Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Naxxar — Triq it-Telgħa tal-Għaqba - Xogħol ta' Resurfacing

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6138, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

In-Naxxar — Triq l-Ingilterra - Xogħol ta' Resurfacing

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6139, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa. L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Leg 13 PQ #6600 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS Għawdex – kors tad-Diploma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tad-Diploma fl-ITS Għawdex mhux ser isir fis-sena skolastika 2018/2019 u dan minkejja li hemm 9 studenti Għawdxin li applikaw għal dan il-kors li għadhom kemm spiċċaw il-kors tas-Certificate fl-istess ITS f'Għawdex u dan peress li dawn l-istudenti rċevew ittra f'dan is-sens?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jemmen li jkun aktar ta’ benefiċċju għall-istudenti Għawdxin jekk jieħdu exposure ta’ ambjent ikbar u aktar miftuħ u jingħaqdu mal-istudenti Maltin u barranin għal dan il-kors. Din hija sena kruċjali fejn fiha l-istudenti barra li jakkwistaw taħriġ fit-teorija u l-prattika fil-livell 4, jippreparaw ukoll għas-sena obbligatorja ta’ internship internazzjonali li tibda f’Ġunju 2019. Il-korsijiet fil-Foundation u Certificate in Food Preparation and Service isiru fil-kampus ta’ Għawdex.
Leg 13 PQ #6601 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – tqassim ta’ pakketti tal-valenu tal-firien u ġrieden

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura li biha jitqassmu pakketti tal-valenu tal-firien u tal-ġrieden lill-pubbliku jew f'ħitan f'għelieqi madwar Għawdex? Tista' tgħid mis-sena 2013 sal-lum kemm-il pakkett ta' valenu tqassam lill-pubbliku?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-pubbliku jista’ jieħu sa żewġ pakketti velenu tal-ġrieden mingħajr ħlas mill-Uffiċċju Taqsima tal-Kontroll tal-Firien li jinsab fiċ-Ċentru Amministrattiv, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 a.m. sal-10.00 a.m. Ikun mitlub/a li j/tippreżenta l-karta tal-identità. Matul is-sena t-Taqsima tal-Kontroll tal-Firien tesegwixxi programm ta’ ħidma biex jiġi kkontrollat in-numru ta’ ġrieden u firien kif ukoll tattendi għal ilmenti mressqa mill-pubbliku u mill-Kunsilli Lokali dwar infestazzjonijiet ta’ ġrieden f’postijiet pubbliċi permezz ta’ tqegħid ta’ velenu fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku, fi spazji miftuħa u f’siti pubbliċi f’diversi lokalitajiet madwar Għawdex u Kemmuna iżda ma jsirx trattament bi tqegħid ta’ velenu f’postijiet/proprjetà privata. In-numru ta’ pakketti ta’ velenu tal-ġrieden li tqassam lill-pubbliku mis-sena 2013 sas-26 ta’ Ġunju 2018 hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – membri fil-Korp li għandhom sentenza sospiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom sentenza sospiża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Valletta 18 – spiża tal-ftuħ uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3520 u jgħid kemm swiet l-ispiża tal-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispiża tal-ġimgħa tal-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18 kienet ta’ €1,508,542.4, li hija bejn wieħed u ieħor l-istess nefqa relattiva għaċ-ċelebrazzjonijiet għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea 14-il sena ilu. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hu stmat li l-okkazjoni attirat madwar 13,000 turist lejn pajjiżna, li wkoll hu stmat li se jkunu ħallew madwar €8.6 miljun fl-ekonomija nazzjonali direttament jew indirettament.

Awtorità tad-Djar –talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 566 jgħid sal-lum kemm hemm talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali quddiem l-Awtorità tad-Djar u jagħti l-informazzjoni skont il-lokalità li minnhom ġejjin l-applikanti? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet huma għall-ewwel dar tagħhom u kemm minnhom qed jitolbu li jbiddlu l-post għal post ieħor għal xi raġuni jew oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-lum, l-Awtorita` tad-Djar għandha, 3291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali. Hemm ukoll 549 talba oħra sabiex l-inkwilini ibiddlu l-post tagħhom ma’ post ieħor. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.

