Il-Fgura – Triq il-Karmnu – landscaping tar-roundabout
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5334, jista’ l-Ministru jgħid huwiex se jsir il-landscaping tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura peress li ilha biex issir mill-inqas mit-23 ta’ April 2018?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Building Regulations Office f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Jista' jsemmi l-lokalitajiet fejn saru dawn l-ispezzjonijiet u jekk dawn sarux minħabba xi lmenti li rċieva dan l-uffiċċju jew jekk inkella kenux spezzjonijiet li saru għall-għarrieda fuq inizjattiva tal-istess uffiċċju?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra skont kif provduta mill-Uffiċċju għar-Regolamentazzjoni tal-Bini.
Tajjeb jingħad li jkun hemm spezzjonijiet kemm minħabba lmenti reċevuti kif ukoll għall-għarrieda fuq inizjattiva tal-istess uffiċċju.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jingħataw qabar, dawk li ħallsu d-depożitu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li l-konvenju iffirmat minn dawk li kienu interessati li jixtru qabar huwa validu sat-30 ta’ Novembru tal-2020, il-kuntratt sabiex jibda x-xogħol tal-estenzjoni tal-Addolorata hu mistenni li jiġi ffirmat fil-ġranet illi ġejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jinbnew oqbra bħalissa f'kull ċimiterju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jkunu qed jinbnew 2,880 qabar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata kif ukoll 76 qabar fiċ-cimiterju Omm il-Ħniena tal-Mellieħa.
Fid-dawl tal-problema ta’ obeżità fost it-tfal tagħna, issa li t-tfal irritornaw lura lejn l-iskejjel tagħhom, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid ġiex ikkontemplat xi ħaġa f’sens preventiv bil-għan li din il-problema tkun ikkumbattuta minn ġol-iskejjel infushom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. li l-isforzi għall-prevenzjoni ta’ riskji dwar is-saħħa inkluż il-problema tal-piż żejjed fost it-tfal Maltin, ilhom għaddejjin dawn l-aħħar snin. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin tajna spinta l-inizzjattivi fl-iskejjel biex titjieb il-kwalità tas-saħħa tat-tfal inkluż it-tnaqqis tal-problema tal-piż żejjed fost it-tfal u l-familji Maltin. Dan isir f’kollaborazzjoni ma’ Ministeri oħra speċjalment il-Ministeru responsabbli mill-edukazzjoni.
Fost l-inizjattivi jinkludi:
· Avviż Legali numru: 266 ta’ 2018 fejn l-ikel u x-xorb tajjeb għas-saħħa biss se jkun permess fl-iskejjel. Għal dan il-għan, diġà saret laqgħa informattiva mas-Sidien tat-
Tuckshops
li jissupplixxu l-ikel u x-xorb waqt il-ħin tal-iskola. F’din il-laqgħa ġew spjegati kemm dak li jingħad f’dan l-avviż kif ukoll ġie spjegat it-tipi ta’ ikel u xorb permessibbli u dawk li mhux permessibbli fl-iskejjel. Din l-informazzjoni tingħata ukoll lill-Kapijiet tal-iskejjel kollha kemm tal-Istat, tal-Knisja u kif ukoll dawk Indipendenti. Dan l-avviż legali jesiġi li l-unika ikel li jista jinxtara fl-iskejjel u jiġi offrut fl-iskejjel huwa ikel u l-ilma li huwa tajjeb għas-saħħa u li jevita ammonti żejda ta’ zokkor, xaħam u melħ.
· F’Mejju ta’ din is-sena ġew mneħdija l-Linji Gwida ġodda dwar id-Dieta għat-Tfal Maltin ta’ bejn it-3 snin u 12-il sena – il-Mod Mediterranju. Il-Promozzjoni ta’ dawn il-Linji gwida saret ukoll permezz tal-mezzi tax-xandir lokali u użu tal-mezzi ta’ siti soċjali . Saru diversi preżentazzjonijiet lill-ġenituri, kif ukoll lill-Għalliema tal-
Home Economics
bħala parti mit-Taħriġ tagħhom sabiex b’hekk dawn il-linji gwida se jservu bħala l-qafas tal-Kurrikulu Edukattiv dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex. Dawn il-Linji għandhom il-għan li tfal jieklu dieta bbilanċjata u li ġenituri jevitaw li tfal jieklu porzjonijiet kbar iżżejjed.
