Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn ilu żmien twil bi problema fl-ilma li qed jiġih kannella u wara diversi tentattivi mal-Water Services Corporation kif ukoll mal-kunsill, xorta baqa’ bla risposta? L-individwu jrid jara wkoll jekk hux se jibdlulu l-main tal-Gvern jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-individwu ngħataw lill-WSC biex tistħarreġ dan l-ilment.
Permess għall-bejgħ ta’ ilma minn garaxx – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara u jikkonferma jekk fil-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux qed isir bejgħ ta’ ilma fejn dan qed ikun ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-madwar? Jista’ jara jekk hemmx permess biex isir dan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li dwar l-allegat bejgħ ta’ ilma minn garaxx li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, u li allegatament qed ikun ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-madwar, il-Pulizija għamlet l-indaġini tagħha u rriżulta li kemm is-sors ta' ilma kif ukoll il-vettura użata mis-sid tal-garaxx huma bil-permess. Ġie kkonfermat ukoll li hu permessibbli li f'xi okkażjonijiet isir bejgħ ta’ ilma sakemm il-vetturi jkunu liċenzjati għall-ġarr tal-ilma wkoll. Infurmat li l-Pulizija ħadet il-passi meħtieġa biex taċċerta li ma jinħoloqx inkonvenjent għar-residenti tal-madwar, u qed tagħmel rondi fil-lokalità biex dan ikun aċċertat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-definizzjoni ta’ Akkomodazzjoni Soċjali għal Ministeru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministru jadotta definizzjoni wiesgħa t’akkomodazzjoni soċjali, li għandha tkun parti minn viżjoni ħolistika ta’ akkomodazzjoni fuq livell nazzjonali u li tħares kemm lejn l-aspett fiżiku u kif ukoll dak soċjali, d-dar u l-familja. Peress illi l-Gvern, jemmen bis-sħiħ fid-dritt ta’ kull persuna li jkollha saqaf fuq rasha, ir-responsabbilta` tiegħu li jipprovdi saqaf diċenti u affordabbli, lil min il-qagħda soċjo-ekonomika tiegħu f’xi perjodu ma tippermettilux li jkollu, hija l-ewwel funzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, flimkien ma’ servizzi soċjali oħra, bl-għan li jiġu indirizzati bżonnijiet ġodda li ġejjin minn tibdil fir-ritmi individwali u tal-familja tradizzjonali.
Qasam tal-Akkomodazzjoni Soċjali – viżjoni tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-viżjoni tal-Gvern fil-Qasam tal-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Gvern jemmen fid-dritt għall-akkomodazzjoni diċenti għal kulħadd. Din il-viżjoni tfittex li toħloq sistema ta’ akkomodazzjoni għall-futur tal-pajjiż, fejn tara r-relazzjoni bejn il-familja u d-dar minn lenti ħolistika u kif id-dar u l-familja qed jiġu affetwati mill-ekonomija, l-ambjent u l-aspetti kulturali. Din il-viżjoni ħolistika, hija bbażata fuq sistema ta’ ppjanar li toħloq ambjent soċjali inklussiv u sigur għal kulħadd, billi toffri aċċess tajjeb għal servizzi pubbliċi, faċilitajiet u spazji miftuħin.
Din is-sistema ħolistika għandha toħloq faxx ta’ akkomodazzjoni affordabbli, li jkun imqabbad ma’ benefiċċji u programmi speċifiċi, biex jgħinu lill-persuni fil-bżonn jjipparteċipaw b’mod sħiħ fis-suq tal-proprjeta`. Il-ħidma tal-Gvern f’dan is-settur, hija ffukata li jiżdiedu l-alternattivi affordabbli fis-suq in ġenerali. B’aktar alternattivi affordabbli biss nistgħu niffaċilitaw mobilita` soċjali, u nassiguraw illi ħadd ma jibqa’ lura, kemm żgħażagħ, familji u nies anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Taljana fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Taljana fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.
Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 157 ktieb bil-lingwa Taljana, filwaqt li 15-il ktieb ieħor ġew mogħtija b’donazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin fil-Fgura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikolari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta’ speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità tal-Fgura f’dawn l-aħħar erba’ snin ma ġewx maqlugħa arbuxelli imma ġew imħawla 150 arbuxell li 135 minnhom kienu virgi u 15 riħan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Franċiża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Franċiża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.
Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 105 ktieb bil-lingwa Franċiża, filwaqt li 13-il ktieb ieħor ġew mogħtija b’donazzjoni.
Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – diskussjonijiet u analiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi, x’diskussjonijiet u x’analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-referendum f’Ġunju 2016, li r-Renju Unit mhux se jibqa Stat Membru fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ nieda inizjattivi sabiex jagħraf x’inhuma l-effetti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, tal-Brexit fuq pajjiżna. Kumitat fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ġie stabbilit sabiex iħares aktar mill-qrib lejn l-iżviluppi tal-Brexit. Ir-rapport li ħareġ minn dan il-Kumitat kien parti minn eżerċizzju li mexxa il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza ma’ kull Ministeru sabiex jinftiehem iktar l-impatt ħolistiku tal-Brexit.
Eżerċizzju biex jiġu elenkati il-ftehim bilaterali kollha li ġew iffirmati bejn Malta u r-Renju Unit sar fl-2016. Dan l-eżerċizzju qed jiġi rivedut bħalissa, sabiex eventwalment mal-awtoritajiet tar-Renju Unit, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jistħarreġ kif jistaw jiġu żviluppati iktar ‘il quddiem ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
F’dan l-isfond aktar kmieni din is-sena fit-3 ta’ Frar 2018, u fl-20 ta’ April 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ iltaqa’ mal-Ministru għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Lord Callanan, u mal-Ministru ta' l-Istat tar-Renju Unit għall-Ewropa u l-Amerika Latina, Sir Alan Duncan, rispettivament. Magħhom iddiskuta l-impatt mistenni tal-Brexit fuq ir-relazzjonijiet bilaterali ekonomici, soċjali, kummerċjali u politici bejn Malta u r-Renju Unit, kif ukoll l-impatt li dan mistenni jkollu fuq Maltin li jgħixu, jaħdmu, jistudjaw, jew jirċievu kura fl-Ingilterra.
Fit-8 ta’ Ġunju 2018 saret ukoll laqgħa bilaterali bejn id-Direttur Generali għall-Affarijiet Politiċi fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u il-Viċi Kap tad-Direttorat għall-Punent u n-Nofsinhar tal-Ewropa fi ħdan il-Foreign and Commonwealth Office Ingliż. It-tnejn iddiskutew mezzi dwar kif ir-relazzjonijiet bilaterali bejn ir-Renju Unit u Malta jistgħu jimxu 'l quddiem.
Aktar ricenti, fit-30 ta’ Awissu 2018, il-Ministru Abela kellu laqgħa bilaterali man-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit, Michel Barnier, f’Dubrovnik, fejn ġie diskuss l-aħħar żvilluppi fit-taħdidiet mar-Renju Unit, u l-impatt tal-Brexit fuq ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit.
Waħda mill-prioritajiet ewlenin ta’ Malta fit-taħdidiet fuq Brexit fuq livell Ewropew kienet li tħares id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li qed jgħxu fir-Renju Unit. Hija prijorità tal-Ministeru li jwassal bl-iktar mod wiesa’ lill-Maltin fl-Ingilterra, tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom
in vista
tal-Brexit u kif jistgħu jiksbu s-“
Settled Status Scheme
”. Dan sabiex ikunu jistgħu jibqgħu residenti fir-Renju Unit wara l-Brexit għal raġunijiet varji.
F’dan ir-rigward il-Ministeru flimkien mal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra, f'Ġunju 2018, nieda kampanja ta’ informazzjoni li tinkludi dawn li ġejjin:
· Avviżi u laqgħat sabiex iżżomm id-dijaspora Maltija fir-Renju Unit infurmata dwar l-iżviluppi relatati ma' Brexit fir-rigward id-drittijiet taċ-ċittadini u l-iSkema tas
-“Settled Status”
.
· Il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra organizzat laqgħa għall-Maltin li jgħixu fl-Ingilterra nhar id-19 ta’ Ġunju 2018 u li għaliha attendew ukoll il-Ministru għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Lord Callanan, kif ukoll uffiċjali mill-
Home Office
tar-Renju Unit sabiex jindirrizzaw il-mistoqsijiet imressqa mill-Maltin fl-Ingilterra.
· Nhar il-Ħadd, 15 ta’ Settembru 2018, il-Ministeru ppublika avviżi fil-gazzetti lokali kollha f’Malta sabiex iżomm il-familjari f’Malta aġġornati biex ikunu jistgħu jinfurmaw lill-qraba tagħhom fl-Ingilterra.
· Nhar it-Tlieta 18 ta’ Settembru u s-Sibt 22 ta’ Settembru 2018, il-Ministeru nieda wkoll avvizi simili fuq il-medja televiżiva permezz tax-xandir tal-aħbarijiet.
· Inizzjattivi oħra qegħdin jiġu mfassla għas-sena 2019.
