Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Raħal Ġdid ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.
L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bini tal-Gvern f’Ħaż-Żabbar li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar installat 8 liftijiet ġewwa Ħaż-Żabbar u qegħda fil-proċess li jiġu nstallati 3 liftijiet oħra u li għalihom sejra tinħareġ l-offerta u/jew l-għoti tax-xogħlijiet.
Ħal Qormi -Skola San Bastjan – stallazzjoni ta’ air conditioners
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja ta' San Bastjan Ħal Qormi biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla, ser jinbeda proċess għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja-kondizzjonata fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Bħalissa qed isiru l-istudji tekniċi neċessarji biex dan il-proċess massiċċ ikun jista' jitwettaq.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla, ser jinbeda proċess għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja-kondizzjonata fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Bħalissa qed isiru l-istudji tekniċi neċessarji biex dan il-proċess massiċċ ikun jista' jitwettaq.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja ta' Ħal Luqa biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla, ser jinbeda proċess għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja-kondizzjonata fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Bħalissa qed isiru l-istudji tekniċi neċessarji biex dan il-proċess massiċċ ikun jista' jitwettaq.
Jista' l-Ministru jgħid għala l-audited accounts tal-Air Malta p.l.c. għas-sena 2019 u s-snin suċċessivi, għadhom ma ġewx approvati u ppubblikati? Jista' jispjega kif il-Gvern qed jittama li l-Kummissjoni Ewropea ser tapprova pjan għall-għajnuna statali, mingħajr l-audited accounts approvati tal-aħħar snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji li wiegħed li ser jagħti fir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 19092 issa li t-talba għall-għajnuna statali saret lill-Kummissjoni Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 22308, 22459 u 22516, jistax il-Ministru jikkonferma li m'hemm l-ebda obbligu da parti tal-amministrazzjoni pubblika li tippublika regolarment fil-Gazzetta tal-Gvern, kuntratti li l-valur tagħhom ma jeċċediex € 5,000 u dana skont regolament 111(2) ta' L.S. 601.03? Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex bejn is-sena 2013 u s-sena 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22308, infurmat li l-informazzjoni estensiva mitluba tirrikjedi ħafna ħin u riżorsi umani tal-Ministeru sabiex tkun ikkumpilata u għaldaqstant se jinqabeż l-advisory cost limit.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 20783 u 22664, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra u jgħid jekk id-Direttorat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi għadux bla direttur (li skont l-artiklu 9 (1) tal-Att V tal-2021 għandu jaġixxi bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Uffiċju) u jekk fl-affermattiv, meta ser jintgħażel dan id-direttur?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm aġent direttur li flimkien mal-Bord immexxi mill-Imħallef Emeritus J.D. Camilleri qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna. Il-Ministeru qed jagħmel proċess a tenur ta’ dak dettat mill-Artiklu 9 tal-Att 5 tas-sena 2021 u fi żmien opportun dan il-proċess ikun komplut.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' msieħba fil-Community Workers Scheme skont il-faxxa tal-eta' li jaqgħu fiha? Jista' jispjega għaliex dawn l-imsieħba m'humiex isirulhom korsijiet ta' taħriġ issa li r-restrizzjonijiet konnessi mal-pandemija ġew rilassati u għala m'hu qed isir l-ebda sforz sabiex dawn l-imsieħba jsibu mpjieg permanenti fis-settur pubbliku jew privat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li numru ta’ parteċipanti fil-Community Work Scheme fl-aħħar t’Ottubru kien ta’ 992.
L-etajiet tagħhom kienu maqsuma hekk;
Faxxa tal-eta’
Ammont
16 – 24
44
25 – 39
266
40 – 54
465
55 +
217
Total
992
Il-kuntratt il-ġdid tal-
Community Work Scheme
ingħata f’Settembru ta’ din is-sena. Il-kuntrattur għamel minn nofs Settembru u Ottubru jaħdem fuq ezerċizzju ta’
profiling
tal-imsieħba kollha, biex issir evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kull individwu.
F’Novembru beda jingħata t-taħriġ b’zewġ korsijiet f’Għawdex u ħamsa f’Malta. Il-Korsijiet f’Għawdex kienu t-tnejn fuq
Interpersonal Skills.
Il-ħames korsijiet f’Malta jikkonsistu fi tnejn f’
Problem Solving Skills
, tnejn f’
Workplace Ethics Skills
u wieħed f’
Teamwork Skills
.
L-iskop tal-
Community Work Scheme
hu li timpjega u tħarreġ persuni vulnerabbli biex jagħmlu xogħol fil-komunità. Izda qed isir sforz biex kemm jista’ jkun, dawn l-imsieħba jsibu posthom fis-suq tax-xogħol mas-settur privat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Vittmi tal-Priġunieri
Question
Billi saru aktar minn 4,000 intervent psikologu fl-2020 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-interventi saru mal-vittmi tal-priġunieri?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-interventi psikoloġiki li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant saru kollha mal-priġunieri mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Ta’ min jinnota li fost dawn il-priġunieri hemm numru minnhom li matul il-kors ta’ ħajjithom, jew fl-infanzja jew inkella fi stadju ieħor, kienu ivvitimiżati huma stess u b’hekk numru ta’ interventi saru sabiex tiġi ndirizzata t-trawma li kienu sostnew.
