Jista’ l-Ministru jgħid liema huwa s-sit identifikat u d-daqs, għall-fabbrika li l-Malta Industrial Parks (MIP) tinsab fil-proċess li talloka lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dan l-istadju l-informazzjoni ma tistax tingħata għax hija ta’ sensittività kummerċjali.
Ta’ Kandja – Shooting Range – Field Officer u Project Manager
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-Field Officer u l-Project Manager tax-Shooting Range f’Ta’ Kandja? Kif intgħażlu? X’inhu s-salarju u l-perkaċċi tagħhom? X’kundizzjonijiet ta’ xogħol u doveri għandhom dettaljatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Site Officer tax-Shooting Range f’Ta’ Kandja ġie magħżul b’direct order b’salarju ta’ €18.00 (mingħajr VAT) għal kull siegħa, sa massimu ta’ €33,264.00. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-doveri ta’ din il-persuna, li isimha qiegħed jingħata separatament lill-Onor. interpellant, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-
Project Manager
tax-
Shooting Range
f’Ta’ Kandja kienu G.C. Consultants Ltd., li kienu ingaġġati għal numru ta’ proġetti u li x-
shooting range
kien wieħed minnhom. Din il-kumpanija, li titħallas €5,000.00 (mingħajr VAT) fix-xahar, intagħżlet b’
direct order
u tipprovdi xogħol ta’ konsulenza.
Ebda wieħed minn dawn t’hawn fuq m’għandu perkaċċi.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – ħaddiema part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu sad-data li din l-interpellanza tkun imwieġba li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġi part-time huma normalment dawk li jsiru ad hoc fuq bażi “on trust”. Minn dawn, fil-Ministeru tiegħi, fil-preżent hemm sitta u għoxrin (26) li minnhom hemm erbgħa (4) li huma ngaġġati part-time. Ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-impjegati ma ssirx bħala self-employed iżda bħala impjegati tal-Ministeru fuq kuntratt definit.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Gvern b'mod konkret biex jintlaħqu t-targets tad-Direttivi Ewropej dwar packaging waste f'Malta, kif ukoll dwar id-deadlines marbutin mal-Landfill Directive?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tad-Direttiva tal-Ippakjar u l-Iskart tal-Ippakjar u l-miri relatati, Malta ma tinsabx ‘il bogħod. Il-produtturi u l-importaturi tal-ippakjar li jinkludi l-materjali plastik, metall, karta u kartun, ħġieġ u injam, huma obbligati b’din l-istess Direttiva biex jiffinzjaw il-ġbir ta’ dawn il-materjali u jilħqu minimu ta’ 55% mill-ammont li jpoġġu fuq is-suq. Biex ikunu konformi ma’ dan l-obbligu, l-produtturi u importaturi jissieħbu ma’ waħda miż-żewġ skemi ta’ rkupru li jagħmlu dan f’isimhom. Iż-żewġ skemi ta’ rkupru privati, jiġbru materjal riċiklabbli mill-industrija, mis-settur kummerċjali u mir-residenzi bi ftehim mal-Kunsilli Lokali.
Biex inkomplu nsaħħu s-sistemi eżistenti u biex inżidu aktar ir-rata ta’ riċiklaġġ, tinħtieġ parteċipazzjoni akbar miċ-ċittadini kollha biex jisseparaw l-iskart f’darhom u fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Għal dan il-għan, tfasslu u qed isir xogħol mill-Ministeru tiegħi fuq diversi miżuri li jixxpruna bidla fil-mentalità u l-għaġir tal-poplu Malti, dawn jinkludu:
1. Reviżjoni fil-liġi li diġà saret biex kull Kunsill ikun marbut ma’ skema ta’ rkupru. Dan biex fl-eventwalità li waħda mill-iskemi ma tonorax l-obbligi tagħha, l-Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent (l-ERA) tkun tista’ tintervjeni.
2. Tisħiħ fl-Att għall-Protezzjoni tal-Ambjent biex jiddaħal l-obbligu tas-separazzjoni tal-iskart fir-residenzi u s-settur kummerċjali, qed jiġi mfassal taħt il-proviżjonijiet ġodda dwar l-Ekonomija Ċirkulari, li bħalissa qegħdin jiġu ffinalizzati sabiex jiddaħħlu fil-qafas leġislattiv tal-ambjent.
