista’ jiġi riferut mill-Konsulent rispettiv tiegħu wara li l-pazjent ikun intbagħat bil-
leave
mill-Isptar Monte Carmeli. Jekk wieħed irid jibbenefika mis-servizz offrut mis-
Support Groups,
jista’ jċempel iċ-Ċentru Tommaso Chetcuti fuq in-numru 23304299. Qegħdin jiġu mqassma wkoll diversi
posters
b’informazzjoni dettaljata biex jinħoloq aktar għarfien dwar dan is-servizz.
Filwaqt li s-servizz ta’
Couple and Sex Therapy
jista’ jingħata wara li l-klijenti jiġu riferuti mit-tabib tagħhom jew minn xi tabib ieħor fiċ-Ċentri tas-Saħħa f’Malta u Għawdex; jista’ wkoll jingħata appuntament billi wieħed iċempel direttament ic-Ċentru Tommaso Chetcuti.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika s-sessjonijiet edukattivi li saru fil-kliniċi tas-Saħħa Mentali f’din il-Leġiżlatura? Meta saru dawn is-sessjonijiet lill-pazjenti u l-qraba tagħhom u l-pubbliku inġenerali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
B’referenza għas-settur tas-servizz tas-Saħħa Primarja u fil-Komunità bħala pilastru fil-ħarsien tas-Saħħa u Prevenzjoni, b’mod partikolari dak offrut mit-tabib privat, li fil-fatt hu settur li b’għażla tal-poplu huwa l-aktar imfittex, fejn għal numru tas-snin id-Dipartiment tas-Saħħa offra servizzi ta’ investigazzjoni b’xejn lill-pazjenti li jagħżlu li jinqdew b’tabib li ma jaħdimx fiċ-Ċentri tas-Saħħa Pubblika, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-lista ta’ investigazzjonijiet li bħalissa hi offruta? Hemm ħsieb li din il-lista ser tiżdied? Liema huma dawn it-testijiet? Dan ifisser li l-pazjent li jkun irid iħares saħħtu billi jmur għall-konsulta privata għand tabib tal-familja, ser ikun jista’ jutilizza l-istess lista ta’ investigazzjonijiet li tabib tal-gvern taċ-Ċentru tas-Saħħa għandu? Jekk mhux il-każ, x’inhi r-raġuni tad-diskrepanza? Jista’ jgħid kemm-il tabib privat inqabad jabbuża minn dan is-servizz tad-Dipartiment tal-Kura Primarja għax jordna investigazzjonijiet li ma humiex fil-lista?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet li tabib privat tal-familja jista’ jordna għal pazjenti b’xejn huma:
Bacteriology: Urine C&S, Rickettsiae IgM
Haematology: Complete Blood Count, Erythrocyte Sedimentation Rate
Mycology: Skin, Nail, Hair
Biochemistry: HbA1c, Urinalysis and Microscopy, Glucose (Fasting / Random), Urea, Creatinine, Electrolytes (Na, K, Cl), Lipid Profile (T. Chol, Trig, HDL, LDL), Liver Function Test (Bil, ALT, g-GT, ALP), Calcium, Phosphate, Uric Acid, Ferritin, B12, Folate, Thyroid Function Test (TSH & FT4), Prostate-Specific Antigen.
Minn dan is-sajf id-Dipartiment tas-Saħħa estenda s-servizz tal-myhealth sabiex testijiet ikunu jistgħu jiġu ordnati online mit-tobba tal-familja mill-kliniċi tagħhom.
Ħruġ ta’ aggressuri minn djar tal-vittmi ta’ vjolenza domestika — każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet tul din il-Leġiżlatura fejn il-Pulizija ħarġu l-aggressuri mid-djar tal-vittmi tal-vjolenza domestika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għalhekk waqt li nikkonferma li fejn ikun hemm bżonn il-Pulizija tassisti biex jinħarġu l-aggressuri mid-djar tal-vittmi tal-vjolenza domestika, it-tagħrif ma jistax jinġabar.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5661, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-manwal tal-proċeduri mogħti lill-entitajiet kollha kif ukoll il-ktejjeb ta’ informazzjoni dwar is-servizzi li jistgħu jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza domestika?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fis-seduta tal-4 ta’ Ġunju 2018 għall-mistoqsija 6175.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il servizz ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali ġew organizzati f’din il-Leġiżlatura lil Job coaches kif ukoll lill-għalliema fl-iskejjel ta’ pajjiżna? Kemm kien hemm parteċipanti f’dawn il-sessjonijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’din il-Leġiżlatura Jobsplus offriet servizzi ta’ taħriġ fi Frar u Marzu 2018 fuq kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta’ saħħa mentali. Dan it-taħriġ ingħata lill-ħdax-il Job Coach tad-Diviżjoni responsabbli mill-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità f’Jobsplus.
