Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – serq mill-parking

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta' serq mill-underground parking tal-Isptar Mater Dei, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti u kemm tressqu persuni l-Qorti dwar l-istess każijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkoncernat.

Anzjani rikoverati f’residenzi tal-istat jew privati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm anzjani ġew rikoverati f'residenzi tal-istat jew residenzi mmexxija mill-privat sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba, għal kull residenza individwalment u minn liema distretti elettorali ġew rikoverati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, filwaqt li l-lista’ tar-Residenza San Vinċenz de Paule qiegħda mqassma skont il-lokalita` li minnha ġew rikoverati, ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tal-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita` ma jżommx lista bil-lokalita`, iżda t-total ta’ anzjani rikoverati f’kull dar tal-anzjani, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll dawk privati u li magħhom għandna public private partnership . Il-prijorita` tad-Dipartiment hija l-bżonnijiet u l-kura li jkollu l-individwu.

Residenzi għall-anzjani – spare capacity

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm iżomm spare capacity ġewwa kull residenza għal anzjani jew djar tal-gvern għal każijiet urġenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità ma jżommx sodod bħala spare capacity, dan minħabba li l-każijiet urġenti jiġu trattati każ, b’każ u t-tim ta’ professjonisti jara li jqabbel il-bżonn tal-klijent ma’ sodda li tkun vakanti. Fir-residenza ta’ San Vinċenz hemm żewġ sodod bħala spare capacity

Residenzi għall-anzjani tal-Istat – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm anzjani fil-waiting list biex jiġu rikoverati f'residenzi tal-istat għal anzjani dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena? Jista' ġentilment jipprovdi din l-informazzjoni sena b'sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Carers jaħdmu mal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm carers jaħdmu mal-anzjani f’residenzi privati (home care), fir-residenzi tal-istat għal anzjani u f'San Vinċenz de Paul dawn l-aħħar ħames snin u sal-ġurnata li ġiet impoġġija din il-mistoqsija maqsuma residenza residenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Carers impjegati mal-gvern u l-privat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' carers preżentement impjegati mal-gvern u kemm hemm persuni impjegati mal-kuntrattur ġewwa kull residenza għal anzjani? Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin? Jista’ jinforma lill-Kamra ta' liema nazzjonalità huma dawn il-carers? Jista’ jelenkahom skont il-post fejn jaħdmu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, carers li jaħdmu fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern hemm 335. Minn dawn hemm 63 impjegat tal-Gvern u 272 impjegat tal-kuntrattur. It-335 carer huma mqassma kif ġej, 216 li huma maltin u 119 li huma barranin. Il- carers barranin ġejjin minn dawn il-pajjiżi, l-Ingilterra, l-Kroazja, s-Serbja, l-Bulgarija, l-Bożnija, l-Ungerija, l-Ukranja, r-Rumanija, l-Indja, l-Pakistan, l-Filippini, t-Tajlandja, t-Tuneżija, n-Niġerja, ż-Żimbabwe, s-Sudan u l-Ghana. Din it-tabella tindika l-informazzjoni ta’ kull dar tal-anzjani tal-gvern kif mitlub : Dar MellieħaBormlaŻejtunZammit Clapp MostaMtarfaFlorianaMsida Nazzjonalita’ Ingilterra11000000 Kroazja01000000 Serbja10210000 Bulgarija10000000 Bożnija00010000 Ungerija10000000 Ukraina00010000 Rumanija00100000 Indja802331700 Pakistan10020000 Fillippini3016283010 Tajlandja00010000 Tuneżija01000000 Niġerja30010000 Żimbabwe20000000 Sudan00010000 Ghana10000000 Total 23342394710 Fir-rigward tar-Residenza San Vinċenz de Paule, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ carers maltin impjegati ġewwa r-Residenza jammonta għal 327 carer, filwaqt li hemm 231 Carer barrani u li huma impjegati mal-kuntrattur. Mit-327 carer malti ġewwa r-Residenza, 257 Healthcare Workers huma impjegati tal-Gvern. Il-carers baranin ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, ġejjin mill-Albania, l-Bulgaria, l-Eritrea, l-India, l-Italja, l-Libja, n-Niġerja, l-Pakistan, r-Rumanija, s-Serbja u Tunisija.

