Awtorità tal-Ippjanar – tieni passiġġier miġjub Malta
Question
In vista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 7090, jista’ l-Ministru jgħid min kien it-tieni passiġġier li twassal minn Sqallija għal Malta dakinhar tal-vot fl-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala ‘City Centre’ u jista’ jgħid ukoll għaliex kien meħtieġ li jinġieb it-tieni passiġġier?
Response (BORG, IAN)
Infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li t-tieni passiġġier kien il-minuri li kien qiegħed fuq il-btala mal-persuna kkonċernata. L-awtorità nfurmatni li s-servizz jkopri t-titjira magħmula u mhux kemm il-passiġġier ivvjaġġa.
Awtorità tal-Ippjanar – membru miġjub Malta – għażla tal-kumpanija
Question
In vista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 7090, jista’ l-Ministru jgħid għaliex u fuq liema bażi ntgħażlet kumpanija Svizzera bbażata f’Ġinevra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li wara li l-Awtorità ġabet żewġ kwotazzjonijiet, il-kumpanija ntgħażlet peress li kienet l-irħas offerta.
Awtorità tal-Ippjanar – membru miġjub Malta – ħlas ta’ VAT fuq invoice
Question
In vista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 7090, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma tħallasx VAT fuq din il-fattura?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li Il-VAT dovuta ser titħallas f'Malta fid-denunzja tal-VAT tal-Awtorità għall-perjodu relattiv. Dan minħabba l-fatt li l-kirja ta’ ajruplan hija meqjusa bħala servizz ta’ trasport. Il-post tal-provvista ta’ servizz huwa rregolat mir-regoli tal-post ta’ tgawdija. Dawn ir-regoli jistabbilixxu li servizz jiġi ntaxxat fil-post fejn is-servizz huwa meqjus li jseħħ. Ir-regola ġenerali hija li l-post tal-provvista ta’ servizz lil persuna taxxabbli (provvista B2B) huwa l-post fejn il-klijent huwa stabbilit.
Jista' l-Ministru jgħid ladarba l-Gvern neħħa s-sistema tal-liċenzja tan-negozji, jista' l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex jgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa a konoxenza ta’ din l-isfida, tant li anke kienet fuq l-aġenda ta’ waħda mill-laqgħat tal-kunsill konsultattiv għall-Intrapriża. Insegwitu tal-feedback miġbur mill-istakeholders prezenti ttieħdet azzjoni u nista' nikkonferma li sar progress notevoli f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ispiża tal-uffiċċju li qed imexxi l-liġi ta' negozji tal-familja? Jista' jgħid:
a. kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-uffiċċju;
b. fejn huwa dan l-uffiċċju;
c. x'inhi l-ispiża ta' salarji għal kull min jaħdem f'dan l-uffiċċju;
d. x'inhi l-ispiża tal-kirja ta' dan l-uffiċċju;
e. kemm hemm negozji tal-familja reġistrati ma' dan l-uffiċċju; u
f. fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta' dan l-uffiċċju b'risq in-negozji tal-familja?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li hemm tlett min-nies jaħdmu ġewwa l- Family Business Office, li jinsab Mimcol Clock Tower, Level 1, Tigne Point, Sliema.
L-ispiża ta' salarji għal kull min jaħdem f'dan l-uffiċċju huma ta’ Regolatur – Scale 3, Is-salarji taż-żewġ uffiċjali l-oħra jifformaw parti minn ftehim komprensiv mal-Mimcol.
Rigward l-ispiża tal-kirja ta' dan l-uffiċċju hemm ftehim komprensiv tas-somma ta’ €42,000
per annum
li jinkludi l-kirja ta’ dan l-uffiċju inkluż kontijiet tad-dawl u ilma, partijiet komuni bħal
board rooms,
kċina eċċ, is-salarji ta’ żewġ uffiċjali, servizzi anċillari bħal servizzi tar-
reception
u dawk amministrattivi, tindif, manteniment, użu tas-servizzi ta’ informatika u kwalunkwe użu ta’ riżorsi umani oħra.
Hemm 84 negozji tal-familja reġistrati ma' dan l-uffiċċju u l-ħidma hija dik skont l-artiklu 20 ta’ l-Att Dwar in-Negozji tal-Familja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, hemm erbgħa mija u tlieta (403) persuni li qed iservu sentenza ta’ ħabs.
Persuni ta’ anqas minn 35 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt il-35 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament fil-ħabs hemm mija wieħed u erbgħin (141) persuna taħt il-35 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs.
