Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akkomodazzjoni Soċjali – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ikunu ilhom li applikaw l-applikanti (jiġifieri anqas minn sena, bejn sena u sentejn, bejn sentejn u tliet snin u aktar minn tliet snin)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita` tad-Djar għandha 3291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali u 549 talba, biex isir tpartit ta’ proprjeta`, kif ġej ; Snin kemm ilhom applikati biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali Total Inqas minn sena 367 Bejn sena u sentejn 554 Bejn sentejn u tlett snin 381 Aktar minn tlett snin 1989 Total 3291 Snin kemm ilhom applikati sabiex ipartu l-post mikri mingħand il-Gvern Total Inqas minn sena 54 Bejn sena u sentejn 87 Bejn sentejn u tlett snin 60 Aktar minn tlett snin 348 Total 549

Units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tlestew units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2016, 2017 u fl-2018 s’issa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-snin indikati sar ħafna xogħol fuq id-disinn, permessi, stimi u ħruġ ta’ tenders sabiex ingħata bidu għall-iżvilupp ta’ diversi siti fi proġetti maħsuba biex jitqassmu bħala akkomodazzjoni soċjali.

Servizzi u benefiċċji soċjali — lista

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kull servizz/benefiċċju soċjali li jingħata mid-dipartimenti/entitajiet tiegħu u għal kull wieħed jgħid kemm kien hemm benefiċjarji f’Settembru ta’ din is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Wied il-Għajn — inkjesta fi blokka fejn kien hemm nar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6660 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza tal-eżitu tal-inkjesta li saret minħabba nar fi blokka f’Wied il-Għajn fejn persuna tilef ħajtu, jista’ l-Ministru jgħid hux legali li fi blokka ta’ flats fejn ikunu joqogħdu numru ta’ residenti, l-aċċess għall-bejt ikun imblukkat jew agħar, magħluq b’mod permanenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-inkjesta msemmija ngħalqet fit-22 ta’ Ġunju 2018. Peress li l-punt legali sollevat mill-Onor. Membru jinċidi fuq il-mertu tal-inkjesta ma jkunx prudenti u lanqas ma huwa skont ir-regoli dwar il-mistqosijiet parlamentari li jiġi espress parir legali fuq dan il-punt fil-Kamra.

Għajn Tuffieħa – qtil ta’ qattusa – rapporti

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija dwar il-każ tal-allegat qtil ta’ ferħ ta’ qattusa li ġiet imsawta sal-mewt f’restaurant f’Għajn Tuffieħa? Jista’ jgħid ukoll meta saru dawn ir-rapporti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma saru ebda rapporti lill-pulizija dwar il-każ tal-allegat qtil ta’ ferħ ta’ qattusa barra restaurant f’Għajn Tuffieħa.

Għajn Tuffieħa – qtil ta’ qattusa – awtopsja

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-pulizija ordnatx li ssir awtopsja fil-każ tal-allegat qtil ta’ ferħ ta’ qattusa li ġiet imsawta sal-mewt f’restaurant f’Għajn Tuffieħa fejn anke r-ritratti tal-qattusa mejta dehru fuq il-media?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant, il-Pulizija bdiet tinvestiga il-każ ex officio wara li segwiet rapporti li dehru fil-media soċjali u rapporti relatati mal-każ. Sfortunatament meta l-pulizija marru fuq il-post, l-imsemmi qattus kien tneħħa.

Għajn Tuffieħa – qtil ta’ qattusa — interrogazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x’investigazzjoni saret wara l-allegat qtil ta’ qattusa f’restaurant f’Għajn Tuffieħa? Kemm kellmet/interrogat nies il-pulizija fl-investigazzjoni tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi dwar l-allegat qtil ta’ qattusa f’restaurant f’Għajn Tuffieħa, il-pulizija ħadet passi meta saret taf bil-każ mill-media soċjali u matul l-investigazzjonijiet tagħha kellmet numru ta’ persuni li kien magħruf li kienu fuq il-post meta sar l-allegat inċident fit-12 ta’ Awissu 2018, inkluż lil min allegatament seta’ wettaq ir-reat.