Carers impjegati mal-gvern u l-privat – paga

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jitħallsu paga fis-siegħa l-carers li jaħdmu mal-Gvern u dawk li jaħdmu mal-kuntrattur? X'differenza għandhom fil-kundizzjoni tax-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-carers li jaħdmu mal-Gvern jitħallsu bir-rati hekk kif stipulat fil-ftehim kollettiv. Il-carers tal-kuntrattur illi jaħdmu f’kuntratti tal-gvern, jitħallsu skont iċ-ċirkulari tad-Dipartiment tal-Kuntratti, 20/2017. Rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol, m’hemm l-ebda differenza bejn il-kundizzjonijiet tal-carers tal-Gvern u dawk tal-kuntrattur.

Brexit – No Deal Scenario – linji gwida

Question

Peress li f’Ġunju li għadda l-Kummissjoni Ewropea ħarġet linji gwida li fihom tat informazzjoni prattika fuq kif il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jistgħu jippreparaw lil pajjiżhom f’eventwalità ta’ Brexit mingħajr qbil (No Deal Scenario) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fid-29 ta’ Marzu 2019, għaldaqstant, tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-miżuri kollha li l-Gvern Malti qed jieħu bħala prekawzjoni f’każ li din l-eventwalità sseħħ?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onor. Interpellant, għall-fini ta’ kjarifika li l-linji gwida dwar in-negozjati jiġu adottati mill-Prim Ministri u l-Kapijiet ta’ Stat fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u mhumiex maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea. Apparti minn hekk, fil-linji gwida li ġew adottati f’Ġunju, il-Kunsill Ewropew reġa' tenna l-importanza li l-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha jkunu preparati għal kull eventwalità, inkluż għal no deal. F’Lulju u mhux f’Ġunju li għadda, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni li fiha spjegat li għalkemm in-Negozjati għal tluq ordnat kienu għadhom għaddejjin, kienet qiegħda ssir ħidma fuq miżuri ta’ preparazzjoni li kienu qed jittieħdu biex l-Unjoni tkun preparata għal tluq mhux ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Din il-komunikazzjoni spjegat fost l-oħrajn id-differenza bejn il-miżuri ta’ preparazzjoni u l-pjanijiet ta’ kontinġenza; li apparti fuq livell ta’ Unjoni, jeħtieġ li ssir ħidma wkoll mill-Gvernijiet u minn entitajiet privati; u x’kienet qiegħda tagħmel il-Kummissjoni biex tipprepara għat-tluq tar-Renju Unit. Rigward il-miżuri li ġew meħuda mill-Kummissjoni, il-komunikazzjoni spjegat li: a. Kien għaddej xogħol biex jiġi identifikat acquis tal-Unjoni li kien meħtieġ jiġi emendat minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni. Dan il-proċess inbeda u x-xogħol leġiżlattiv bejn l-istituzzjonijiet għadu għaddej; b. Kienu ppubblikati numru ta’ ċirkulari li jispjegaw l-impatt ta’ tluq mhux ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni f’diversi setturi; c. Kien għaddej proċess biex jiġu rilokati żewġ aġenziji tal-Unjoni mir-Renju Unit lejn stati membri; d. Kienet għaddejja ħidma biex l-Unjoni tkun preparata biex tinnotifika lill-isħab tagħha li r-Renju Unit m’għadux jifforma parti mill-Unjoni u biex isiru xi adattamenti għal databases tal-Unjoni. Il-Gvern kontinwament qiegħed isegwi l-ħidma tal-Kummissjoni fuq dan il-binarju u kien parteċipi wkoll fil-laqgħat li saru mas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, li qiegħed imexxi l-ħidma fuq dawn il-preparamenti, fil-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza kien kontinwament f’konsultazzjoni mal-Ministeri l-oħra biex ikunu wkoll