Infurmat ukoll li permezz ta’ ftehim ma’ għaqdiet volontarji li jaħdmu mal-priġunieri, qed ikunu mgħejuna numru ieħor ta’ familjari u vittmi li huma relatati direttament mal-istess priġunieri. Barra minhekk tul l-aħħar sena kienet ukoll stabbilità l-Victim Support Agency, fejn għall-ewwel darba l-vittmi tal-kriminalità bdew jiġu mgħejuna b’mod ħolistiku u taħt saqaf wieħed. Hawnekk il-vittma jingħata assistenza psikoloġika għat-trawma li jkun sofra, anke għajnuna legali, kif ukoll loġistika.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-mediċini Xanax, Eltroxin u Alendronic Acid jibdew jingħataw b’xejn lil dawk il-pazjenti li lilhom jiġu preskritti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Eltroxin diġa tinsab fil-formularju tal-gvern.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22454 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè jista’ jindika kemm kien hemm inċidenti fatali kkawżati minħabba li ma kienx milbus is-seat belt?
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijaijiet ta’ inċidenti fatali matul 2018 sad-data li fiha tkun mwieġba din il-mistoqsija fejn il-Pulizija innotaw li l-vittmi mietu minħabba li ma kienux lebsin is-seat belt’
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ammont ta’ mwiet li seħħew konsegwenza ta’ nċidenti tat-traffiku fatali mis-sena 2018 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2021, kien ta’wieħed u ħamsin (51), kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Infurmat illi mir-records tal-pulizija ma jirrizultax kemm min dawn il-vittmi mietu minħabba li ma kienux lebsin is-seat belt. Informazzjoni dwar il-konsegwenza ta’ mwiet f’incidenti fatali, tkun fil-konkluzzjonijiet ta’ nkjesti Maġisterjali, relatati ma dawn il-każijiet.
Sena
Ammont ta’ persuni li mietu
f’incidenti fatali
2018
18
2019
16
2020
12
2021 (sa Ottubru)
5
Total
51
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm professjonisti (u xi professjoni jħaddnu) li huma impjegati fil-Family Resource Centres sabiex jgħinu l-klijenti li jżuru dawn iċ-Ċentri? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu mis-servizz tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Family Resources Centres, li issa ħadu l-isem ta’ Ċentri tal-Familja fil-Komunità, hemm impjegati total ta’ 52 professjonist/a li huma mqassma hekk kif indikat fit-tabella hawn taħt.
Lokalità
Ħaddiema Soċjali
Social Welfare Professionals
Valletta
5
2
Birgu
3
5
Sta Lucija
0
1
Xgħajra
3
2
Zejtun PFI
2
0
Kirkop
0
4
Marsaskala
0
1
Qormi
1
3
Qawra
7
4
Mosta
3
0
Imsida
4
2
Hemm ukoll 36 professjonisti addizjonali li joffru servizzi terapewtiċi mal-familja u trobbija tal-ulied lil familiji referuti minn dawn iċ-centri. Dawn ġejjien mill-professjonijiet diversi hekk kif indikat hawn taħt:
Family Therapists
5
Trainee Family Therapists
2
Psychotherapists
8
Trainee Psychotherapists
3
Counsellors
7
Parenting Coaches
11
Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ servizz tal-komunita’ jista’ jasal wasla sa’ l-eqreb Ċentru tal-Familja fil-Komunità.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu n-numru totali ta’ telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 imqassma skont il-problema ppreżentata matul is-sena l-oħra?’
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
GENUINE CALLS TO SUPPORT LINE 179 in 2020.
PRESENTING PROBLEM
Number
Abuse of an adult
42
Abuse of elderly persons
69
Adoption related
4
Aggressive\violent behavior
85
Alcohol
91
Bereavement
50
Bullying
32
Care of significant others
6
Child abuse – at risk
151
Child abuse – emotional
72
Child abuse – neglect
160
Child abuse – physical
105
Child abuse – sexual
15
Child abuse - internet
-
Child access
63
Child care
41
Communication issues in romantic relationship
13
Crime (adult)
10
Cyber-bullying
34
Delinquency (youth)
13
Disability related issues
57
Divorce
4
Domestic violence – at risk
208
Domestic violence – emotional
439
Domestic violence – financial
17
Domestic violence – neglect
4
Domestic violence – physical
353
Domestic violence – sexual
8
Drugs (prescription medication)
11
Drugs (illicit substances)
182
Eating disorder
4
Elderly needs
477
Employment problems
38
Financial problems
90
Foster placement
21
Gambling
22
Harassment
20
Homeless
645
Housing problems
54
Illegal content
10
Infidelity in romantic relationship
7
Information - internet
24
Information - services
463
Language or cultural barriers
2
Legal issues
189
Listening
1098
Loneliness
2626
Marital separation
176
Mental health
1505
Non-person directed behaviours
50
Oppositional defiant disorder
0
Parent child attachment issues
134
Parenting skills
24
Personal hygiene issues
1
Physical health
106
Pregnancy related issues
11
Relationship problems
5
with reconstituted family
Relationship problem
56
with extended family
Relationship problem
476
with nuclear family
Residential care
34
Romantic relationship conflicts
216
Running away
21
School related problems
13
Self-injury behaviours
89
Sexting
1
Sexual assault/rape
6
Sexuality related issues
17
Social security benefits issues
68
Stereotyped behaviours
0
Technology addiction
3
Undocumented migration issues
2
Unemployment
17
Usury
15
Unspecified behavioural problems
-
Other
2722
None specified
9
Grand Total
13906
‘Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex proġetti bħal sheltered housing sabiex jgħinu lill-anzjani fil-komunità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha proġett ta’ Intergenarational Living ġewwa Triq il-Punent, Valletta. Dan qed isir b’kallobarazzjoni mas-Selesjani ta’ Dun Gwann Bosco. Il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ l-anzjani wasal fl-aħħar stadju.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni u jara x’kien il-kaġun u jaċċerta li nuqqas (anke jekk seta’ kien aċċident) bħal dan li jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament ma jerġax iseħħ peress li din is-sitwazzjoni ħolqot inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi tal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll lill-istudenti li jattendu fl-istess skola? (Triq San Gużepp / Triq l-Iskola)
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.