Skejjel tal-Knisja u Skejjel Indipendenti – skema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-għadd ta' studenti mill-iskejjel tal-Knisja u skejjel Indipendenti li mill-ftuħ tas-sena skolastika bdew jibbenefikaw mill-iskema ta’ trasport b'xejn għall-istudenti kollha? Jista' jgħid ukoll kemm huwa kkalkulat l-għadd ta' studenti li għalihom għadha ma nstabitx soluzzjoni biex huma wkoll ikollhom trasport b'xejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitħejja sommarju tal-inizjattiva ta' servizz ta' trasport b'xejn lill-istudenti kollha inkluż l-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti. Dan ħa jkun maħruġ pubblikament din il-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li applikaw jew tefgħu r-riżenja tagħhom fl-ARMS Ltd fl-aħħar sena? Jista' jgħid x’kienu r-raġunijiet għal dawn r-riżenji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 28 ħaddiem li rriżenja minn Novembru 2017 sat-12 t’Ottubru 2018.
Ir-raġuni tar-riżenji huma dawn:
9 : Fil-perjodu tal-
probation
tagħhom
18: Sabu xogħol alternattiv
1 : Skandenza tal-kuntratt
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total tal-iskart li jinġabar minn Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat għal Malta? Kif qed jiġi trasportat bħalissa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ skart li jinġabar f’tal-Kus Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat jew mibjugħ lejn Malta huwa dak ta’ madwar 16,000 tunellata fis-sena. Fil-preżent il-MSW (borża sewda), skart organiku (borża bajda) u materjal ieħor simili qiegħed jiġi trasportat lejn Malta permezz ta’ containers speċjali “hermetically sealed” li jkunu ssiġillati, filwaqt li materjal bħal injam, tyres u oħrajn simili qed jiġu trasportati b’containers li jkunu miftuħin minn naħa ta’ fuq (open-top containers).
Il-borża tal-iskart riċiklabbli tiġi pproċessata fil-faċilità tal-Kus, fejn jigi sseparat il-materjal li jiġi mballat u preparat biex jinbiegħ. Il-parti l-kbira ta’ dan il-materjal mballat jinġabar dirett mill-facilità f’Tal-Kus u ġieli jkun hemm materjal imballat li jitwassal Malta fil-faċilità tal-Wasteserv minn fejn jiġi miġbur mill-klijent.
Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern għandu xi pjanijiet biex in-nature reserves ikollhom rangers b'poteri eżekuttivi kif għandhom diversi pajjiżi barranin qrib tagħna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux eskluż li l-Ministeru jadotta sistema simili ta’ rangers. Dan in vista ta’ żieda tat-territorju ta’ kapital naturali ta’ pajjiżna, taħt ir-responsabbilita’ tal-Ministeru, li qiegħed dejjem jiżdied.
Bħalissa d-Direttorat tal-Infurzar ġewwa l-ERA flimkien mal-Pulizija u entitajiet oħra diġà jieħdu ħsieb it-tlett Riżervi Naturali ta’ Malta, li huma Filfla, Ħaġret il-Ġeneral u Selmunett. Fil-każ ta’ siti protetti oħrajn, il-Ministeru, permezz tal-ERA u Ambjent Malta, għandu diversi ftehim dwar it-tmexxija ma’ entitatijet biex jamministraw dawn is-siti protetti, u jaħdem ma’ dawn l-entitajiet biex jimplementa u jinforza l-liġi permezz tad-Direttorat tal-Infurzar fl-ERA, il-Pulizija u entitajiet relevanti oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' hazardous waste li kellna sena b'sena mis-sena 2004 sal-lum? Fejn qed jiġi maħżun? Dan qed isir f'xi landfill? Għandna hazardous waste landfills kif jitolbu d-direttivi tal-EU?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-ammont ta’ skart perikoluż bejn l-2004 u l-2016.
L-iskart perikoluż huwa maħżun ġewwa faċilitajiet għall-imaniġġar ta’ l-iskart awtorizzati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi biex jaċċettaw tali skart u mhux ġewwa
landfills
. F’Malta m’għandna l-ebda
landfill
awtorizzata għal skart perikoluż.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – tħawwil ta’ siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħawwla siġar mill-Ministeru tiegħu, u jgħid x’persentaġġ minnhom ġew importati minn barra minn Malta u x’persentaġġ tnisslu minn siġar lokali? Jista' jgħid ukoll xi spiża saret biex ġew impurtati dawn is-siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li matul din is-sena, l-Ministeru għall-Ambjent, Żvillup Sostennibili u Tibdil fil-Klima, ħawwel il-fuq minn 7,500 siġra u arbuxxel. Huwa proġettat li sa l-aħħar tas-sena bħala total ikunu tħawwlu l’fuq minn 12,000 siġra u arbuxxel. 60% ta’ dawn l-speċi ġew impurtati minn barra, b’ 40% kienu mkabbra fil-mixtla ġewwa Ta’ Qali. Huwa stmat li l-spiża sa l-aħħar tas-sena ser tlaħħaq €35,000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm database kif suppost u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar x’tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa? Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi żżomm database ta’ hazardous waste. F’din id-database hemm informazzjoni dwar l-ammonti ġenerati, minn fejn u kemm qed joriġina u anke x’qed isir minn dan l-iskart. Fost din tal-aħħar tinkludi informazzjoni dwar min qed jesporta u f’liema entità u pajjiż qed imur primarjament lejn Spanja, l-Italja, Franza u l-Ġermanja.
