Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-forom ta’ żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-Artikolu 17 tal-Att dwar iż-Żwieġ Kap. 255 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-forom ta’ żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-Artikolu 17 tal-Att dwar iż-Żwieġ Kap. 255 tal-Liġijiet ta’ Malta huma r-reliġjon Presbiterjana, Luterana, Islamika, Bible Baptist Church, Christian Evangelical Church (Assemblies of God) u l-Evangelical Baptist Church. Dan filwaqt li Artiklu 21 tal-istess Att jirrikonoxxi ż-żwieġ Kattoliku.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li dik li kienet imsejħa smoking shed f’Bighi, tiġi finalment restawrata billi ilha wieqfa numru ta’ snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr u snajja oħra fuq Smoking Shed bħalissa wieqaf minħabba prijoritajiet oħra tal-Aġenzijia. Ħabba din ir-raġuni għad m’ hemmx data definittiva meta dan ix-xogħol se jitkompla u jitlesta.
Ħal Tarxien – Zuntier tal-Knisja Parrokkjali xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-parti tal-lemin taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien tiġi rranġata u jgħid x’passi ttieħdu għal min kkaġuna tali ħsara?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ġabar id-dettalji kollha flimkien mar-ritratti u għamel rapport lill-Pulizija.
Peress li fil-bidu ta’ Settembru li għadda tħabbar li tnieda servizz ġdid mis-sistema myHealth, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta’ tobba fil-komunità li qegħdin jagħmlu użu minn din il-faċilità? Kemm huwa n-numru ta’ ċittadini li għamlu użu mis-sistema? X’servizzi oħrajn huma ppjanati li jiddaħħlu fis-sistema myHealth?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru 2018, kien hemm 275 tabib li mhux biss għamlu użu personali mis-servizz tal-myHealth imma wkoll aċċettaw rikjesti minn pazjenti biex jagħtuhom servizz permezz tal-myHealth. B’riżultat ta’ dan, kien hemm 52,350 pazjent li ħadu servizz permezz tal-myHealth.
Rigward is-servizz ġdid għal tobba privati biex jordnaw testijiet tal-laboratorju
online
permezz tal-
myHealth
, mill-1 sal-24 ta’ Settembru dan is-servizz diġà ntuża minn 35 tabib li għamlu 681 ordni
online
.
Għadu kif tlesta x-xogħol fuq faċilità fil-myHealth li biha l-pazjenti jkunu jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom
online
biex Sommarju tat-tagħrif mediku tagħhom jiġi trasferit f’pajjiż Ewropew ieħor f’każ ta’ emerġenza medika waqt l-ivjaġġar, għall-lest għal meta dan is-servizz jibda jopera fl-2019. Minbarra hekk, fix-xhur li ġejjin fil-
myHealth
se jiżdied servizz ġdid biex it-tobba privati jkunu jistgħu jordnaw X-rays li jittieħdu fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Is-sena d-dieħla ser tinbena faċilità li tagħti aċċess għall-istampi tal-X-rays (mhux biss ir-rapport), kif ukoll se jinbena komponent importanti ta’
Personal Health Records
, li permezz tiegħu il-pazjenti nfushom ikunu jistgħu idaħħlu it-tagħrif mediku tagħhom permezz tal-portal tal-
myHealth.
Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw u telqu mill-Korp mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta’ servizz fil-Korp?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awissu 2018 spiċċaw sbatax (17)-il membru tal-Korp li rriżenjaw u telqu u li ma kinux għadhom għalqu l-25 sena servizz.
Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp wara li għalqu 25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li telqu mill-istess Korp mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018 wara li għalqu l-25 sena servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 t’Awwissu 2018 spiċċaw disgħa u tletin (39) membru tal-Korp wara li għalqu l-25 sena servizz.
Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz fl-2017
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw u telqu mill-Korp fl-2017 u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta’ servizz fil-Korp?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2017 kien hemm erbgħa u għoxrin (24) membru full time fil-Korp tal-Pulizija, li rriżenjaw u telqu mill-Korp u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta’ servizz.