Awtorità tad-Djar — allokazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 567 u jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b’xahar fiż-żmien imsemmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Benefiċjarji li ser jibbenefikaw mir-roħs fil-ħlas tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 568 u jgħid kemm huma l-benefiċjarji li ser jibbenefikaw minn roħs fil-ħlas tal-kera fl-akkomodazzjoni soċjali tagħhom u dan skont kif ġie mħabbar fil-Baġit li għadda? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-benefiċjarji diġà qed igawdu minn dan it-traħħis u kemm minn dawn il-benefiċjarji rċevew diġà l-ħlas żejda li huma ħallsu minn meta l-Gvern iddeċieda li jgħollilhom il-kera?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kienu 1,433 il-benefiċċjarji li bbenefikaw minn roħs fil-kera kif imħabbar fil-Baġit tal-2017. Il-benefiċċjarji kollha diġa’ rċevew il-ħlas żejjed li ħallsu u gawdew minn dan it-traħħis illi sar biex titneħħa ż-żieda. Tajjeb illi nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi, għall-kontra ta’ dak illi qed itenni, din iż-żieda kienet iddaħħlet mill-Gvern preċedenti, liema Gvern kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista.

Awtorità tal-Ippjanar – Floor Area Ratio Policy

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-applikazzjonijiet sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar taħt il-Floor Area Ratio policy? Jista' jindika għal kull waħda mill-applikazzjonijiet jekk hiex pendenti, sospiża jew approvata?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6852, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ta’ applikazzjonijiet li ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar li jirrelataw ma’ żvilupp li jinvolvi l-Floor Area Ratio qegħdin mniżżla fit-tabella sussegwenti; PA Nos. Type of Application Reception Date Proposal Location Local Council Status PA1505/15 Screening 18/06/2014 Demolition of existing industrial/office block and construction of a mixed use (commercial & residential) high-rise building with a public open landscaped plaza at ground level and three underground levels of car parking. United Garage Ltd, 66, Triq il-Gzira c/w Triq ir-Rebha c/w, Triq Tas- Sliema, Gzira, Malta Gżira Decided Approved PA1996/16 Screening 29/04/2016 Proposed extension to highrise development approved in PA 01505/15 consisting of 5additional floors to accommodate a total of 5 additional residential units. Proposal also includes small changes to the alignment of the facade at the lower approved levels. United Garage Ltd, 66, Triq il-Gzira c/w Triq ir-Rebha c/w, Triq Tas- Sliema, Gzira, Malta Gżira Decided Approved PA581/16 Screening 16/09/2014 To demolish existing dilapidated structure, excavate ground, construct reservoir, car parking, mixed commercial uses utilizing the FAR policy including class uses 4A, 4B, 4C, 3C, 2C, 6A, supermarket and showroom. Site at, Triq il-Merghat c/w Triq L-Esportatur c/w, Triq L- Intornjatur, Birkirkara, Malta Birkirkara Decided Approved PA2765/16 Screening 31/03/2015 To sanction demolition of building partly covered by dangerous structure [DS 104/14] in view of frail block and proposed construction of basement parking levels with overlying business tower 'Ta' Xbiex Palace', Triq Testaferrata / Triq Enrico Mizzi/, Triq Emmanuel Galizia, Ta'Xbiex, Malta Ta’ Xbiex Pending PA1191/05 Full 02/03/2005 Excavation of the site and construction of underground parking and service facilities. Construction of low rise buildings including a 38 storey tower, in a pedestrianized mixed development of retail and office outlets, food and beverage outlets, and residential units. Change of use of Villa Drago to cater for retail and food and beverage establishments. Old Union Club, (between) Tower Road, Hughes Hallet Street, Tiqne Street, Qui Si Sana Lane, Ix- Xatt Ta' Qui-Si-Sana, Sliema, Malta Sliema Pending (Architect to address EPRT decision to refer back to DPAR stage) 175156 Outline 23/09/2016 Proposed demolition of existing hotel; land reclamation works including the construction of a breakwater; rerouting of public road; extension of landscaped area around torri san tumas and construction of a mixed use development consisting of three high rise buildings. Jerma Hotel, Triq Is-Salini, Marsaskala Marsaskala Withdrawn PA851/18 Outline 11/07/2017 Demolition of part of an existing marble factory and the construction of a 12 storey office building (Class 4A) with retail (Class 4B) and food and drink (Class 4D), with three levels of underground parking using the floor area ratio policy. Meli Bugeja Ltd., Triq il-Mithna c/w, Triq is-Sebh, Qormi, Malta Qormi Withdrawn PA8158/17 Outline 06/09/2017 Demolition of existing, excavation and construction of residential development with underlying basement parking levels, commercial space, general landscaping and open