Legislature:
Category:
Reset
Active:

Moviment Graffitti — Passi kontra uffiċjali u membri tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu fil-konfront tal-uffiċjali u membri tal-Korp tal-Pulizija, inkluż membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), li użaw forza eċċessiva deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala heavy-handed, ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant ġie riferut lill-Independent Police Complaints Board imwaqqaf bis-saħħa ta' Kap 164 Att dwar il-Pulizija. Dan huwa Bord indipendenti u wieħed irid jistenna l-eżitu ta' din l-investigazzjoni.

Moviment Graffitti — Ordni biex attivisti jitneħħew b’użu ta’ forza eċċessiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien l-uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija li ta l-ordni biex attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent jitneħħew bl-użu ta' forza eċċessiva minn membri tal-Korp tal-Pulizija, inkluż membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kif diġà semmejt fi tweġiba għal mistoqsija oħra, il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant ġie riferut lill-Independent Police Complaints Board imwaqqaf bi-saħħa ta' Kap 164 Att dwar il-Pulizija. Fost oħrajn il-Bord irid jevalwa jekk intużatx forza eċċessiva, u jekk fl-affermattiv, min wettaqha.

American University of Malta – tabella mal-ħajt ta’ Baċir Numru Wieħed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ‘l hekk imsejħa American University of Malta kellhiex il-jedd li twaħħal tabella tagħha mal-parti esterna tal-ħajt tal-Baċir Numru Wieħed f’Bormla?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li t-tabella li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant twaħħlet wara li nkisbu l-permessi meħtieġa. Infurmat mill-istess Kunsill Lokali li ma sab l-ebda oġġezzjoni meta ntalab il-kunsens tiegħu.

Raħal Ġdid – Bini tal-proġett tal-Pjazza de Paule – spejjeż tal-kont finali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-kont finali tal-ispejjeż inkorsi fil-bini tal-proġett tal-Pjazza de Paule f’Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-pjazza de Paule f’Raħal Ġdid s’issa sewa €2,251,745.47. Din is-somma għada mhux finali peress li għad iridu jitħallsu xi pagamenti.

Ħal Tarxien — arbuxelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin f’Ħal Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’mod partikolari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta' dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma soft landscaping fil-lokalitá rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governativi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet. Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 21 Nerium Oleander u ġew imħawwla 80 Nerium Oleander.

Raħal Ġdid — Pjazza de Paule - siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqagħlet mill-Pjazza de Paule f’Raħal Ġdid qabel il-proġett li sar? Jista jgħid ukoll jekk is-siġar kollha maqlugħa ġewx imħawla lura mill-ġdid u jekk kollha ħadux?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-pjazza kien hemm 40 siġra ħafna minnhom tħawlu fi ġnien il-Mediterran u l-oħrajn fejn Ċimiterju ta l-Addolorata.

Raħal Ġdid — Pjazza de Paule – kumpens lis-sidien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sidien tal-ħwienet li hemm fi Pjazza de Paule f’Raħal Ġdid humiex se jingħataw kumpens għat-telf tan-negozju kbir li huma sofrew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt tal-pjazza oriġinalment kellu t-terminu tiegħu sa nofs Ottubru għaldaqstant ix-xogħolijiet tlestew qabel u għalhekk ma kien hemm l-ebda lok għaliex kellu jingħata kumpens.

American University of Malta – tabella mal-ħajt tal-Baċir Numru Wieħed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk 'l hekk imsejħa American University of Malta kellhiex il-jedd li twaħħal tabella tagħha mal-parti esterna tal-ħajt tal-Baċir Numru Wieħed f’Bormla?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’referenza għal din il-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, jirregola biss il-lat edukattiv.

Korp tal-Pulizija – membri li għandhom inqas minn 40 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ inqas minn 40 sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fl-1 ta’ Ottubru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm elf, tliet mija u disgħa u sebgħin (1379) membru li għandhom età ta’ inqas minn 40 sena.

Korp tal-Pulizija – membri ta’ età bejn 40 u 60 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ bejn 40 sena u 60 sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi sal-1 ta’ Ottubru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm seba’ mija u tnejn u sittin (762) membru li għandhom età ta’ bejn 40 sena u 60 sena.

Korp tal-Pulizija – membri ta’ sess femminil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li huma ta’ sess femminili?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li sas-26 ta’ Settembru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm erba’ mija u tlieta u ħamsin (453) membru li huma ta’ sess femminili.

Korp tal-Pulizija – twaqqif ta’ childcare centres għal membri fil-korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu childcare centres għal tfal żgħar ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent m’hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu childcare centres għal tfal żgħar ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija.

