Jista’ l-Ministru jara kif il-blokka tal-housing li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn ir-residenti ilhom xhur jirrappurtaw li katusa tal-bejt hi miżduda u anke kien mar perit xi xahar ilu imma baqgħu ma semgħu xejn u għadu ma sar xejn b’detriment għar-residenti u peress li l-ilma qed iċarċar ma kullimkien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub, għall-mistoqsija parlamentari li saret f’isimha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6450, li kienet dwar bini ta' pixxina f'Għawdex, li fit-tweġiba għaliha ġejt mitlub nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5491 liema tweġiba (5491) kienet tgħid li l-proċess dwar il-proġett tal-pixxina f'Għawdex kien għadu għaddej u li dan il-proġett kien ilu mwiegħed minn amministrazzjonijiet ta' qabel l-2013 u baqa' qatt ma sar xejn u peress li sa sitt snin ilu (sena 2012), minn amministrazzjoni preċedenti:
a) kienet saret applikazzjoni dwar dan il-proġett u ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar;
b) kien ġie ppubblikat u ngħata tender for electrical and mechanical consultancy services;
c) kien ġie ppubblikat it-tender for the construction and earth works at the Gozo Natatorium u dan it-tender kien qiegħed fil-fażi ta' aġġudikazzjoni;
d) it-Tender for the Construction, Technical Consultancy and Assistance for the Design of the Mechanical, Electrical and Environmental Systems of the Gozo Natatorium kienet ippreparata u
e) dan il-progett, li kien stmat li kien se jiswa €6.2 miljun, kien ipproġettat li jitlesta fis-sena 2014, għalhekk tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-proġett kif kien oriġinarjament ippjanat? Jekk fl-affermattiv, x'kienu r-raġunijiet li sar dan it-tibdil? Issa li għaddew 19-il xahar minn meta l-Memorandum of Understanding kien ġie ffirmat u wara n-negotiating team kien għaddej f'negozjati mal-privat, tista' tinforma lill-Kamra bl-aħħar żvilupp fuq dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ser isir mill-Gvern u ħareġ l-ewwel tender għall-iskavar li bħalissa għaddej minn proċess ta’ evalwazzjoni. Il-proġett reġa' ġie ri-disinnjat u dan flimkien mal-Malta Aquatic Sports Assoication, Gozo Sports Board, Special Olympics Gozo. Otters, Tri-Gozo kif ukoll ma’ għaqdiet u persuni oħra involuti attivament fis-settur.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6588, li fit-tweġiba għaliha ġejt mitlub nirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija 4988, li kienet dwar l-istess suġġett, l-istess Ministru fil-fatt wieġbet din il-mistoqsija u qalet li kienu qed isiru l-verifiki biex jiġi stabbilit jekk l-art hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat, tista' l-Ministru tgħid ma’ liema dipartiment jew entità tal-Gvern kienu qed isiru dawn il-verifiki?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jesebixxi pjanta sabiex jgħid għal-liema triq qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-dmirijiet tal-iskorta tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jindika jekk humiex obbligati li jagħmluha ta' xufiera jew jekk humiex obbligati li jwaqqfu ġurnalisti li jippruvaw jagħmlulu l-mistoqsijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar il-miżuri jew proċeduri ta' sigurtà li jittieħdu minn uffiċjali li xogħolhom huwa kemm mal-persuna li d-dettalji dwaru ngħataw separatament u/jew persuni oħra li jkunu jagħmlu tali doveri.
Programm Erasmus – Studenti li għażlu li jattendu Università barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-Università ta’ Malta li għażlu li jattendu Università barranija permezz tal-Programm Erasmus matul is-sena Universitarja 2017/2018? Jista’ jgħid liema pajjiżi ġew magħżula minn dawn l-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' studenti li bbenefikaw s'issa mill-programm tal-Erasmus+ matul is-sena akkademika 2017-18, kien ta' 332.