· Ta’ kull sena fl-iskejjel primarji issir il-kampanja tal-
LunchBox
f’diversi skejjel permezz tad-drama (ta’ madwar 20 minuta). F’din id-drama permezz ta’ tliet karattri bil-kostumi intużaw biex jispjegaw l-importanza ta’ dieta tajba u attività fiżika u t-tfal ta’ età bejn 5 u 10 snin, kellhom l-opportunità li jiddjalogaw mal-karattru Karmenu (li fil-verità hu Nutrizzjonista) biex jiġu ndirizzati tajjeb il-mistoqsijiet tat-tfal kif ukoll tal-ġenituri meta jkunu preżenti. Wara din id-drama ġew mqassma kotba tar-riċetti għall-ġenituri b’ideat dwar kif jippreparaw ikel nutrittiv għal waqt il-ħin tal-iskola kif ukoll kotba tat-tpinġija dwar il-frott u l-ħxejjex għat-tfal ta’ din l-età.
· Proġett ieħor li twettaq matul is-snin li għaddew kien dak tal-OPEN co-iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li kellu l-għan li jippromwovi l-attività fiżika fost l-adolexxenti fl-iskejjel kif ukoll fil-komunità permezz tal-kollaborazzjoni ta’ diversi Kunsilli Lokali. Dan il-proġett qiegħed jitkompla fl-iskejjel interessati.
· Proġett li beda fis-sena skolastika 2015-2016 li qed jitwettaq fl-iskejjel tal-Istat hu dak tal-
Health Factor
. Dan il-proġett għandu l-ghan li jindirizza b’mod preventiv il-problema tal-piż żejjed fit-tfal f’età bikrija tal-
kindergarden
.
· Ġiet mnehdija l-Iskema l-ġdida tal-frott u ħaxix fl-Iskejjel, inawgurata f’Mejju 2018 li għadda mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura bi sħubija mall-Ministeri responsabbli għall-Edukazzjoni u għas-Saħħa. Permezz ta’ din l-iskema l-ġdida koffinanzjata mill-Unjoni Ewropea, it-tfal kollha fl-iskejjel primarja f’din is-sena skolastika l-ġdida se jingħataw porzjon (80g) ta’ frott u/jew ħxejjex, u ukoll porzjon (250ml) ħalib frisk (2.5% xaħam) fil-ġimgħa. L-għan hija li iżżid l-ammont ta’ ħaxix u frott li jieklu t-tfal kif ukoll li jiġu esposti għall-frott u ħxejjex ġodda. Din kompliet tibni fuq l-iskema li kien hemm qabel tal-frott u ħaxix.
· Proġett u studju ġdid li se jiġi mplimentat fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti, hu dak tal-Azzjoni Konġunta CHRODIS-PLUS (li hu proġett tal-EU). Malta se tipparteċipa permezz tal-proġett TOYBOX li jindirizza l-klassijiet tal-
Kindergarten
1 kollha, jiġifieri lit-tfal żgħar ta’ bejn 3-4 snin, kif ukoll lill-familji tagħhom. Dan il-proġett jiffoka fuq erba’ mġibiet li nstabu li huma marbuta mal-bilanċ tal-enerġija u għalhekk se jindirizzaw b’mod preventiv l-obeżità fit-tfal f’età bikrija.
· Premju ta Bandiera ġħal-Iskola Attiva. l-iskejjel li jilħqu kriterji stabbiliti minn qabel jingħataw rikonoxximent għall-isforzi u l-kisbiet tagħhom u fil-fatt jingħataw bandiera li l-iskola se żżomm għal sena. Kien hemm għoxrin skola (Stat, Knisja u Indipendenti) li ngħatat din il-bandiera matul din is-sena.
· L-iskejjel ġew imħeġġa biex isibu
slot
ta' 15-il minuta kuljum biex jiżguraw li l-istudenti jingħataw l-opportunità li jimxu jew jiġġogjaw mil sabiex trawwem fihom messaġġ ċar dwar il-benefiċċji li jiġu minn eżerċizzju regolari. Madwar 35 skejjel huma attwalment irreġistrati.
· Programm ta' Żvilupp fil-Karriera tal-Isport - programm ġdid fjamant li se jara li 200 student tas-7 sena għandhom erba' lezzjonijiet addizzjonali ta' sport fil-ġimgħa apparti mit-tliet lezzjonijiet tal-PE ta' kull ġimgħa. L-istudenti se jiffukaw fuq l-isport preferut tagħhom (futbol, basketball, atletika, żfin jew
baseball
/
softball
) minbarra li jingħataw sfond tajjeb fuq aspetti oħra ta' karriera sportiva bħal nutrizzjoni, l-ewwel għajnuna,
anti-doping,
sports media
u fotografija sportiva fost oħrajn. Is-Suġġett se jiġi mgħallem b'mod applikat.