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jinżamm il-hazardous waste llum? X’persentaġġ minnu jaħseb li qed jiġi stored fl-istess azjendi li jipproduċuh?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart perikoluż (hazardous waste) jista’ jinżamm fil-faċilità fejn jiġi ġġenerat jew f’faċilitajiet awtorizzati mill-ERA sabiex jaċċettaw dan it-tip ta’ skart għall-immaniġġjar tiegħu (jiġifieri għar-rimi, jew irkupru, jew għall-ħażna temporanja sakemm jintbagħat f’siti oħra).
Il-provedimenti tal-liġi (SL 549.63) jistipulaw li dan l-iskart jista’ jinżamm fis-siti ta’ ġenerazzjoni jew immaniġjar għal 12-il xahar jekk dan ikun destinat għar-rimi; jew għal tlett snin jekk ikun destinat għall-irkupru. It-trasferiment ta’ skart perikoluż huwa ukoll suġġett għal permess ta’ kunsinna (
Consignment Notification
) li jinkorpora sistema ta’ notifikazzjoni għal kull trasferiment minn sit għal ieħor skont Regolament 14 tal-L.S. 549.63. Għall-esportazzjoni ta’ dan it-tip ta’ skart barra minn Malta, huwa meħtieġ permess tat-TFS (
Trans-Frontier Shipment
) mill-ERA skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Fir-rigward tal-perċentwali li minnu huwa maħsub li qed jiġi maħżun fl-istess azjendi li jipproduċuh, l-ERA m’għandiex din l-informazzjoni speċifika, però żżomm informazzjoni rigward:
• Ammonti ta’ skart aċċettati minn faċilitajiet li jipproduċu l-iskart u l-ammonti ta’ skart li joħorġu minn faċilitajiet li jimmaniġġjaw l-iskart;
• Ammonti ta’ skart iġġenerat mingħand xi azjendi li huma koperti b’permess ambjentali mill-ERA;
• Informazzjoni ta’ trasferiment ta’ skart perikoluż bħala parti mill- permessi ta’ kunsinna jew permessi tat-TFS.
In-Naxxar — Triq Baħar iċ-Ċagħaq - Xogħol ta' Kostruzzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6260 u 6110 u peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
In-Naxxar — Triq San Ġwann L-Evanġelista (Parti) - Xogħol ta' Kostruzzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6261 u 6111 peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, se jiġu ppjanati b’mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.
L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett imħabbar minnha f’Jannar li għadda u li kien ukoll imħabbar fl-aħħar baġit li kellu jiswa madwar €4 miljun ġewwa l-Port tal-Mġarr għas-sajjieda Għawdxin? Tista’ tgħid jekk it-tenders għal dan il-proġett ħarġux u ġewx awarded? Jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux u meta hu ppjanat li joħorġu t-tenders u jibda x-xogħol infrastrutturali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
L-evalwazzjoni tat-tender relatat mal-pontoon qed jiġi konkluż. L-ewwel abbozz tat-tender relatat mas-civil works ġie ppreparat u bħalissa qed jiġi evalwat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Direttur għas-Sigurtà Soċjali – appelli ta’ persuni residenti f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex appelli mid-deċiżjonijiet tad-Direttur għas-Sigurtà Soċjali li jsiru minn persuni residenti f'Għawdex, ma jinstemgħux f'Għawdex? Jista' jikkunsidra li dawn l-appelli jibdew jinstemgħu f'Għawdex aktar u aktar meta ħafna minn dawk li jappellaw huma persuni li jkunu qed jiffaċċjaw ċertu problemi u b'hekk jiġi evitat skariġġ u tbatija bla bżonn għal dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, t-talba tiegħu qed tiġi kkunsidrata għalkemm hemm xi diffikultajiet x’jingħelbu biex tkun tista titwettaq.