Infurmat ukoll li f’din il-Leġiżlatura ġew organizzati disa’ sessjonijiet ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti ġewwa l-MCAST. In-numru ta’ parteċipanti għal kull sessjoni ta’ taħriġ kien kif se nsemmi:
11 ta’ Lulju 2017 – 4 persuni
7 ta’ Settembru 2017 – 7 persuni
12 ta’ Settembru 2017- 18-il persuna
13 ta’ Settembru 2017 – 7 persuni
11 ta’ Ottubru 2017 – 7 persuni
25 ta’ Jannar 2018 – 21 persuna
8 ta’ Frar 2018 – 21 persuna
15 ta’ Marzu 2018 – 15-il persuna
12 ta’ April 2018 – 10 persuni
Rigward taħriġ ieħor f'din il-Leġiżlatura mill-Institute for Education, inkluż in-numru ta' parteċipanti, ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6153.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — Korsijiet għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jindika kemm saru korsijiet għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet varji tat-tfal tagħhom tul din il-Leġiżlatura? Fejn u meta saru dawn il-korsijiet? Kemm saru korsijiet għall-għalliema biex ikunu aktar imħarrġa dwar id-dyslexia u kif ikunu jistgħu jgħinu l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 6173 u 6174.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-Korp tal-Pulizija tul is-sena 2016, 2017 u l-2018 sal-aħħar ta’ Mejju? Jistgħu dawn jiġu klassifikati u elenkati skont in-natura tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ traffic offence tickets u ċitazzjonijiet dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu matul is-snin 2016, 2017 u sa Mejju 2018, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Id-dettalji dwar in-natura tal-kontravenzjonijiet konċernati huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sena
Ammont
2016
77,172
2017
60,410
2018
sa Mejju
24,909
Jista’ l-Ministru jindika meta l-istatwa tal-Madonna fi Triq Reġjonali se titpoġġa lura f'postha?
Response (BORG, IAN)
Il-Kunsill Lokali Gżira u l-kuratur tan-niċċa tal-Madonna msemmija kienu talbu sabiex din l-istruttura ma terġax tinbena fil-post oriġinali iżda f’żona fejn tista’ titgawda u tiġi meqjuma aħjar, mingħajr periklu. Wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati, kien hemm qbil li n-niċċa ġdida għal din l-istatwa tinbena fi Triq tas-Sliema, il-Gżira. Fil-fatt, il-pedamenti u l-pedestall ta’ din l-istruttura diġà nbnew. Il-bini tan-niċċa se ssir fiż-żmien li ġej, hekk kif jintemm il-proċess ta’ akkwist tas-servizzi meħtieġa, sabiex finalment l-istatwa tkun tista’ titpoġġa f’dan il-post aktar adattat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tiġi rilokata f’home li fiha jkun hemm sodod attrezzati li jilqgħu l-ħtiġijiet tagħha, peress li għandha l-hipbone miksura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija parlamentari li saret f’isimha.
Spazji ġodda miftuħin biex jitgawdew mill-pubbliku
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għal spazji li ġew kreati ġodda u mhux spazji li ilhom hemm is-snin u fuqhom sar tisbiħ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li barra t-tisbiħ ta’ spazji diġà stabbiliti, il-Ministeru ħadem fuq tisbiħ ta’ spazji ġodda li ġew imnaddfa u sar tħawwil ta’ numru konsiderevoli ta’ siġar u arbuxxelli ndiġeni Maltin.
Fost dawn insemmu dawn is-siti:
· Baħar iċ-Ċagħaq
· Swatar
· Wied Blandun
· Kavallerizza Erja f’Marsaxlokk
Sar tħawwil ukoll f’erbgħa widien li issa jistgħu jitgawdew mill-pubbliku li huma:-
· Wied il-Kbir, Wied iċ-Ċawsli, Wied Qirda f’Ħal Qormi u Wied Ħesri fis-Siġġiewi fejn tħawwlu madwar 1,300 siġra.