· Sorveljanza tal-piż tat-tfal permezz ta’ studju mat-tfal kollha fejn ħarġet l-informazzjoni dwar il-piż tat- tfal ta’ kull età. Sorveljanza dettaljata dwar piż, ikel u l-ambjent tal-iskola permezz tal-istudju tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa COSI (
Childhood obesity surveillance initiative)
· It-tagħlim tal-
Home Economics
li sar mandatorju fl-iskejjel medji statali huwa immirat li jolqot bl-iżjed mod dirett u effettiv il-ħarsien u ż-żamma tas-saħħa tal-individwu. Dan is-suġġett jipprovdi firxa ta’ esperjenzi ta’ tagħlim, inkluż dawk prattiċi, fuq it-tema ta’ Saħħa, Ikel u Nutriment, marbut mal-Polza nazzjonali –
A Whole School Approach to a Healthy Lifestyle: Healthy Eating & Physical Activity
.
· Il-
Home Economics Seminar Centre
(HESC) għandu wkoll irwol importanti fil-prevenzjoni tal-obeżità fit-tfal. Dan iċ-ċentru joffri programmi informattivi u interattivi ta’ tagħlim prattiku dwar is-saħħa, l-ikel u n-nutriment lit-tfal tal-iskejjel Primarji u Sekondarji, kemm tal-istat, tal-knisja u indipendenti. Jiġu mistiedna wkoll il-ġenituri/kustodji għax huma ukoll għandhom irwol kruċjali fil-prevenzjoni tal-obeżità. Apparti dan, l-għalliema tal-HESC jagħtu wkoll sapport u taħriġ lill-għalliema u l-amministrazzjoni tal-iskola fl-iskejjel biex jintlaħħqu l-miri tal-pjanijiet ta’ azzjoni li jindirizzaw l-obeżita.
· Fl-iskejjel isiru wkoll intervenzjonijiet mill-istess għalliema tal-HESC li huma mmirati għall-studenti mill-Kindergarten sas-Sekondarja. Jiġu maħluqa wkoll intervenzjonijiet
tailormade
skont il-bżonnijiet tal-iskejjel. Fost is-suġġetti li jiffukaw fuq il-prevenzjoni tal-obeżità insibu l-linji gwida u l-platt bnin, l-importanza tal-ħaxix u l-frott, il-benefiċċji li jinxtorob l-ilma u l-ħalib u l-għażla ta’ kolazzjon u
lunches
bnin.
· HESC jissapportja l-iskejjel sabiex jaddottaw l-polza nazzjonali -
A Whole School Approach to a Healthy Lifestyle: Healthy Eating & Physical Activity
permess ta’ għajnuna u sapport fit-tfassil u l-implementazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni relatati ma’ din il-polza li jkunu bbażati fuq il-bżonnijiet tal-iskejjel individwali.
· Qed jiġi offrut sapport u assistenza lill-operaturi tat-
tuck shops
u distributuri tal-ikel sabiex l-ikel li jinbiegħ fl-iskejjel ikun wieħed san u konformi mal-Avviż Legali numru: 266 ta’ 2018.
· HESC jassisti fl-għażla ta’ ikel provdut waqt attivitajiet fl-iskejjel, meta mitlub, sabiex ikunu konformi mal- Avviż Legali numru: 266 ta’ 2018.
· Ġie mwaqqaf
working group
kompost minn KGEs u rappreżentanti mill-kamp tal-
Early Years
,
Home Economics
u
Physical Education
bil-għan li jitħejja programm multi-dixxiplinarju għas-snin bikrin. Dan il-proġett huwa ta’ gwida għall-għalliema sabiex jinkuraġġixxu lill-istudenti tagħhom jagħmlu għażliet infurmati għal stil ta’ ħajja aħjar.
· HESC għandu websajt
www.hesc.org.mt
li fiha l-pubbliku jista’ jaċċessa dokumenti relatati mas-saħħa. Hemm ukoll riċetti li fosthom jinkludu ideat għal-
lunchboxes
bnin. Il-linji gwida tal-ikel u x-xorb jassistu lill-istudenti u l-ġenituri jagħmlu għażliet infurmati relatati max-xorb u l-ikel li jġibu l-iskola.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 u li għadhom ma ssolvewx u li dwarhom għadu ma tressaq ħadd il-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mill-każijiet ta’ omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 sbatax (17)-il każ li għadhom ma ssolvewx u għadu ma tressaq ħadd il-Qorti, filwaqt li kien hemm 17-il każ li kienu solvuti.