Għases tal-Pulizija – investiment f’modernizzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għases tal-pulizija li fihom sar investiment ta’ modernizzar, upgrading u tiġdid fis-sena 2018? Jista’ jgħid liema kienu dawn l-għases u kemm kienet l-ispiża ta’ investiment f’kull waħda minn dawn l-għases, waħda waħda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm ħamsa u għoxrin (25) għassa tal-pulizija li fihom sar investiment ta’ modernizzar, upgrading u tiġdid, liema xogħol jibqa’ għaddej. L-għases huma dawk elenkati fit-tabella t’hawn taħt li ħdejhom hemm stima ta’ kemm kienet l-ispiża ta’ investiment f’kull waħda. Sar ħafna xogħol mit-Taqsima tas-Snajja fi ħdan il-korp barra minn xogħol ieħor li sar mill-kuntratturi. Dawn l-ispejjeż u x-xogħol ma jinkludix dak li sar f’sezzjonijiet oħra tal-Korp. Reġjun A Valletta Eur. 1900 Qormi Eur. 2516 Żebbuġ Eur. 1800 Raħal Ġdid Eur. 1900 Fgura Eur. 1450 Bormla Eur. 530 Ħaż-Żabbar Eur. 800 Żejtun Eur. 2500 Ħal Għaxaq Eur. 2300 Birżebbuġa Eur. 1200 Żurrieq Eur..1900 Reġjun B: Sliema Eur. 1500 Msida Eur. 1300 San Ġiljan Eur. 7500 San Ġwann Eur. 1000 Ħamrun Eur. 800 Rabat Eur..4200 Birkirkara Ongoing Balzan Eur..1800 Naxxar Eur. 9500 Qawra Eur. 7500 San Pawl il-Baħar Eur. 2300 Mellieħa Eur. 3200 Għawdex Rabat Għawdex Eur.1500 Żebbuġ Eur. 800

Korp tal-Pulizija – użu ta’ body cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li llum għandhom u jistgħu jagħmlu użu minn body cameras fil-ħidma tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li hemm tlieta u għoxrin (23) membru fil-Korp tal-Pulizija li għandhom u jistgħu jagħmlu użu minn body cameras fil-ħidma tagħhom. Dan hu proġett pilota qabel ħafna aktar membri tal-korp jingħataw din il-faċilita’ fix-xhur li ġejjin.

Ħal Qormi – Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga għalfejn tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f’Ħal Qormi, inbiddlu l-livelli tal-ilma tax-xita biex minflok jibqa’ sejjer fi Sqaq San Frangisk Numru 3 għall-wied, qed jibda jmur fi Triq San Franġisk?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 7022, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-triq saru mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi u għalhekk hu jinsab aktar f’pożizzjoni li jwieġeb għal din il-Mistoqsija.

Ħal Qormi – Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga għalfejn tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f’Ħal Qormi, inbiddlu l-livelli tal-ilma tax-xita biex minflok jibqa’ sejjer fi Sqaq San Frangisk Numru 3 għall-wied, qed jibda jmur fi Triq San Franġisk?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li qed jistenna rapport mingħand il-perit tal-Kunsill sabiex issir verifika tal-problema.

Ħal Qormi – Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież — Culverts

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi stallat culvert ġdid peress li tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f’Ħal Qormi, inbiddlu l-livelli tal-ilma tax-xita bil-konsegwenza li minflok jibqa’ sejjer fi Sqaq San Franġisk Numru 3 għall-wied, qed jibda jmur fi Triq San Franġisk?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7022 tal-istess Seduta.

Ħal Qormi – Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież — Culverts

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi stallat culvert ġdid peress li tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f’Ħal Qormi, inbiddlu l-livelli tal-ilma tax-xita bil-konsegwenza li minflok jibqa’ sejjer fi Sqaq San Franġisk Numru 3 għall-wied, qed jibda jmur fi Triq San Franġisk?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 7023.

Sptar Mater Dei – Spazji ta’ parkeġġ

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm spazji ta' parkeġġ fl-underground parking tal-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ispazji għall-parkeġġ huma riżervati għall-impjegati, infermiera, tobba, konsulenti u persuni b'diżabilità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ spazji ta’ parkeġġ fl-underground parking tal-Isptar Mater Dei huwa ta’ 1,418 maqsum f’958 spazji fil-livelli -1 u -2 għall-ħaddiema kollha tal-isptar, u f’460 spazji fil-livelli -3 u -4 għall-viħitaturi. Il-konsulenti tal-Isptar għandhom parkeġġ riservat għalihom f’naħa oħra tal-isptar. Minn numru t’hawn fuq imsemmi, hemm numru ta’ spazji riservati għall-persuni b’diżabilita li jammontaw għall-32 u huma mifruxin fuq l-erba’ livelli tal-parkeġġ.

Sptar Mater Dei – każijiet ta’ clamping ta’ vetturi fl-underground parking

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta' clamping ta' vetturi fl-underground parking tal-Isptar Mater Dei, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2017 kien hemm 567 każijiet ta’ clamping filwaqt li matul din is-sena sat-2 t’Ottubru kien hemm 147.