· Tnaddfet ukoll biċċa art ġewwa Ta’ Qali u bdew jitħawlu xi siġar. Dan it-tħawwil jitkompla fl-istaġun tal-Ħarifa.
· Sar intervent fuq 17-il tomna art ġewwa Kemmuna u fihom tħawwlu 3,100 siġra.
Qed isir ukoll xogħol sabiex biċċa art mitluqa fil-Foss ta’ Ħaż-Żabbar tiġi msebbħa u tinbidel f’park għall-familja fin-nofsinhar ta’ Malta kif ukoll beda xogħol ta’ tisbiħ fil-madwar tal-fortizza tal-Madliena u fil-Wied tal-Mistra.
Akkomodazzjoni Soċjali – ingaġġ ta’ social workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jiġu ngaġġati aktar social workers mat-tnejn li diġà hemm, fl-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtoritá tad-Djar għandha pjanijiet sabiex issaħħaħ din is-sezzjoni, kemm bi staff professjonali kif ukoll dak amministrattiv.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-ġurnata, f’Jannar tas-sena li għaddiet, li fiha sar dak li kien identifikat mill-inkjesta Maġisterjali bħala ‘żball uman’ u li wassal biex mietu 9 embrijuni fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nfakkar lill-Onor. Interpellant li fis-seduta Numru 100 tas-16 t’April 2018, jiena għamilt Stqarrija Ministerjali dwar l-Inkjesta Independenti li kont ħtart skont kif jagħtini s-setgħa tal-Artiklu 4 tal-Att Dwar l-Inkjesti (Kap. 273) dwar inċident li seħħ fl-Assisted Reproductive Technology Unit (ART) fl-Isptar Mater Dei, u li ġie rrapurtat lili bħala Ministru għas-Saħħa nhar is-27 ta’ Jannar 2017.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inċident kien seħħ ġurnata qabel, jiġifieri fis-26 ta’ Jannar 2017. Infakkru ukoll li kif irriżulta mill-inkjesta embrijuni imsemmija kienu vijabbli u fuq deċiżjoni klinika ġew trasferiti fil-pazjenti rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid x'esproprjazzjonijiet saru jew hemm il-ħsieb li jsiru sabiex issir Triq il-Wied f' Ħal Balzan? Jekk saru, jista’ jelenka liema huma u kemm hu l-valur ta' dawn l-esproprjazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kellha ebda talba mingħand ebda entità kompetenti biex tesproprja art sabiex issir Triq il-Wied f'Ħal Balzan.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie mqabbad bħala espert tal-Qorti? Jista’ jgħid x’inhi l-expertise li għandu dan in-nominat u liema qorti qabditu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant fir-rigward tal-individwu li d-dettalji qed jingħataw dwaru, l-ebda Maġistrat fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma nnomina lill-individwu bħala espert tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-ipproċessar u fl-għoti tal-assistenza soċjali, irrispettivament mid-dispożizzjoni tal-liġi f'paragrafu 1 tat-Taqsima VI tat-Tieni Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta li tipprovdi li kull proprjetà tittieħed in konsiderazzjoni għall-finijiet ta' kalkolu tal-mezzi, fir-realtà postijiet tal-villeġġjatura ma jittieħdux in konsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-mezzi? Jista' jgħid jekk din l-eżenzjoni dwar djar ta' villeġġjatura toħroġx minn xi dispożizzjoni tal-liġi jew hijiex prassi kostanti li biha dejjem hekk mexa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi f’paragrafu 1, tat-Taqsima VI (Għajnuna Soċjali) tat-Tieni skeda tal-Kapitlu 318, tittieħed konsiderazzjoni ta’ “kull proprjetà mqiegħda fi trust (minbarra id-dar tar-residenza)” għall-fini ta’ kalkolu tal-mezzi.
Fir-rigward “l-eżenzjoni” ta’ proprjetà bħala villeġġjatura, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, din ma toħroġx minn xi dispożizzjoni tal-liġi tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, imma hija riżultat ta’ prassi kostanti li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ilu jimxi biha sa minn qabel is-sena 1988.
Għassa ta’ Ħal Qormi – rapporti ta’ llegalitajiet b’filmati mill-Kunsill Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ta’ llegalitajiet akkumpanjati b’filmati lill-Għassa tal-istess lokal mill-2017 ‘l hawn?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.