Il-Maltin fl-Ingilterra ser ikollhom ċans sa sentejn wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sabiex jirregolarizzaw rwieħhom permezz tas-“Settled Status Scheme”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin fil-Gudja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru min entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta’ speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità tal-Gudja f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 30 Lantana Montevidensis u ġew imħawla 30 Lantana Montevidensis.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Ġermaniża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Ġermaniża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.
Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 92 ktieb bil-lingwa Ġermaniża, filwaqt li 27 ktieb ieħor ġew mogħtija b’donazzjoni.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kien hemm 26 direct order li ngħataw mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018. Dawn id-direct orders kienu kollha approvati u flimkien jammontaw għal € 868,344.
Għal raġuni ta’ sigurtà mhux possibbli li jingħataw aktar dettalji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet rrappurtati ta' hate crime mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li t-tagħrif ġeneriku hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant sal-lum ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għalhekk ma jistax jingħata.
Sadanittant jien infurmat li qed isir update tas-sistema mill-MITA. Barra minn hekk jidher li persuni tressqu taħt akkużi simili jew kumplimentari.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ traffikar ta’ drogi li nqabdu mill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn 1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Awwissu 2018 kien hemm tmienja u tmenin (88) każ ta’ traffikar ta’ drogi li nqabdu mill-Pulizija.
Sptar Mater Dei – kopja tal-ftehim dwar il-parkeġġ pubbliku
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-konċessjoni ġdida dwar il-parkeġġ pubbliku tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma Iill-Onor. Interpellant illi bħal ħafna kuntratti oħra ta’ natura simili, il-kuntratt imsemmi minnu hu ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid, kemm tressqu persuni l-Qorti dwar reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità twettaq ir-reat u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, tressqu l-Qorti mitejn u tmienja u erbgħin (248) persuna li bejniethom kienu akkużati tmien mija u ħamsa u disgħin (895) darba fuq akkużi ta’ tlajjar għall-iskop ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni. Minn dawn ġew imressqa l-Qorti tletin (30) li kienu rġiel, filwaqt li mitejn u tmintax (218) li kienu nisa. Mitejn u disgħa u għoxrin (229) minnhom kienu Maltin filwaqt li d-dsatax (19) l-oħra kienu barranin. Waqt li hemm każijiet li għadhom pendenti (sub-judice) fil-każijiet l-oħra , il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, libertà kundizzjonata, multi u ċanfir u twiddib. Il-lokalitajiet fejn saru r-reati kienu l-Gżira, il-Marsa, l-Imsida, ir-Raħal Ġdid, Tas-Sliema, f’Ta’ Xbiex u f’Marsalforn, Għawdex. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi miġbura fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti
Nazzjonalità
Numru ta’ każi
Sentenzi mogħtija mill-qorti
Nisa
Irġiel
Maltin
Barranin
2013
59
10
66
2 (Ingliża)
1 (Sudaniża)
328
Imprisonment; Probation order Chap 446; Suspended sentence; Conditional discharge, Article 22 Chapter 446, Article 7 Chapter 446, Acquitted
2014
48
8
55
1 (Libjana)
206
Imprisonment, Probation order Chap 446, Suspended sentence, Conditional discharge, Article 22 Chapter 446, Article 7 Chapter 446, Acquitted
2015
39
6
36
2 (Ukrajina)
1 (Brażiljana)
1 (Kolumbjana)
5 (Rumena)
135
Imprisonment, Probation Order Art 7 Chap 446, Fine, Suspended sentence, Conditional discharge, Article 22 Chapter 446, Article 7 Chapter 446, Community Work, Treatment Order, Acquitted
Sena
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti
Nazzjonalità
Numru ta’ każi
Sentenzi mogħtija mill-qorti
Nisa
Irġiel
Maltin
Barranin
2016
49
5
49
3 (Bulgarija)
1 (Ingliża)
1 (Ungeriża)
184
Imprisonment, Art 7 Chap 446 Probation Order; Fine, Suspended sentence, Conditional discharge, Article 22, Chapter 446, Community Work; Art 412D, Chap 9 Treatment Order, Acquitted
2017
20
1
20
1 (Bulgarija)
39
Imprisonment, Art 7 Chap 446 Probation Order; Treatment order, drug Rehab Programm, Art 412B, Fine
2018
sa Settembru
3
nil
3
nil
3
All sub Judice
Total
218
30
229
19
895
Ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna li għalqet l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ fejn persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna li għalqet l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).
Ksur tal-artikolu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna taħt l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ fejn persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna taħt l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).