Ta’ Kandja – direct order għall kull xogħol relatat max-shooting range
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kull direct order għal kull xogħol relatat max-shooting range f’Ta’ Kandja, lil min ingħatat, id-data ta’ meta ngħatat, l-ammonti rispettivi u f’kull każ jgħid jekk hu kienx infurmat jew approvax kull direct order elenkata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-lista ta' Direct Orders għal kull xogħol relatat max-shooting range f’Ta’ Kandja hija dik li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn intalbu minn SportMalta u ngħataw l-approvazzjoni mill-Ministeru għall-Finanzi skont il-proċeduri finanzjarji stabbiliti.
Attachments:PQ 3947 - Ta' Kandja - direct orders.pdf
In-Naxxar — Triq l-Emigranti - Xogħol ta' Resurfacing
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6140, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
In-Naxxar — Triq il-Ġermanja - Xogħol ta' Resurfacing
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6141, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
In-Naxxar – Triq il-Greċja – xogħol ta’ resurfacing
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6142, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
In-Naxxar – Triq il-Libja – xogħol ta’ resurfacing
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6143, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6144, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
In-Naxxar – Triq in-Nutar Manuel Debono – xogħol ta’ resurfacing
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6145, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Tista' l-Ministru tgħid x'oġġetti kienu mdaħħla fl-inventarji rispettivi, li hemm f'kull uffiċċju, sezzjoni jew taqsima ta' kull Dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha fl-aħħar ta' April 2018? Tista' tagħti l-valuri ta' dawn l-oġġetti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ NRU 6602 MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - OĠĠETTI INVENTARJU.pdf
Ministeru għal Għawdex – standard item of expenditure — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum? Jista jgħid x’hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item?
Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2014-2020 – Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi proġetti/skemi taħt il-Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2014-2020 – Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni – li huma proposti u li qed jistennew l-approvazzjoni tal-gvern li minnhom se jibbenefika Għawdex? Liema huma dawn il-proġetti/skemi? Kemm se jibbenefika f’kull każ? Meta mistennija li jiġu approvati?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti approvati s’issa li minnhom se jibbenifika Għawdex minn diversi Fondi Ewropej (2014/2020).
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4779, dwar il-proġett li kien ġie mħabbar minnu u li kellu jqum €30 miljun kif imħabbar mill-Gvern f'Marzu 2017, liema proġett għandu jsir mill-kumpanija tal-avjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk in-negozjati ngħalqux u l-kuntratti sarux? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, ta’ dan l-iżvilupp? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol infrastrutturali hux ser jibda matul is-sena 2018? Jista’ jikkonferma jekk dan il-proġett hux ser iseħħ kif imwiegħed iktar minn sena ilu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għadu għaddej kif pjanat. Ix-xogħlijiet mistennija jibdew kif joħorgu il-permessi meħtieġa mid-Dipartimenti tal-Gvern inkluż dawk tal-avjazzjoni.
Il-parametri tal-proġett kif tħabbru ma nbiddlu xejn. Ix-xogħlijiet se jibdew mill-aktar fis possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett taċ-ċentru reġjonali għad-distribuzzjoni f’Malta mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kien tħabbar minnu f'Marzu 2017 u kellu jimpjega 120 ruħ, huwiex ser isir jew le? U jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol infrastrutturali u jitlesta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà weġibna f’mistoqsijiet parlamentari preċedenti, l-proġett tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jirrikjedi ammont ta’ art sostanzjali biex ikun vijabbli. Għaldaqstant, iż-żewġ partijiet qed jiddiskutu biex jaslu għal ftehim vijabbli għaż-żewġ partijiet.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5128 li ġiet imwieġba fit-23.4.2018 fejn intqal li x-xogħol fi Triq Ta’ Ġorf ix-Xagħra kellu jinbeda fil-ġranet sussegwenti, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li wara tmien ġimgħat, ix-xogħol fuq din it-triq għadu ma bediex? X’inhi r-raġuni li għadu ma bedix ix-xogħol? Meta ser jinbeda u ser jitlesta x-xogħol fuq din it-triq ġewwa x-Xagħra Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġie awarded it-tender, saru diskussjonijiet mal-Water Services Corporation dwar servizzi meħtieġa, iżda l-Ministeru ġie mwaqqaf permezz ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni hekk kif kienu se jibdew ix-xogħlijiet