3. L-Avviż Legali li għadu kemm ġie ppublikat dwar ir-rimi abbużiv li jdaħħal fis-seħħ pieni ħorox għal min ma jsegwix mal-iskedi tal-ġbir tal-iskart kif moħruġa mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
4. L-iskema dwar ir-rifużjoni tal-flixken tax-xorb li ser tkun implimentata fl-2019.
Id-Direttiva tal-
Landfill
, mill-banda l-oħra titratta l-iskart muniċipali li qed jiġi ġġenerat mir-residenzi u l-intrapriżi. L-ammont ta’ skart muniċipali ġġenerat f’Malta huwa wieħed mill-akbar fl-Ewropa. Iktar ma tiżdied is-separarazzjoni tal-iskart effettiva, inqas skart jkollu jitpoġġa fil-landfill. Dan ilna insaħħuħ. Ħidma biex dan jitnaqqas għaddejja ġmielha fil-kampanja edukattiva, safrattant irid ikun il-poplu nnifsu li jagħmel għażliet għaqlija biex jiġġenera inqas skart. L-infrastruttura eżistenti titratta l-iskart kollu ġġenerat, però meta jitnaqqas l-iskart riċiklabbli, l-iskart li narmu fil-borża s-sewda jmur fil-miżbla. Bl-introduzzjoni tal-ġbir tal-iskart organiku f’Malta u Għawdex kollu, propju se nnaqsu l-iskart organiku milli jintrema fil-borża s-sewda. Għaliex il-borża l-bajda bl-iskart organiku separat tiġi trattata f’impjant apposta li jiġġenera enerġija nadifa u kompost, u allura ma jmurx aktar fil-miżbla. Biex inkomplu nnaqsu aktar l-iskart li jmur fil-miżbla, wara li nżidu r-riċiklaġġ u li nneħħu l-iskart organiku, il-porzjon li jkun fadal, mis-sena 2023 jibda jiġi trattat fl-impjant tal-
Waste to Energy
.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern biex jiġu intensifikati l-isforzi nazzjonali għal media education aktar effettiva dwar waste separation, użu ta' bring-in sites u door collection?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qed jorganizza kampanja nazzjonali edukattiva biex jiżdied l-għarfien dwar l-immaniġjar tal-iskart li, fost affarijiet oħra, tinkludi aktar għarfien dwar is-separazzjoni tal-iskart, użu ta’ bring-in sites u ġbir ta’ skart organiku mid-djar, bl-iskop li dejjem inżidu aktar ir-riċiklaġġ u nnaqqsu l-ammont li jidħol fil-miżbla. Din il-kampanja – Don’t Waste Waste - bdiet f'April 2016 u hija maħsuba li tintemm fl-ewwel kwart tal-2019.
WasteServ Malta qed torganizza wkoll kampanja nazzjonali oħra li tiffoka prinċiparjament fuq is-separazzjoni tal-iskart organiku –
Sort it Out
. Din il-kampanja hi ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea u bdiet f'Awwissu tal-2018 u maħsuba li tkompli sal-aħħar kwart tal-2019. Iż-żewġ kampanji qed jużaw, fost affarijiet oħra, stazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju u l-midja soċjali bħal
Facebook
u
Instagram
, reklamar fuq diversi siti tal-internet kif ukoll
billboards
u karozzi tal-linja biex iwasslu l-messaġġ tagħhom. Qed jiġu organizzati wkoll
seminars
u
workshops
ma’ setturi differenti tas-soċjetà, bħall-industriji, ż-żagħżagħ, l-anzjani, eċċ, kif ukoll parteċipazzjoni f'attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali biex jintlaħqu l-akbar numru ta’ nies possibbli.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm mill-collected waste qed jintuża għal reuse projects? X'qed jiġri minn dan il-waste u kemm hemm minn dan il-waste li qed jiġi esportat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għaliex qed jirreferi fir-rigward ta’ Reuse Projects. Rigward il-waste, il-Wasteserv titratta skart li tirċievi fil-faċilità tagħha u tesporta dak li jista’ jiġi riċiklat.
In-Naxxar – Triq is-Sgħajtar – xogħol ta’ resurfacing
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6146, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6147, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Għawdex, li qegħdin fil-pjani ta’ Transport Malta jew tal-Aġenzija li qed tiġi mwaqqfa għat-toroq, biex jingħataw wiċċ ġdid minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih?
Response (BORG, IAN)
Nitolbu lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijijiet parlamentari 4264 f’Seduta 92 u 5010 f’Seduta 101 rispettivament.