koordinati pjanijiet simili fuq livell nazzjonali. Dwar dan kien hemm ukoll diskussjoni fil-livell ta’ Kabinett. F’dan ir-rigward, tajjeb li wieħed jinnota li għalkemm il-Gvern jippreferi wkoll li jiġu konklużi b’suċċess in-negozjati dwar l-Arranġament tat-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni u li dan jidħol fis-seħħ, qed isiru wkoll preparamenti oħra. Il-ħidma hawn inkludiet: a. Iċ-ċirkolazzjoni taċ-ċirkolari maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea lill-isħab soċjali u l-partijiet konċernati; b. Studju flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dwar jekk hemmx bżonn ta’ reviżjonijiet għal xi liġijiet fuq livell nazzjonali; c. Ħidma biex jiġu implimentati il-provedimenti fl-Arranġament tat-Tluq speċjalment dawk relatati ma’ proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini, inkluż pjanijiet għal no deal. Hawn, flimkien mal-aġenzija Identity Malta qiegħda ssir ħidma kontinwa biex jiġu preparati l-proċessi amministrattivi għall-eventwalitajiet kollha; d. Ħidma dwar komunikat ma’ ċittadini Maltin fir-Renju Unit biex ikun spjegat kif dawn se jintlaqtu; e. Preparamenti f’oqsma sensittivi bħal: prodotti mediċinali; id-dwana; t-trasport (speċjalment fl-avjazzjoni) biex kemm jista’ jkun bħala Gvern ikun lest anke għal no deal. Hawn qed jiġu ingaġġati aktar riżorsi umani biex inkampaw ma’ influssi u ħidma proċedurali oħra li tista’ tiġi ikkawżata minn no deal . Fl-aħħar nett, tajjeb ukoll li wieħed jinnota li f’setturi meqjusa aktar importanti, il-Kummissjoni – wara li ġiet ukoll imħeġġa mill-iStati Membri, qiegħda tħejji pjanijiet ta’ kontinġenza. Għal raġunijiet tattiċi (partikolarment biex ma tagħtix l-impressjoni li tilfet il-fidi li n-negozjati se jkunu konkluzi b’suċċess), il-Kummissjoni ma tantx żvelat dettalji dwar dawn. Però, l-Gvern jinnota u hu infurmat li setturi kruċjali għal Malta huma inklużi f’dawn il-pjanijiet. Dawn jinkludu: a. Iċ-ċittadini u d-drittjiet tagħhom; b. Is-servizzi finanzjarji; c. Il-farmaċewtika u prodotti mediċinali; d. It-trasport (b’enfasi fuq l-avjazzjoni); Aktar dettalji dwar dawn mistennija aktar ‘il quddiem u f’każ li l-Kummissjoni tkun tista’ tikkonferma b’ċertezza li n-negozjati għal tluq ordnat fallew.

Importazzjoni ta’ majjal ħaj

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mir-rekords li għandu l-Ministeru kemm kien importat majjal ħaj, mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, maqsuma xahar xahar? Jista’ jagħti n-numru ta’ majjal li nqatel fil-biċċerija ta’ pajjiżna minn dawk li ġew importati? Jista’ jgħid minn fejn (bħala pajjiż) kienu trasportati lejn pajjiżna, il-majjal li ġie mportat ħaj?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Baqar imrobbija għall-ħalib

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ baqar imrobbija għall-ħalib li ġew maqtula, mill-bidu ta’ din is-sena 2018 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta’ baqar li ġew maqtula f’Malta u Għawdex u għal liema raġuni dawn il-baqar ġew maqtula?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Skejjel tal-Istat – kunsill skolastiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom Kunsill Skolastiku min-numru totali ta’ Skejjel tal-Istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel statali primarji u sekondarji u dawk post-sekondarji kollha għandhom Kunsill Skolastiku. Hemm żewġ skejjel li m’għandomx. Dawn huma l-iskola Malta Visual and Performing Arts, il-Ħamrun, u Ġuże Ellul Mercer 16+, il-Gżira. Dawn ser ikollhom l-elezzjonijiet f’Jannar 2019.

Elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi u f’liema skejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli skolastiċi saru f’Jannar tal-2017. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ skejjel fejn saru l-elezzjonijiet jew tal-ġenituri jew tal-għalliema. Fl-iskejjel l-oħra ma kienx hemm bżonn issir elezzjoni peress li kien hemm in-numru eżatt ta’ kandidati.

Ġenituri rappreżentanti fil-Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġenituri rappreżentati fil-Kunsilli Skolastiċi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull skola statali fejn hemm Kunsill Skolastiku hemm tliet ġenituri u tliet edukaturi.

Kunsilli Skolastiċi – ġenituri ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġenituri fil-Kunsilli Skolastiċi li huma ġenituri ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentri tar-Riżorsi kollha, jiġifieri: Kulleġġ t’Għawdex, Sannat Special Unit, Sannat Għawdex Kulleġġ San Benedittu Helen Keller Resource, Qrendi Kulleġġ San Ġorġ Preca, Guardian Angel Resource Centre, Ħamrun Kulleġġ Santa Klara San Miguel Primary Education Resource Centre, Pembroke u Kulleġġ Marija Reġina, Wardija Resource Centre għandhom Kunsill Skolastiku. F’dawn il-kunsilli hemm ġenituri li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali. Fl-iskejjel statali l-oħra, din l-informazzjoni ma tinġabarx minħabba l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Kunsilli Skolastiċi — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ġeneralment x’jiġi diskuss waqt il-laqgħat tal-Kunsilli Skolastiċi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li waqt il-laqgħat tal-Kunsilli Skolastiċi kull kunsill jiddiskuti affarijiet pertinenti għall-iskola partikolari. Xi suġġetti komuni li jiġu diskussi, fost ħafna suġġetti oħra, huma dawn li ġejjin: Proġetti tal-Erasmus School Development Plans Open Days Celebration days Audit Report School Management System Sports Day Christmas activities Tuck shop Student Council matters Financial updates School Refurbishment Parents’ Day Exam results Teaching Practice Induction Day for Year 7 students

Skejjel sekondarji tal-istat – studenti bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bi bżonnijiet speċjali (statemented) fi skejjel sekondarji tal-istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti bi bżonnijiet speċjali (statemented) fi skejjel sekondarji tal-istat huwa ta’ 1,148.

Awtorità tax-Xandir – stazzjonijiet tar-radio — stallazzjoni ta’ repeater/booster f’Għawdex

Question

B'referenza għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 6689, li kienet dwar FM Repeater f'Għawdex, liema domanda originarjament kienet irreferuta lill-Prim Ministru permezz ta' mistoqsija parlamentari 6659, u li fit-tweġiba għaliha l-Prim Ministru qal li t-trasmissjonijiet tar-radju FM huma regolati mill-Awtorità ta' Malta dwar ix-Xandir u għaldaqstant talabni nirreferi d-domanda tiegħi lill-Ministru konċernat u peress li: a) it-tweġiba għall-mistoqsija 6689 mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kienet "Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari 6659" u peress li b) skont is-sit tal-Gvern gov.mt, ix-Xandir jaqa’ taħt il-portafoll tal-Ministru tal-Ġustizzja, Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija 6689?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tax-Xandir ma rċiviet l-ebda ilment ta dan it-tip. Sadanittant, ninforma lill-Onor Interpellant li l-istazzjonijiet li qed jirreġistraw problemi ta’ interferenza għandhom jinfurmaw direttament lill-Awtorità tax-Xandir bid-dettalji kollha biex din tkun tista’ tipproċedi skont il-prassi u titlob l-assistenza teknika tal-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni.
Leg 13 PQ #7094 Sitting 141 2018-10-08 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — avukati u ditti legali – Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.