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1010 u jgħid jekk hux vera li mit-2 ta' Mejju 2017 il-Gvern kien qal li ta l-flus lura tal-kera li għoliet? Jista’ jgħid jekk hux kulħadd li ser jieħu dawn il-flus lura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 6702.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3427 u jgħid kemm hawn single mothers reġistrati? Kemm minnhom jaħdmu? Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta’ income? Kif inhi komposta l-familja tagħhom? Kemm għandhom tfal? Kemm hawn single mothers li huma f’riskju ta’ faqar (jew qegħdin fil-faqar)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6430 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19089 tal-Leġiżlatura XII, jista’ l-Ministru jindika l-professjonisti li ġew assenjati fiċ-Ċentri LEAP u f’liema Ċentru qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, t-total ta’ professjonisti fiċ-Ċentri LEAP jammonta għal 84. Dawn qed jagħtu s-servizz tagħhom f’dawn iċ-Ċentri, kif ġej;
Professjonisti fiċ-Ċentri LEAP
Ċentru
Junior Social Mentor
Regional Development Agent
Community Worker
Social Worker
Senior Executive II
Senior Social Mentor
Total
BIRGU
1
1
1
3
B'KARA & MSIDA
1
7
8
KOTTONERA
2
5
7
GHAWDEX
4
3
7
KIRKOP
3
1
4
ST VENERA/LEAP
2
3
5
QAWRA
1
1
1
4
7
QORMI
3
1
1
1
6
BELT
1
1
2
4
8
ST LUCIA
2
2
Sub-Total
57
Home Based Therapeutic services Professionals
27
TOTAL
84
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2743 u jgħid għaliex jeżisti l-police record? Jista’ jgħid għaliex il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kumpaniji serji għandhom id-dritt li jsaqsu għall-police record anke dettaljat ta’ potenzjal ħaddiem li għadu kemm għamel intervista magħhom, mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija stess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-police Criminal records, dan huwa r-reġistru tal-kundanni kriminali ta' persuni li jkunu nstabu ħatja mill-Qrati u miżmum skont il-provedimenti tal-artikli tal-Kapitolu 77 (Ordinanza Dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta) tal-liġijiet ta' Malta. Dwar l-entità li d-dettalji li ngħataw separatament u d-dritt li jsaqsu għall-police record (Police criminal record), ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq dan is-suġġett il-Pulizija hija gwidata bil-provediment tal-istess liġi, u speċifikament ir-Raba’ Skeda, fejn hemm elenkat lista tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom id-dritt li jitolbu reġistru sħiħ tal-kundanni kriminali mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija. L-entità li tagħha ngħataw id-dettalji mhix waħda minn dawn l-Awtoritajiet. Madankollu persuna għandha dritt titlob reġistru sħiħ tal-kundanni kriminali tagħha skont il-provedimenti tal-artiklu 21 tal-Kap 440 Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Subject Access Request).
Jista' l-Ministru jara kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li l-faċċata tad-dar tagħha għandha l-fili kollha miftuħin u bejtulha green wasps (żnażan) u spiċċat maqfula f’darha minħabba li qed jidħlu fil-fili kollha? Jista' jara l-applikazzjoni li ilha pendenti tliet snin biex isiru x-xogħlijiet neċessarji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimha.
Persuni akkużati fuq ksur ta’ Artikolu 338(l) tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (l) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li approfittat ruħha mill-bluha ta' ħaddieħor bi ħsieb ta' qligħ, ġiegħlet min jemmen li hija tista' tindovina jew li tista' tkun taf x'għandu jiġri jew li tista' tfisser il-ħolm, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena mposta mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kien hemm persuna waħda li fil-perjodu ta’ bejn is-sena 2013 u l-aħħar ta’ Awwissu 2018 ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (l) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li approfittat ruħha mill-bluha ta' ħaddieħor bi ħsieb ta' qligħ, ġiegħlet min jemmen li hija tista' tindovina jew li tista' tkun taf x'għandu jiġri jew li tista' tfisser il-ħolm. Dan kien fis-sena 2016.