Korp tal-Pulizija – Membri li għandhom aktar minn 25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija preżentement li għandhom aktar minn 25 sena servizz fil-Korp?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi sat-28 ta’ Settembru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm mija u tlieta u disgħin (193) membru li għandhom aktar minn 25 sena servizz fil-Korp.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti mal-MCCAA fir-rigward tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x'tip ta' ilmenti kienu dawn u jekk instabitx soluzzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ lmenti milqugħa fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA rigward il-kumpanijia in kwistjoni sa issa telgħu għal 64. Dawn l-ilmenti jikkonċernaw kuntratti dwar prodotti ta’ btala għal perjodu fit-tul. Dawn l-ilmenti huma maqsuma fi tlett kategoriji fejn:
1. 37-il ilment huma relatati ma’ kuntratti bejn il-kumpanija u l-konsumaturi liema kuntratti issa ma jidhirx li ħa jkunu onorati;
2. 16-il ilment fejn il-konsumaturi barra li jaqgħu fl-ewwel kategorija kienu wkoll ħallsu għall-akkommodazzjoni skont kif stabbilit fil-kuntratt u meta wasslu fid-destinazzjoni sabu li ma kien sar l-ebda ħlas f’dan ir-rigward, u
3. 11-il ilment ieħor rigward konsumaturi li jaqgħu fl-ewwel kategorija u fejn ħallsu għall-akkommodazzjoni għal btala li għad iridu jmorru jew kellhom imorru u sabu li ma kien sar l-ebda ħlas għall-akkommodazzjoni mill-kumpanija.
Mill-ilmenti milqugħa rri¿ulta li dawn il-kuntratti għandhom klawżola ta’ arbitraġġ li tagħti ġurisdizzjoni esklussiva liċ-Ċentru ta’ Arbitraġġ ta’ Malta u għalhekk il-konsumaturi iridu jitolbu għal rimedju quddiem dan il-forum.
Tista’ l-Ministru tgħid f’kemm-il każ ħadet passi legali l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mill-1 ta’ Jannar 2014 sa l-aħħar ta’ Settembru 2018, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ħadet 977 pass legali. Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Nirrimarka li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tista’ tibda proċeduri legali skont in-numru ta’ seduti assenjati lilha minn żmien għal żmien mill-istess Qorti. Fil-perjodu msemmi, l-OHSA ġiet assenjata seduti skont kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Irrid insemmi wkoll li apparti dawn il-kawżi, l-OHSA kienet involuta f’numru ta’ kumpilazzjonijiet li jinvolvu numru ta’ seduti għas-smiegħ tax-xhieda.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qegħdin l-istalls tal-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt li fl-2016 ir-rebbieħ kien saħansitra ngħata cheque għad-disinn? (21.6.2016: http://www.independent.com.mt/articles/2016-06-21/local-news/Monti-saga-Winning-design-thrown-out-government-proposes-container-in-shape-of-Maltese-bus-6736159738 )
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disinn tal-istall li qed isir referenza għalih ntgħażel minn Design Review Panel li kien presedut mill-President tal-Kamra tal-Periti. Madanakollu, fil-present il-Ministeru qiegħed jiffoka fuq riforma ħolistika ta’ dan is-settur, fejn fi żmien li ġej se tkun qed tiġi ppublikata whitepaper għal konsultazzjoni pubblika. Kemm il-darba jkun hemm deċiżjoni li jkun hemm stalls uniformi fil-Belt Valletta, id-disinn rebbieħ ċertament se jkun qed jittieħed in konsiderazzjoni. .
Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ jista’ jgħid liema kienu b’direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li minn Ġunju 2017 ‘l hawn, meta l-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor. Interpellant għaddew taht ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kien hemm 82 karozza li ġew leased min naha tal-istess entitajiet bi spiża totali ta’ €217,965. Ma kien hemm l-ebda direct order. Lista tal-kumpaniji li minn għandhom sar il-leasing hija hawn annessa:
United Equipment Co(UNEC) Ltd
Paul & Rocco
Meli Car Rentals
Alpine Rent a car
Galea General Services
Freemond Ltd
Aquarius Rent a Car
AUTOMAX
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li bejn l-2008 u l-2012, l-ispiża ta’ dawn l-istess entitajiet fuq leasing ta’ karozzi kienet ta’ €679,857. L-ammont ta’ karozzi leased f’dan il-perodu kien ta’ 201.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — car leasing
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ jista’ jgħid liema kienu b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — car leasing
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ jista’ jgħid liema kienu b’direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 3934 - Entitajiet fi ħdan il-MEDE - Nefqa fuq car leasing.pdf
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — car leasing
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ jista’ jgħid liema kienu b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-Naxxar — Triq San Ġwann - xogħol ta' resurfacing
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6128, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.