Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6709 Sitting 143 2018-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq Għajn Qatet — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk max-xogħol li qed issir bħalissa fit-tieni parti ta’ Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex humiex se jsiru l-affarijiet kollha bl-ammonti kollha mniżżla fil-Bill of Quantities bħal: a. BRC Fabric; b. Concrete Hard Shoulder; c. Precast Concrete Curb; u d. bini tal-bankini? Jekk le, x'inhi r-raġuni, u min ħa d-deċiżjoni u assuma r-responsabilità ta' dan kollu biex ma jsirux?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull fejn kien meħtieġ, l-items imsemmija, cioe` mill- “A” sa “D”, ġew attwati, u llum ix-xogħol kollu fuq Triq Għajn Qatet huwa konkluż.

Ir-Rabat Għawdex – Poliklinika – konsultazzjoni għar-rilokazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’tip ta’ konsultazzjoni saret, ma’ min saret u meta saret dwar ir-rilokazzjoni għall-post ieħor tal-poliklinika tar-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex issir din ir-rilokazzjoni u jekk iva meta saret u meta ħarġu l-permessi meħtieġa? Jista' jagħti n-numru ta' din l-applikazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li flimkien mal-Ministeru Ta’ Għawdex qed isir xogħol sabiex il-popular Għawdxi jkollu Ċentru tas-Saħħa ġdid u modern fir-Rabat. Dan wara illi ċ-ċentru eżistenti sar żgħir wisq għal ħtiġijiet tal-pazjenti Għawdxin. Fil fatt hu ppjanat illi jiżdiedu sew is-servizzi li ser jingħataw miċ-ċentru l-ġdid.
Leg 13 PQ #6711 Sitting 143 2018-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Hot asphalt — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn sar xogħol ta’ major patching bil-hot asphalt ġewwa Għawdex mit-3 ta’ Ġunju 2017 sal-lum? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda minn dawn ix-xogħlijiet? Tista' tgħid fejn hemm ippjanati li jsiru interventi ta’ major patching ġewwa Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin (sal-aħħar tas-sena)?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xogħol bil-Hot Asphalt jsir madwar Għawdex kollu, skont fejn ikun meħtieġ. Mill-aħħar tender tal-Hot Asphalt li ħarġet, sar xogħol maġġuri fi Triq Għajn Ħosna, Xagħra.

Marsalforn u r-Rabat Għawdex – frekwenza tal-karozza tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tiżdied il-frekwenza tal-bus bejn Marsalforn u r-Rabat Għawdex kemm fix-xitwa kif ukoll fis-sajf u dan peress li l-popolazzjoni ta' Marsalforn qed kulma jmur tiżdied u ħafna drabi qed tħalli n-nies l-art? Jista' jgħid hux possibbli li f'ċertu ħinijiet l-istess bus fuq ir-rotta ta' Marsalforn tibqa' dieħla sax-Xwejni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward iż-żieda fil-frekwenza fuq ir-rotta 310, li isservi bejn ir-Rabat, Għawdex u Marsalforn, ittieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni. Madankollu ninsab infurmat li mhux possibli li din ir-rotta tiġi estiża għax-Xwejni minħabba diffikulta’ ta’ manuvrabilita’ tal-karozzi tal-linja fl-akwata.

Akkomodazzjoni alternattiva — applikanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti jistennew akkomodazzjoni alternattiva sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha 3,291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali. L-Awtorità tad-Djar għandha wkoll 549 talba pendenti biex persuni li diġà qed jgħixu f’appartament ta’ akkomodazzjoni soċjali jpartu l-post ma’ post alternattiv ieħor.

Awtorità tad-Djar — Postijiet alternattivi - applikanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti jistennew post alternattiv mil-lokalitajiet ta’ Bormla, l-Isla, Birgu, Kalkara, Xgħajra, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, il-Mosta, Ħ’Attard, Burmarrad u l-Imdina? Mil-liema kategorija ġejjin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Post alternattiv għall-persuni li jgħixu f’postijiet sub standard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’politika qed juża għal dik il-kategorija ta’ familji li jgħixu f’postijiet delipidati (sub standard) biex jieħdu post alternattiv?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, applikanti li japplikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva u jgħixu fi proprjetà, li l-Awtorità tad-Djar tivverifika li hija sub-standard, jiġu meqjusa bħala każijiet ta’ prijorità, flimkien ma każijiet oħra li wara proċess rigoruż, jiġu ukoll meqjusa bħala prijorità. Wara, imbgħad ikun stabbilit x’għajnuna tista’ tingħata skont il-mertu ta’ kull każ.

Tqassim ta’ postijiet alternattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ġie elett dan il-Gvern f’din il-Leġiżlatura, kemm tqassmu postijiet alternattivi? Mil-liema kategorija ġew u mil-liema lokalitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.