central pjazza 105, Telghet Birkirkara c/w, Sqaq Ciantar, San Giljan, Malta San Ġiljan Pending PA7446/17 S creening 11/08/2017 To excavate the site up to three levels below Triq Hal Qormi, accommodating two levels of car parking as well as a showroom. To construct an office block within a medium-rise building and to retain the existing old building. Site at, Triq Hal-Qormi c/w Triq l-Erba Qaddisin c/w, Triq Valletta, Qormi, Malta Qormi Pending PA2282/17 Screening 18/02/2017 Utilising the FAR policy. Construction of Hybrid Development, consisting of 13 storey mid-rise & 29 storey highrise development. Consisting of an underground parking & service facilities (4 floors), with overlying commercial facilities class 4A, 4B & 4D, a supermarket and residential units. Golden Harvest, Misrah Turu Colombo / Triq Nazju Ellul / Triq Manoel De Vilhena / Triq Luqa Briffa /, Triq Reid, Gzira, Malta Gżira Withdrawn PA6252/17 Screening 21/07/2017 Demolition of existing 4 star hotel and the Spa Wing of the 5 star hotel, and excavation of site. Construction of 3 levels of below ground car parking; construction of ground floor retail complex (mix of Class 4B and Class 4C) under a landscaped Public Open Space; and construction of residential complex rising to a maximum of 15 floors above street level. Development also to include complete refurbishment (including internal alterations) of the existing 5 star hotel, the construction of five additional floors on the hotel tower and construction of stepped hotel block rising to 13 floors above the plaza, in place of the Spa Wing. Fortina SPA Resort, Ix-Xatt Ta' Tigne &, Triq Censu Xerri, Sliema, Malta Sliema Decided Approved PA3913/18 Screening 18/04/2018 Change of use of residential (Class 1) blocks A (height of eight floors plus receded) and B (height of eleven floors plus receded) and part of the retail element (Class 4b) at ground floor (all as approved in PA06252/17) to offices (Class 4a) including internal alterations, and changes to the façade. Fortina SPA Resort, Ix-Xatt Ta' Tigne &, Triq Censu Xerri, Sliema, Malta Sliema Pending PA6705/17 Screening 04/08/2017 Proposed lateral extension and amendments to the approved development in PA 581/16 for the construction of underground car parking , mixed commercial uses including class uses 4A, 4B, 4C, 3C, 2C, 6A, and supermarket. The Quad Business Towers, Triq il-Merghat c/w, Triq l-Esportaturi, Birkirkara, Malta Birkirkara Decided Approved PA6704/17 Screening 04/08/2017 Demolition of existing building and construction of three levels of parking (one below road level), underlying proposal for Class 4A offices, including Class 4C commercial at street level. 11-17, Triq il-Moll tal-Knisja /, Triq Belt Il-Hazna, Marsa, Malta Marsa Pending PA6729/17 Outline 30/08/2017 To construct underground reservoir, 5 levels of underground car parking, mixed commercial uses utilizing the FAR policy to construct a 17 storey high rise building to include class uses 4A, 4B, 4C & 4D. Site at, Triq Is-Salib Ta' l-Imriehel, Birkirkara, Malta Birkirkara Pending PA8058/17 Outline 11/10/2017 Proposed demolition of existing petrol station and excavation of two levels of underground parking. Proposed Showroom at ground floor and mezzanine level and Class 4A offices from 2nd to 13th floor and receded floor. Proposal includes landscaping at street level in line with FAR Policy. Paul & Rocco Gzira Ltd., Triq l-Imsida, Gzira, Malta Gżira Pending PA3846/08 Outline 01/08/2008 Proposed part demolition of existing building, excavation and construction of residential and office buildings Muscat Motors, Triq D'argens, Gzira Gżira Pending PA3632/09 Full 11/08/2009 Flats, penthouses and basement parking. Site At, N/S in Triq It- Tuffieh, Triq Il- Langas and, Triq Censu Muscat, Naxxar Naxxar Pending PA735/08 Full 12/02/2008 To demolish existing dwellings and erect 2 basement garages, overlying 125 apartments and 21 penthouses and 1 class 4 shop. Site at Dawret ix-Xatt /, Triq Wied Glavan, Xghajra Xgħajra Withdrawn PA6227/08 Full 24/12/2008 Demolition of existing buildings, excavation and construction of multi use development Mizzi House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda Blata l Bajda Pending PA897/18 Outline 21/01/2018 Proposed commercial development based on floor area ratio Site at, Triq it-Tigrija /, Triq 13 Ta' Dicembru, Marsa, Malta Marsa Pending PA3807/17 Full 03/04/2017 Proposed City Centre multi-use development, including 5 Star Hotel (438 rooms) Class 3B, 162 residences, commercial office space (Class 4A), shopping mall (Class 4B) and restaurants (Class 4C and 4D) and basement car park. Former ITS Site, Wesghet George Portanier & Wesghet Lewis V. Farrugia, Triq il-Profs. Walter Ganado, Triq Pietru D'Armenia, Pembroke & Triq il-Profs. Walter Ganado, Ix-Xatt ta' San Gorg, San Giljan, Malta San Ġiljan Pending

Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema – talba għal skema tal-ipparkjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema sabiex tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?

Response (BORG, IAN)

Transport Malta għaddejja bi studju intern sabiex jinħolqu miżuri favur aktar parkeġġ madwar Malta. It-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema hi ħolqa minn numru ta’ talbiet oħra li mexxew 'il quddiem diversi kunsilli madwar Malta u għaldaqstant ikun xieraq li qabel jingħata permess lil xi kunsill partikolari, jiġu analizzati u kkreati diversi skemi u miżuri li jolqtu bżonnijiet u ħtigijiet ta’ kull lokalità f’Malta u dan waqt li ntennu li l-parkeġġ jibqa’ mingħajr ħlas.

Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema — talba għal skema tal-ipparkjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema sabiex tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Każijiet ta’ rapporti ta’ persuni reqdin barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' rapporti ta' persuni reqdin barra, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull każ f'liema lokalità seħħ, ta' liema sess u nazzjonalità kienet il-persuna nvoluta u x'passi ttieħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi kien hemm ħamsa u għoxrin każ fejn hemm rapporti lill-pulizija, dwar sebgħa u għoxrin persuna li kienu reqdin barra, mis-sena 2013 sal-aħħar t’Awwisu 2018 kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Ħames każi kienu jirrigwardaw l-istess persuna li anke tressqet il-Qorti. Ħlief għal żewġ persuni li kienu nisa, l-oħrajn kienu kollha rġiel. Fost ħdax-il persuna li dwarhom ittieħdu proċeduri l-Qorti, tnejn kellhom il-Proċedimenti eżawriti – tnejn ġew illiberati – tnejn oħra ġew illiberati b’kundizzjoni skont il-Kap 446 artiklu 22 – persuna waħda ngħatat probation u l-każ ta’ erbgħa persuni għadu sub-judice. F’erba’ każi nstabet akkomodazzjoni – persuna ntbagħtet għall-kura fi sptar u kien hemm ħdax-il persuna li ma ttieħdux passi kontrihom. Sena 2013 2014 2015 2016 2017 2018 sa Awwissu Total Numru ta’ Każi 1 3 1 8 6 6 25 Numru ta’ persuni 1 3 1 10 6 6 27 Lokalità u nazzjonalità Qormi x 1 Qormi x 3 Żebbuġ x 1 Qormi x 1 Valletta x 1 Kemuna x 1 Isla x 1 Qawra x 5: San Pawl x 1 Qormi x 2 Marsa x 2 San Pawl X 2 Qormi x 3 San Pawl x 3

Persuni akkużati fuq ksur ta’ Artikolu 338(w) tal-Kodiċi Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (w) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li għexet ħajja ta’ għażż u ta’ vagabundaġġ, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena mposta mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u s-sena 2018 kien hemm tmintax (18)-il persuna li ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (w) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li għexet ħajja ta’ għażż u ta’ vagabundaġġ kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. F’erbgħa minn dawn il-każijiet kien hemm l-istess persuna involuta. Sena 2013 2014 2015 2016 2017 2018 sa Awwissu Total Ammont 1 3 2 2 6 4 18 Lokalità Qormi x 1 Qormi x 3 Lokalitajiet varji x 1 Żebbuġ x 1 Qormi x 1 Rabat x 1 Lokalitajiet varji x 2 Valletta x 1 Qormi x 2 Marsa x 1 Valletta x 1 Qormi x 3 Minn dawn kien hemm tliet (3) ka¿i fejn il-proċedimenti ġew e¿awriti – ¿ewġ (2) ka¿i fejn il-persuni ma nstabux ħatja – ¿ewġ (2) ka¿i b’sentenza ta’ priġunerija – ¿ewġ (2) ka¿i ta’ sentenza sospi¿i u multa – ka¿ (1) bi priġunerija u multa - erbgħa (4) ka¿i sub judice – tliet ka¿i (3) fejn ġew liberati taħt kundizzjoni u ka¿ (1) ta’ probation.