Korp tal-Pulizija – każijiet ta’ vjolenza fuq membri tal-korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija rrappurtati fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Korp tal-Pulizija – persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza fuq membri tal-korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkuzati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018, in-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
2013
2014
2015
2016
2017
2018
Sa Awwissu
Persuni li tressqu l-Qorti akkużati li attakkaw u ħebbew għall-Membri tal-Pulizija
83
83
70
58
85
46
Korp tal-Pulizija — sezzjonijiet ta’ taħriġ fl-użu ta’ armi minn membri fil-Korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sezzjonijiet ta’ taħriġ f'użu ta’ armi u sparar minn membri tal-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li nżammu tmien mija u sebgħa u għoxrin (827) sezzjoni ta’ taħriġ fi sparar lill-membri tal-Korp tal-Pulizja mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018, kemm bħala refresher training kif ukoll għar-rekluti fl-Akkademja għal Forzi Dixxiplinati. Dan barra t-taħriġ lill-membri tar-RIU li fil-perjodu indikat, kull membru ngħata taħriġ darba kull xahar. Membri tas-SIU jitħarrġu kuljum ħlief f’okkażjonijiet fejn iċ-ċirtkustanzi ta’ xogħol ma jkunux jippermettu.
Korp tal-Pulizija –taħriġ fl-użu tal-armi minn membri fil-Korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2018 kellhom taħriġ fl-użu ta’ armi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant sebgħa u tletin membru tal-Korp attenda taħriġ fl-użu ta’ armi. Barra minn dan disgħa u sebgħin rekluta li bħalissa qed jagħmlu l-kors tar-reklutaġġ attendew taħriġ fl-użu ta’ armi. Kif diġà ġie rilevat fit-tweġiba għal mistoqsija oħra mill-Onor. Interpellant, il-membri attivi kollha tar-RIU u SIU jirċievu taħriġ kontinwu dwar l-użu ta 'armi tan-nar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta’ Jannar 2018 u kemm kien hemm membri fil-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta’ Jannar 2018 u dawk fil-31 ta’ Awwissu 2018, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Data
COP
DC
AC
SUPT
INSP.
SM
PS/WPS
PC/WPC
RPC
TOTAL
01.01.18
1
4
12
11
133
36
414
1467
191
2269
31.08.18
1
4
11
30
114
33
400
1448
184
2225
Ċentri tal-Marsa u ta’ Ħal Far – immigranti residenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji, xahar b’xahar minn Jannar 2017 sal-lum, tan-numru ta’ immigranti residenti f’kull ċentru tal-Marsa u ta’ Ħal Far rispettivament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-budget tal-velenu għall-ġrieden sena b'sena mill-2013 sal-2018?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget allokat għal Pest Control mis-sena 2013 sal-2018 u n-nefqa kull sena għall-velenu tal-ġrieden huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena:
2013
2014
2015
2016
2017
2018
Budget
:
€28,000
€28,000
€28,000
€28,000
€28,000
€28,000
Nefqa
:
€14,160
€14,144
€14,147
€14,124
€11,743
€10,960
Din is-sena hemm ukoll konsenja oħra ta’ velenu li għad trid tasal u li n-nefqa tagħha hija ta’ €5,640, liema total għad mhux miżjud mat-total tan-nefqa ta’ velenu għas-sena 2018 kif jidher fit-tabella.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fil-klinika l-ġdida ta' Ħal Kirkop hemmx magna tal-X-ray?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal-Kirkop m’għandux il-faċilità ta’ X Ray fuq is-sit minħabba li ma kienx ikun ekonomikament vijabbli meta wieħed jikkunsidra d-domanda limitata.
Madankollu, dan is-servizz dejjem ikun jista’ jingħata minn ċentri tas-saħħa oħrajn.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-Miżuri tal-Baġit li tħabbru fil-Baġit tas-sena l-oħra (jiġifieri dak imħabbar f’Ottubru 2017) u jgħid liema miżuri twettqu u jispjega kif twettqu fid-dettall?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif jiġri ta’ kull sena, ser jingħata rendikont dwar it-twettiq tal-miżuri tal-baġit fil-jiem li ġejjien.