Il-pajjiżi li l-istudenti tal-Università ta' Malta marru fihom huma: ir-Renju Unit, l-Olanda, l-Irlanda, Franza, il-Polonja, l-Italja, Spanja, ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju, il-Finlandja, il-Litwanja, l-Awstrija, il-Portugall, l-Iżvezja, il-Ġermanja, l-Ungerija, id-Danimarka, il-Greċja u l-Iżlanda.
Università ta’ Malta – studenti li mhumiex ta’ nazzjonalita Maltija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija li segwew kors ġewwa l-Università ta’ Malta matul is-sena Universitarja li bdiet fis-sena 2017 u ntemmet fl-2018? Jista’ jagħti lista skont in-nazzjonalità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numri ta' studenti, skont in-nazzjonalità tagħhom, li mhumiex ta' nazzjonalità Maltija u li segwew kors ġewwa l-Università ta' Malta matul is-sena akkademika 2017/18.
Attachments:PQ 6746 - studenti li mhumiex ta' nazzjonalita' Maltija.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid liema bajjiet huma dog-friendlybeaches u ċjoè huma permessibbli li jgħumu l-klieb?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn 10 bajjiet. Dawn huma Żonqor Point, il-Bajja ta’ Wied il-Għajn, wara Splash & Fun f’Baħar iċ-Ċagħaq, il-Fortina f’Tas-Sliema, il-Bajja tar-Rinella l-Kalkara, il-Bajja ta’ Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk, Daħlet ix-Xmajjar Mellieħa, il-Bajja tat-Torri l-Abjad Mellieħa, Bajja tal-Imġiebaħ Selmun, Il-Bajja ta’ Trejqiet Imġarr ix-Xini Għawdex u Xwejni Bay, Marsalforn f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fl-aħħar xhur sabiex jiġi mnaddaf u rijabilitat Wied Blandun? Hemm xi pjanijiet għal dan il-Wied?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Lulju ta' din is-sena sar intervent ta’ tindif fil-parti ta' fuq ta' Wied Blandun, min-naħa ta' Triq Wied Blandun u Triq il-Kampanella. Dan ix-xogħol sar bħala parti mit-Task Force imwaqqfa mill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima sabiex jibda jitneħħa l-iskart mill-widien.
Fl-2017, il-
Valley Management
ikkonkludiet studji preliminari sabiex jinstabu s-sorsi u ż-żoni ta’ tniġġiż ta’ dan il-wied. L-istudju ta wkoll direzzjoni fuq il-kampjuni li għandhom jittieħdu mill-wied u x’analiżi għandha titwettaq sabiex tkun magħrufa sew il-kundizzjoni ambjentali attwali tal-wied.
Il-fondi tal-ewwel studji kienu mħallsa mill-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar ta’ Malta (KKNM). Bħalissa, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qed jagħmel eżerċizzju sabiex jinstabu opportunijiet ta’ fondi Ewropej sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni għall-fondi għat-tieni fażi tal-istudji u sabiex jitwettqu x-xogħlijiet ta' restawr ta' Wied Blandun.
Peress li l-Pink Tax hija fiha nnifisha diskriminatorja mas-sess femminili u peress li f’bosta pajjiżi qed tqajjem diskussjoni, inkluż f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u diġà tneħħiet f’bosta pajjiżi u stati Amerikani, jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea tistax tneħħi din it-taxxa minn fuq prodotti li huma bżonn naturali u ta’ kuljum tan-nisa u li skont ma turi r-riċerka (li qed tingħata separatament), jinbiegħu għal prezz li xi drabi jlaħħaq 35 fil-mija aktar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru mhuwiex qed jikkonsidra din il-proposta.