Awtorità tal-Ambjent – siġar indiġeni u arkeofati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema siġar indiġeni u arkeofati qed jiġu protetti mill-Ministeru u l-Awtorità tal-Ambjent u jista’ jindika x’passi effettivi ttieħdu għal dan il-għan?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ERA ħarġet regolament ġdid fuq il-protezzjoni tas-siġar u msaġar, SL 549.123, li fih hemm ukoll inkluża lista ta’ siġar indiġeni u arkeofiti li huma protetti jew f’kull sit jew inkella f’ċertu siti skond l-ispeċi. Wieħed jista’ jirreferi għall-lista ta’ siġar protetti kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan il-regolament għandu multi għola mir-regolament li kien fis-seħħ qablu bħala miżura biex ikunu protetti dawn is-siġar. L-istess regolament jagħti għodda lill-ERA biex tipproteġi ċerti siġar bħala żoni għal ħarsien ta’ siġar. L-ERA diġà rduppjat iż-żoni ta’ ħarsien ta’ siġar kemm ilha imwaqqfa, minn tlettin (30) sit għal sittin (60) sit. L-ERA u Ambjent Malta qegħdin ukoll jaħdmu flimkien fuq it-tkattir ta’ dawn is-siġar, partikolarment dawk mhedda u rari ħafna, u saħansitra daħħlu lura fis-selvaġġ siġar li kienu nqerdu (bħall-imbragla) jew li minnhom kien għad fadal biss ftit eżemplari biss fis-selvaġġ (bħall-olivastru u l-ġummar) permezz ta’ numru ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni u restawr f’numru ta’ nħawi fil-Gżejjer Maltin.

Santa Luċija — arbuxelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin f’Santa Luċija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’ Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament minn naħa tiegħu. Hemm wkoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet. Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità ta’ Santa Luċija f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 20 Lantana Montevidensis u ġew imħawwla 20 Lantana Montevidensis.

Libreriji pubbliċi – kotba bil-lingwa Spanjola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi. Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 43 ktieb bil-lingwa Spanjola, filwaqt li ebda ktieb ma ngħata b’donazzjoni.

Raħal Ġdid — arbuxelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin f’Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’ Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament minn naħa tiegħu. Hemm wkoll interventi li jsiru min entitajiet mhux governattivi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet. Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 266 Nerium Oleander u ġew imħawwla 334 Nerium Oleander.

Arbuxelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’ Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament minn naħa tiegħu. Hemm wkoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet. Mill-Ministeru tiegħi f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 3,090 arbuxelli u tħawwlu 61,667 arbuxelli.

Libreriji pubbliċi — Kotba bil-Lingwa Spanjola mislufa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Spanjola li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta’ informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017. Infurmat ukoll li n-numru ta’ ebooks bil-lingwa Spanjola li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2018 kien ta’ 4.

Qorti — Persuni mressqa l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infrmat li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 tressqu sebgħa u tmenin (87) persuna l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga.

Avukat Ġenerali – każijiet ta’ prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ ġie rrapportat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija li tkun qed tiġi inkuraġġita u megħjuna l-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'azzjoni ħa l-Avukat Ġenerali dwar kull wieħed mill-imsemmija każijiet li ġew irrappurtati lilu mill-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ li ġie rrapportat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija dwar inkuraġġiment u għajnuna għall-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).

Avukat Ġenerali – każijiet ta’ prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ ġie rrappurtat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija li tkun qed tiġi inkuraġġita u megħjuna l-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'azzjoni ħa l-Avukat Ġenerali dwar kull wieħed mill-imsemmija każijiet li ġew irrapurtati lilu mill-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat fid-domanda ma jiriżulta li saret ebda referenza lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fit-termini tal-artikolu 6(2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni.

Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f'kemm-il każ il-Qrati ta' pajjiżna ordnaw li minuri jiġi kkunsinnat lill-ġenituri jew axxendenti oħra tiegħu jew lit-tutur tiegħu b'ordni biex jieħdu ħsieb l-edukazzjoni tiegħu u joqogħdu attenti għall-kondotta tiegħu skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (3) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jindika s-sess u l-età tal-minuri li dwaru saret l-ordni mill-Qrati ta' pajjiżna? Jista' jgħid f'kemm il-każ ġew imposti l-penali msemmija fl-artikolu 35 (3) tal-Kodiċi Kriminali? Jista' jgħid f'kemm-il każ il-Qorti ordnat li l-minuri għandu jiġi miżmum f'istitut ta' edukazzjoni jew post ieħor minħabba li l-istess minuri ma kellux ġenituri, axxendenti jew tutur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar reati skont l-Artikolu 6 (3) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta’ Malta), u lanqas ma tinżamm statistika dwar penali mposti skont l-artikolu 35 (3) tal-Kodiċi Kriminali. Lanqas ma tinżamm statistika dwar minuri li jiġi miżmun f’istitut ta’ edukazzjoni jew post ieħor minħabba li l-istess minuri ma kellux ġenituri, axxendenti jew tutur.