Campus ta’ Barts ġewwa Għawdex – sit ta’ kostruzzjoni — ħaddiema
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema u x'nazzjonalità huma li qed jaħdmu fuq is-sit ta’ kostruzzjoni fejn hu maħsub li jinbena l-campus ta’ Barts ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk it-timeframes prefissi għal meta għandha tinfetaħ l-iskola ta’ Barts humiex on target u meta hu mistenni li l-binja l-ġdida ta' din l-iskola tilqa' fiha l-ewwel studenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm madwar 30 ħaddiem jaħdem fis-siti ta’ kostruzzjoni relatati ma’ Barts fl-isptar Ġenerali ta Għawdex. Ix-xogħol hu miexi skont il-pjan u t-timeframes mifthema. L-iskola hi mistennija li tilqa` fiha l-ewwel studenti fl-2019.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f'Malta u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f'Għawdex f'għeluq is-sena 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li tinsab fit-tabella hawn taħt inħadmet mill-Labour Force Survey.
Salarju medju annwali għall-impjegati skont il-post fejn jaħdmu: 2017
Post tax-Xogħol
Paga Medja
Malta
18,309
Għawdex
16,046
Nota
:
Paga medja fis-sena tirreferi għal dik il-paga li jirċievu l-impjegati qabel ma jitnaqqsu
kontribuzzjonijiet soċjali u l-ammont taxxabli. Dan l-ammont jeskludi ħlas ta’ sahra,
allowances oħra u bonuses.
Il-paga medja influenzata mid-daqs tas-settur, tal-pajjiz jew reġjun.
In-Naxxar — Triq Gaetano Vitale - Xogħol ta' Kostruzzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6256 u 6106 peress li għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
In-Naxxar — Triq Ġdida fi Triq Tan-Najder - Xogħol ta' Kostruzzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6257 u 6107, peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
In-Naxxar — Triq Birguma (L-Aħħar Parti) - Xogħol ta' Kostruzzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6258 u 6108, peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
In-Naxxar — Triq San Ġwann L-Evanġelista (Parti) - Xogħol ta' Kostruzzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6259 u 6109 peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex – Għajnuna għal ġbir tal-Iskart minn Marsalforn
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk għas-Sajf 2018 hemmx l-intenzjoni li l-Ministeru jgħin finanzjarjament lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ sabiex matul ix-xhur sajfin jagħmel it-tieni ġabra tal-iskart mil-lokalità ta' Marsalforn fejn f'dawn ix-xhur il-popolazzjoni tiżdied sew? Jekk iva, kemm se tkun l-għajnuna li se tingħata u jekk le, għaliex mhux ser tingħata għajnuna?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni ġabra tal-iskart mil-lokalità ta' Marsalforn diġà bdiet. Din qiegħda ssir b’għajnuna finanzjarja mill-Ministeru u li tammonta bejn it- €13,000 u l- €14,000 VAT inkluż.
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri hawn fis-seħħ biex jiġi kkontrollat l-użu tad-drones? Jaħseb li hawn miżuri biżżejjed? Jekk le għandu l-ħsieb li jkun hemm regolamenti dwar l-użu ta' drones li dejjem qed jiżdied?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispazju tal-ajru ta’ Malta u Għawdex huwa klassifikat bħala spazju tal-ajru kkontrollat u għalhekk kull tip ta’ aircrafts inklużi drones iridu japplikaw għal permess.
Is-sit eletroniku ta’ Transport Malta toffri informazzjoni dwar il-permessi meħtiega għall-użu ta’ drones. Infatti qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-formola ta’ dikjarazzjoni għal użu sikur ta’ drones maħruġa minn Transport Malta. Fiha ssib informazzjoni rigward il-permessi meħtieġa kif ukoll il-parametri ta’ żoni restritti.
Inħarġu diversi permessi għall-operaturi ta’ drones wara li ddikjaraw li d-drone ser jiġi użat fil-parametri restritti.
Fix-xhur li ġejjin huwa antiċipat li l-European Aviation Safety Agency – EASA - se tippubblika r-regolamenti tad-drones meħtieġa li jiġu applikabbli għall-Ewropa kollha.
Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – dispożizzjonijiet fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn l-artikolu 48B tal-Kap. 497, l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, fir-rigward tal-awtoritajiet u entitajiet oħra pubbliċi elenkati fil-Ħames Skeda tal-istess Kapitlu, jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tal-istess artikolu fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma japplikaw kemm għaċ-chairman u membri tal-Bord tal-istess regolatur filwaqt li fil-każ ta’ awtoritajiet oħra pubbliċi msemmija fl-istess lista hemm biss imsemmija ċ-chairman jew il-persuna li għandha l-headship tal-awtorità jew entità konċernata?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Membru għall-fatt illi t-tielet parti tat-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap 497 ssemmi biss “Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-enerġija u l-Ilma”.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se toħroġ l-iskema ta' regolarizzar fil-bini tad-djar, liema bini u rranġar fid-dar bla permess fil-hamlets?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema ta’ regolarizzar fil-bini tad-djar ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.