Persuni akkużati fuq ksur ta’ Artikolu 338(x) tal-Kodiċi Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (x) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li f’xi post pubbliku immolestat in-nies biex titlob il-karità, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena mposta mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u Awwissu 2018 kien hemm erbatax (14)-il persuna li ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (x) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li f’xi post pubbliku immolestat in-nies biex titlob il-karità, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt : Sena 2013 2014 2015 2016 2017 2018 sa Awwissu Total Ammont 1 3 5 2 2 1 14 Lokalità Mqabba x 1 Valletta x 3 Żurrieq x 1 Gżira x 1 Sliema x 2 Valletta x 1 Qormi x 1 Rabat x 1 Rabat x 1 Gżira x 1 Qormi x 1 Minn dawn kien hemm każ (1) fejn il-persuna ġiet imwissija u mċanfra – sebgħa (7) każi fejn il-persuni ġew liberati b’kundizzjoni – tliet (3) każi fejn il-proċedimenti ġew eżawriti/preskritti – każ (1) sine die – każ (1) fejn tħallset multa u każ (1) għadu sub-judice.
Leg 13 PQ #6862 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żwiġijiet bejn persuna ta’ Nazzjonalità Maltija u oħra barranija fl-2015

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati jew reġistrati żwiġijiet matul is-sena 2015 fejn xi wieħed jew waħda mill-partijiet kienet ta' nazzjonalità Maltija u l-parti l-oħra le? Jista’ jagħti rendikont skont in-numru ta' persuni u ta' liema nazzjonalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fis-2015 kien hemm 324 żwieg ċelebrat bejn persuna ta' nazzjonalità Maltija u persuna ta’ nazzjonalità barranija.

Il-Fgura – Triq il-Karmnu – landscaping tar-roundabout

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5334, jista’ l-Ministru jgħid huwiex se jsir il-landscaping tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura peress li ilha biex issir mill-inqas mit-23 ta’ April 2018?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disinni proposti ħadu aktar fit-tul peress li ma setax isir intervent bis-soft landscaping minħabba li ma kienx hemm fond biżejjed għall-ħamrija. Id-disinji ġodda ġew approvati u x-xogħol beda u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Vetturi scrapped

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew scrapped vetturi tul is-sena li għaddiet u mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2018? Jista’ jindika kemm minnhom użaw l-iskema sabiex tinxtara vettura ġdida kif ukoll jindika s-sena tal-manifattura ta’ dawn il-vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab hawn taħt u qed tingħata sal-aħħar ta’ Awwissu 2018. Vetturi skrappjati fl-2017 7,963 Vetturi skrappjati bejn Jannar – Awwissu 2018 6,136 Vetturi li użaw l-iskema sabiex tinxtara vettura ġdida 2,467 Sena tal-manifattura ta’ dawn il-vetturi Is-sena tal-manifattura ta’ dawn l-2,467 vettura tvarja bejn l-1969 u l-2008
Leg 13 PQ #6867 Sitting 140 2018-10-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni tat-taxxa — ittri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fir-rigward tal-hekk imsejħa rifużjoni tat-taxxa li saret riċentament, kemm-il ittra ntbagħtet u lil kemm-il persuna? Jista’ jiġi indikat l-ammont preċiż u komplessiv li ġie mħallas kif ukoll kemm ġew jiswew l-imsemmija ittri għad-dipartiment? Jista’ jindika ukoll jekk sarx ħlas bi ħlas bankarju dirett u f’liema każ kemm kien l-ammont preċiż hekk trasferit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rifuzjoni tat-taxxa kienet tlaħħaq l-ammont sħiħ ta’ €11,403,066 (ħdax-il miljun, erba’ mija u tlett elef, u sitta u sittin ewro) li tqassmet fost kull individwu li jaħdem. B’kollox inħarġu total ta’ 204,512-il ittra bi spiza ta’ inqas minn 50 ċenteżmu 'l waħda. Ngħarraf lill-Interpellant ukoll li l-ebda pagament ma sar permezz ta’ ħlas bankarju dirett.