Ħal Luqa – Triq il-Belt Valletta – xogħol ta’ asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol ta’ asfaltar tant bżonnjuż fi Triq il-Belt Valletta f’Ħal Luqa?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6791 - Ħal Luqa – Triq il-Belt Valletta – xogħol ta’ asfaltar nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu se jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Sptar Mater Dei u Sptar San Luqa — Shockwave Therapy Machine
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ix-Shockwave Therapy Machine għadhiex disponibbli għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Shockwave Therapy Machine fl-Isptar Mater Dei ilha mill-2016 disponibbli għall-pazjenti tagħna.
Memorandum of Understanding bejn l-Avukati Ġenerali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat mill-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech u mill-Avukat Ġenerali tal-Palestina Dr Ahmad Barak kif ingħad fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta' Malta nhar il-Ħadd 9 ta' Settembru 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument hekk kif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni u/jew ippjanat li tkun lesta l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – sid ta’ estensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min se jkun is-sid tal-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-faċilitajiet li se jkun fiha l-istess estensjoni li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018? Jista' jgħid jekk hux se jkun il-Gvern jew kumpanija privata li se jipprovdu s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt? Jista' jagħti l-isem tal-kumpanija privata f'każ li din ser tipprovdi s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – estensjoni — perjodu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul il-perjodu sakemm l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018 issir proprjetà tal-Gvern skont il-kuntratt CT 2009/2015 (Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility), xi ħlasijiet ser isiru mill-Gvern u/jew minn xi entità oħra governattiva lill-consortium għall-estensjoni u għall-faċilitajiet? Jista' l-Ministru jgħid meta huma dovuti dawn il-ħlasijiet u kif għandhom isiru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – catering għall-estensjonijiet tas-sodod
Question
Jista' l-Ministru jgħid min se jipprovdi servizz ta' catering għall-ħames mitt (500) sodda addizzjonali li se jkun hemm fl-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018? Jista' jgħid x'se jkun il-ħlas għal dan is-servizz ta' catering?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – kopja tal-kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bin-numru ta' referenza CT 2009/2015 u bid-deskrizzjoni "Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility" liema kuntratt ġie ffirmat nhar l-14 ta' Novembru 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Żwiġijiet bejn persuna ta’ Nazzjonalità Maltija u oħra barranija fl-2017
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati jew reġistrati żwiġijiet matul is-sena 2017 fejn xi wieħed jew waħda mill-partijiet kienet ta' nazzjonalità Maltija u l-parti l-oħra le? Jista’ jagħti rendikont skont in-numru ta' persuni u ta' liema nazzjonalità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li fis-sena 2017 kien hemm 340 żwieg ċelebrat bejn persuna ta' nazzjonalità Maltija u persuna ta’ nazzjonalità barranija.
Żwiġijiet bejn persuna ta’ Nazzjonalità Maltija u oħra barranija fl-2016
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati jew reġistrati żwiġijiet matul is-sena 2016 fejn xi wieħed jew waħda mill-partijiet kienet ta' nazzjonalità Maltija u l-parti l-oħra le? Jista’ jagħti rendikont skont in-numru ta' persuni u ta' liema nazzjonalità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li fis-sena 2016 kien hemm 349 żwieġ ċelebrat bejn persuna ta' nazzjonalità Maltija u persuna ta’ nazzjonalità barranija.
Santa Luċija — Skola San Tumas More – tiswijiet fil-bieb prinċipali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6623 dwar il-bieb ta’ fuq wara tal-Iskola San Tumas More, Santa Luċija, li jagħti għal Triq Ħal Luqa, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol huwiex finalizzat u jekk iva, kemm ġie jiswa? Jistgħu jsiru x-xogħlijiet meħtieġa ġewwa l-iskola, senjatament fl-ispazju estern tagħha għax tinsab mimlija b’ħaxix ħażin jew niexef?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-istima totali fuq dan il-bieb, inkluż ix-xogħol anċillari, hija ta’ €6,263.50. Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ġew finalizzati. Infurmat ukoll li sar il-qtugħ tal-ħaxix fl-ispazju indikat.