Għajn Tuffieħa – qtil ta’ qattusa – filmati ta’ CCTV cameras

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk fl-investigazzjoni tal-Pulizija dwar l-allegat qtil brutali ta’ ferħ ta’ qattusa f’Għajn Tuffieħa elevatx filmati ta’ CCTV Cameras li seta’ kien hemm fir-restaurant fejn allegat inqatlet il-qattusa u minn CCTV cameras oħra li seta’ kien hemm fl-inħawi inkluż iżda mhux biss fejn instabet mejta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi dwar l-allegat inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, il-Pulizija għamlu l-indaġini tagħhom.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – kiri ta’ proprjetà fil-Belt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà fil-Belt, inkluż f’Vincenti Buildings, jikri l-Ministeru tiegħu u kemm hu l-ħlas tal-kera? F’kull każ, jistax jindika s-sejħa pubblika li saret u mingħand min hija l-kirja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed juża 5 proprjetajiet f’Vincenti Buildings, 2 proprjetajiet fi Strada Żekka u proprjetà waħda fi Triq il-Merkanti u li għalihom qed jitħallas l-ammont ta’ € 7,631.82 fix-xahar. Rigward il-proċess ta’ sejħa pubblika, il-Leġiżlazzjoni sussidjarja 174.04 Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku jgħid hekk: (1) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal dawn li ġejjin: kuntratti pubbliċi għall-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ mezzi finanzjarji, ikunu xi jkunu, ta’ art, bini eżistenti, jew proprjetà immobbli oħra jew drittijiet konċernati fuqhom. Fir-rigward tal-Korp tal-Pulizija, l-unika proprjetà li jagħmlu użu minnha fil-Belt Valletta hi dik tal-Għassa li qiegħda Palazzo Verdelin, Triq l-Arċisqof. Għal din is-sena l-kirja hija ta’ €5,199.71 (ħamest elef, mija u disgħa u disgħin ewro u wieħed u sebgħin ċenteżmu). Din bdiet tintuża mill-Pulizija minn Ġunju 2011, wara li kienet għand il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. Il-Forzi Armati ta’ Malta tikri l-Palace Tower Signal Station li jinsab fil-Palazz Presidenzjali l-Belt Valletta għal €768.69 fis-sena.

OHSA – passi fuq kostruzzjoni ta’ sit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ma ħadet ebda passi biex tiżgura li s-sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma tiġġenerax sħab ta’ trabijiet kif ġara s-Sibt, 3 ta’ Frar 2018 filgħodu?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Spezzjonijiet fuq siti ta’ kostruzzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni fuq sit ta’ kostruzzjoni għamlet l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) kull xahar fl-2017 u fl-2018?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar ta’ Awwissu 2018, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għamlet 4,264-il spezzjoni fuq siti ta’ kostruzzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

OHSA — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn kemm ħaddiema u impjegati hija magħmula l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?

Response (DALLI, HELENA)

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) timpjega 33 ħaddiema li qegħdin fis-sezzjoni eżekuttiva u 2 impjegati fl-uffiċċju taċ-Chairperson.

Building Regulations Office – spezzjonijiet fuq sit ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni fuq sit ta’ kostruzzjoni għamel xahar b’xahar il-Building Regulations Office (BRO)?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini kienu kif ġej: Ġunju 2017 329 Lulju 2017 373 Awwissu 2017 293 Settembru 2017 203 Ottubru 2017 334 Novembru 2017 316 Diċembru 2017 203 Jannar 2018 316 Frar 2018 368 Marzu 2018 258 April 2018 305 Mejju 2018 271 Ġunju 2018 301 Lulju 2018 238 Awwissu 2018 221

Kunsill Lokali ta’ San Ġwann – Tiswijiet fi Ġnien Karin Grech

Question

Jista' l-Ministru jindika x'xogħlijiet ta' tiswija saru mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann fi Ġnien Karin Grech sa minn Marzu 2013 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti wkoll l-ammonti ta' kemm swew dawn ix-xogħlijiet u jgħid jekk dawn l-ispejjeż tħallsux minn fondi ordinarji tal-Kunsill Lokali jew minn xi sors ieħor? Jekk ma sarux xogħlijiet ta' tiswija li kien hemm bżonn, jista' jindika fiex intefqu l-flus li suppost kienu indirizzati sabiex issir din it-tiswija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minkejja li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, bejn is-sena 2013 u s-sena 2017, kellu allokazzjoni finanzjarja ta’ €175,314 għaż-żamma tal-ġonna, playing fields u landscaping, l-istess Kunsill għamel biss ix-xogħlijiet elenkati fit-tabella li qiegħed nannetti ma’ din it-tweġiba, li tinkludi wkoll l-ispejjeż rispettivi. Xogħlijiet ta’ tiswija li saru mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, permezz ta’ fondi tiegħu, fi Ġnien Karin Grech (Marzu 2013 sa Mejju 2018) Tip ta’ xogħolDataKemm sewa dan ix-xogħol (€) Tiswija u manutenzjoni23.12.1341.30 31.12.1328.32 20.09.13372.21 11.10.1441.30 26.11.1570.80 05.02.1769.62 17.12.17562.00 09.09.1722.27 Qlugħ, ġarr u rimi ta’ tapit minn taħt il-bandliJannar 20181,500 Total: 2,707.82
Leg 13 PQ #6324 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għal Għawdex — Vot Kapitali – kopja tar-returns

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra permezz tar-Rapport Finanzjarju Annwali.
Leg 13 PQ #6325 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Xogħol ta’ studenti Għawdxin gradwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-grad u t-tip ta’ xogħol ta’ kull student Għawdxi li ggradwa fl-aħħar ta’ kull sena akkademika mis-sena 2013 sal-lum u li qed jaħdem Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ma tiġborx informazzjoni ta’ dan it-tip. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li biex Jobsplus tkun tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba tinħtieġ ikollha dettalji tal-persuni kkonċernati.
Leg 13 PQ #6327 Sitting 138 2018-10-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – rapporti ta’ serq

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport kien hemm ta' allegazzjonijiet ta' serq minn Ġunju 2015 sal-lum, xahar b'xahar u sena b'sena, f'kull uffiċċju, dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha? F'kull każ x'kien l-allegat serq (oġġetti eċċ) li kien irrapportat u x'passi ttieħdu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.